Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 39 rtira ħesrem - Għaliex? Sports li nixtieq li nreġġa' lura. L-importanti huwa l-fatt li deċiżjoni tkun għamiltha b'mod ġenwin u bi trasparenza. Ma tistax toqgħod tħossok ħati u toqgħod tinkwieta fuq deċiżjoni li tkun ħadt waqt logħba futbol! Taqbel mal-goal-line technology? Iva, il-goal-line technology, naħseb li hija għodda importanti għar-referi u l-logħba in ġenerali, għax nemmen ħafna li l-logħba tal-futbol hija milgħuba bejn l-umani. Din mhix xi għodda li se ttellef minn dan l-aspett. Bħala referis ikollna l-communication set f 'widnejna, li ma jtellifx bl-ebda mod mill-ispirtu u l-element uman tal-logħba. Allura, naqbel bis-sħiħ mal-goal-line technology, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li wieħed mill- iskopijiet ewlenin tal-futbol, huwa li fost oħrajn jiġu skorjati l-gowls. Allura jekk ikun hemm gowl leġittimu għalfejn m'għandniex nużaw din it-teknoloġija moderna? U mas-slowmo fil-ground, taqbel? Assolutament li ma naqbilx ma' dan il-kunċett għax fost oħrajn iwaqqaf il-logħba għal diversi drabi u jneħħi minnha l-ispirtu u l-element uman. X'tikkummenta fuq l-assistenti referis addizzjonali li ġew introdotti f 'pajjiżna ftit tas-snin ilu? Ħallew il-frott mixtieq fil-futbol Malti? Jien li għandi first hand experience tagħha, b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li hija xi ħaġa tajba. Dan għaliex, ikun hemm par għajnejn oħra biex jgħinu lir-referi u lill-assistenti tiegħu. Tul il-karriera tiegħek, kif rajt is-settur tar-refereeing f 'Malta jiżviluppa u jinbidel? L-avvanzi kienu kbar u konsiderevoli. Jekk immur lura għas-sena 1996 meta bdejt nirrefja jien, niftakar li konna nkunu tliet uffiċjali, fejn saħansitra lanqas konna nkunu lebsin l-istess uniformi ta' referi. Imbagħad wasalna biex ingħatajna l-kits b'xejn. M'hemmx dubju li l-professjonaliżmu fis-settur tar-refereeing f 'pajjiżna żdied bil-bosta, matul dawn l-aħħar snin. Kull min kien fil-kariga ta' Kap tad-Dipartiment tar- Referis fi ħdan l-MFA, dejjem għamel l-aħjar li seta' fiċ-ċirkostanzi. L-iżvilupp kien wieħed kontinwu. Fosthom Adrian Casha? Taħt Adrian Casha, is-settur tar-refereeing f 'pajjiżna għamel avvanzi kbar, fejn iktar resaq lejn il-professjonaliżmu, u referis Maltn ingħataw ħafna iktar opportunitajiet ta' skambji ma' referis oħrajna f 'pajjiżi barra minn Malta. Dawn l-iskambji jirrapreżentaw il-quċċata ta'Adrian Casha. Il-kliem li għedt dwar Casha, jgħodd ukoll għall-persuni ta' qablu, li kienu nkarigati mit-tmexxija tad- Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA? Qablu fit-tmexxija kien hemm Patrick Fenech, li wkoll ipprova jtejjeb is-settur tar-refereeing f 'pajjiżna, speċjalment permezz tat-taħriġ, waqt li rnexxielu jdaħħal mentalità ġdida fost ir-referis Maltin. Qabel, kien hemm ukoll Tommy Restall, li għamel xogħol tajjeb ħafna. Bl- ikbar sinċerità, ngħid li fiċ-ċirkostanzi u fil-limitazzjonijiet kollha tagħhom, dawn il-persuni kollha li semmejt, ippruvaw jagħmlu dak kollu li huwa umanament possibli, għall-akbar ġid tas-settur tar- refereeing f 'pajjiżna. Kemm hu diffiċli u xi jfisser li tkun referi f 'pajjiż żgħir bħal mhuwa Malta? Tkun kemmxejn diffiċli għall-fatt li aħna pajjiż żgħir ħafna u tmur fejn tmur, tiltaqa ma' nies li jagħrfuk li int tkun referi. X'tikkumenta dwar il-każ meta int kont preżenti għal ikla fil-klabb tal-futbol ta' Lija Athletic, fejn fil-jiem ta' wara kien inqala' kjass f 'pajjiżna, waqt li int kont fiċ-ċentru tal-kontroversja fuq is-social media? Jien kont fil-klabb ta' Lija Athletic, għax huwa ristorant sabiħ, u għax gejt mistieden minn grupp ta' ħbieb tiegħi, u ma kelli l-ebda skop ulterjuri. Lanqas biss tajt każ li dan kien tabilħaqq klabb tal-futbol! Iżda din issa hija xi ħaġa tal- passat, u ilni li ħassartha minn moħħi! X'sagrifiċċji jinvolvi x-xogħol ta' referi? Insemmi sagrifiċċji speċjalment marbutin ma' ħin, għax bħala referi, specjalment fl-ogħla kategorija, trid tittrenja minn tal-inqas tlieta jew erba' darbiet fil-ġimgħa, waqt li jkollok il- logħob nhar ta' Sibt u Ħadd. Barra minn hekk, għandek il-laqgħat li trid tattendi għalihom, waqt li tipprepara wkoll bis- sħiħ għal-logħob li tkun se tikkontrolla. Logħba tal-Premier, ma tfissirx biss dik is-siegħa u nofs tal-logħba, iżda teħodlok bejn ħames u sitt sigħat sħaħ dik in-nhar tal-loghba. Dan għax trid tipprepara minn qabel, tistudja sew lit-timijiet li tkun se tirreffja, u tipprepara diversi affarijiet oħra. Issa, qed nagħmel affarijiet oħra fil- ħajja, li ili biex nagħmilhom żmien twil, iżda li r-refeering ma ppermettilix li nagħilhom, għax kien jeħodli ħafna ħin. B'wiċċi minn quddiem, nista' ngħid li qed ingawdi l-ħajja fil-massimu tagħha! X'inhu l-appell min-naħa tiegħek lil kull min hu nvolut fil-logħba tal-futbol lokali speċjalment fir-refereeing? L-appell tiegħi kemm lir-referis kif ukoll lil dawk kollha li huma nvoluti b'mod dirett fil-logħba tal-futbol jagħmlu dan għax jieħdu pjaċir jagħmluh. Nappella biex din il-logħba tibqa' nadifa u 'l bogħod minn kull tip ta' korruzzjoni, għax fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa sport u xejn iktar. Mill-esperjenza tiegħek fis-settur, tħeġġeġ lil tfal u żgħażagħ oħra biex jidħlu fid-dinja tar-refeering? Inħeġġiġhom ħafna biex jagħmlu dan. Jekk ikolli nagħti ħarsa lura lejn il-karriera tiegħi, nista' ngħid li esperjenzajt ħafna iktar affarijiet pożittivi milli negattivi. Iżda ngħidilhom minn qabel, li jridu jkunu lesti għal ħafna commitments u sagrifiċċji kbar. Ir-refereeing huwa xi ħaġa li jtik sodisfazzjon kbir u meta nqis il-fatturi kollha, nista' ngħid li tieħu gost tirrefja. Barra minn hekk ikollok ukoll l-opportunità li tirrefja logħbiet importanti, waqt li dejjem tavvanza fil- karriera tiegħek ta' referi. Meta nħares lejn il-100 logħba u fuqhom li rrefjajt fil-Premier, nimtela b'sodisfazzjon kbir li ma nistax nispjegah! Twieled fis-17 ta' Frar 1982 f 'Tal-Pietà Għamel iktar minn 19-il sena jirrea fil-futbol Malti fejn kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa referis. Ikkontrolla iktar minn 100 logħba fil- Kampjonat Premier. Kien uffiċjal f 'madwar 10 logħbiet internazzjonali. Jibqa' jiftakar b'mod partikolari l-finali tal- Malta FA Trophy bejn Hibernians u Birkirkara li rrea f 'Mejju li għadda. Iktar kmieni dan ix-xahar, irtira mix-xena tar- refereeing. Andrè Arciola "Bgħatt l-ittra ta' riżenja tiegħi b'email, u malli għafast 'send', ħadt nifs qawwi u striħajt. Ġo qalbi għedt, "Issa bdejt ngħix!" Ritratti: Chris Mangion