Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
30 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Kummerċjali Il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank tmur Għawdex Il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank tinsab għaddejja b'ritmu tajjeb ħafna. Is-Sur Edgar Preca, akkumpanjat mis-Sa Carmen Bajada mill-Bank of Valletta ta' Għawdex, żar l-Iskejjel Primarji fin-Nadur u x-Xewkija, kif ukoll St Francis School fir-Rabat, Għawdex, biex ikomplu jitqassmu l-karusijiet tal-Istrina. Is-Sur Preca ngħata merħba sabiħa fit-tliet skejjel li lkoll ħejjew programmi li ffukaw fuq l-ispirtu tas-solidarjetà, u kienu vetrina tal- isforzi li għamlu t-tfal u l-għalliema tagħhom biex din il-kampanja jagħmluha wirja ta' solidarjetà. Is-Sur Preca tkellem frankament mat-tfal u mal-għalliema. Huwa rringrazzjahom għall-entużjażmu evidenti tagħhom, "Intom l-ispirtu ħaj ta' din il-kampanja, u l-ferħ tagħkom jagħtina l-enerġija biex inkomplu b'xogħolna matul is-sena kollha. Bil-kontribuzzjonijiet żgħar tagħkom, intom turu lil oħrajn li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli f 'ħajjithom li huma mhux qed jiġġieldu waħedhom, imma li aħna lkoll komunità waħda kbira," huwa qal. Is-Sa Bajada spjegat kif il-kampanja, li issa tinsab fit-tnax-il sena tagħha, evolviet minn oriġini umli ħafna. "Din il-kampanja tfisser ħafna għall-Bank of Valletta. Bħala Bank b'rabtiet mill-qrib ħafna mal-komunità Maltija, aħna nħossu bis-sħiħ li għandna responsabbiltà lejn in-nies tagħna, il-klijenti tagħna u l-komunità inġenerali. L-Istrina BOV Piggy Bank ilha ddur mal-iskejjel għal iżjed minn għaxar snin issa, tgħin lit-tfal jifhmu l-importanza tat-tfaddil filwaqt li fl-istess ħin tħeġġiġhom ikunu altruwisti u jagħtu daqqa t'id lil sħabhom." Permezz ta' din il- kampanja, it-tfal tal-iskola jipparteċipaw b'mod attiv biex jiġbru l-flus biex il- Malta Community Chest Fund tkun tista' tagħti daqqa t'id lil membri vulnerabbli tas-soċjetà. Is- suċċess ta' din il-kampanja huwa fdat kompletament f 'idejn it-tfal tal-iskola fl- iskejjel Primarji u Sekondarji kollha. Matul Diċembru, se jinġabru l-karusijiet kollha u tibda fażi ġdida. Din il-fażi għandha tara l-voluntiera u l-impjegati tal-BOV jaħdmu flimkien biex jgħoddu l-eluf ta' muniti. Is-somma finali flimkien ma' donazzjoni mill-Bank of Valletta se titħabbar matul ix-xandira diretta fis-26 ta' Diċembru 2015. Sal-lum, il-Bank of Valletta ġabar iżjed minn €1 miljun għall-Istrina permezz tal-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank biss. Is-Sur Edgar Preca flimkien ma' uħud mill-istudenti Għawdxin L-Art tal-Kliem:Ktieb ġdid dwar il-Maltin fl-Iżrael u l-Palestina L-Iżrael u l-Palestina huma fost l-iżjed bnadi kumplessi u mimlija kunflitt li hawn fid-dinj, imma huma wkoll id-dar ta' komunità ta' Maltin li, bil-kwiet iżda entużjastikament, qegħdin iħallu l-marka tagħhom u ta' Malta, fuq soċjetà mbiċċra minn sekli ta' dmija u gwerer. Ħafna minn dawn il-Maltin marru fl-Art Imqaddsa fis- sittinijiet, u llum il-parti l-kbira tagħhom huma anzjani li għexu ħajjithom hemm u x'aktarx se jtemmuha hemm ukoll. Kien għalhekk li l-awtriċi Clare Azzopardi, is-soċjologa Nathalie Grima u l-fotografu Gilbert Calleja marru sal-Art Imqaddsa biex jiddokumentaw il-vjaġġ tad- djaspora Maltija hemmhekk. Huma intervistaw 31 Malti: sorijiet, patrijiet u lajċi li qed jgħixu l-Iżrael u l-Palestina. Ir-riżultat huwa rakkont uniku, mill-qalb u fl-istess ħin mexxej ta' komunità li għażlet li tagħmel ħajjitha f'wieħed mit- territorji l-iktar imdemmgħa fid-dinja. Il-ktieb oriġina minn idea tal-Ambaxxatur Malti fl-Iżrael Simon Pullicino. Hekk kif kien qed idur il-pajjiż biex jiltaqa' mal-Maltin t'hemmhekk, induna kemm din il-komunità kienet biż-żmien u bl-età qed tonqos fin-numru, u li jekk ma tiġix iddokumentata immedjatament, ix-xogħol u r-rakkonti tagħhom kienu se jintilfu għal dejjem. Huwa ddiskuta l-idea mal-kollega tiegħu f'Ramallah, Dr Mark Pace, u mal-ewwel ftehmu li jibda x-xogħol fuq dan il- proġett. Minbarra l-valur tiegħu bħala xhieda tal-komunità Maltija, dan il-ktieb hu wkoll monument u simbolu tad- djalogu interkulturali. L-Art tal-Kliem huwa possibbilment l-unika xhieda miktuba tax-xogħol tal-komunità Maltija fl-Art Imqaddsa, komunità deskritta mill-Ambaxxatur Pullicino bħala "l-ambaxxaturi vera ta' Malta." L-awtriċi Clare Azzopardi qalet li waħda mill-affarijiet li l-aktar laqtithom tul il-vjaġġ tagħhom fl-Art Imqaddsa kienet is-sens ta' avventura tal-Maltin kollha li qed jgħixu hemmhekk. "Ilkoll għandhom ħaġa waħda inkomuni: kienu miftuħa għal kulturi differenti, bil-biżgħat u r-riskji li jġibu magħhom," qalet Azzopardi. Iżda kollha baqgħu jagħmlu xogħolhom u biż-żmien saru jħobbu lil din l-art, forsi iżjed minn art twelidhom. "L-anzjani ta' din il-komunità llum il- ġurnata jgħidu li jixtiequ jmutu u jindifnu fl-Art Imqaddsa," kompliet tgħid Azzopardi. Ħafna mis-sorijiet ibbażati l-Iżrael u l-Palestina telqu minn Malta fis-sittinijiet, meta wħud minnhom kienu għadhom prattikament adolexxenti. "Il-fatt stess li kienu se jitilqu minn Malta biex imorru hemm kienet spiss tkun kawża ta' tensjoni bejnhom u l-familji tagħhom. L-ommijiet l-aktar li kienu jeħduha bi kbira. Irridu niftakru li dak iż-żmien il-komunikazzjoni għal barra minn Malta kien limitata ħafna iżjed mil-lum għax meta titlaq minn Malta, tkun litteralment ħallejt lil familtek warajk," qalet Azzopardi. Is-sens ta' vokazzjoni ta' dawn il-missjunarji jinħass ħafna fil-ktieb. Tul id-deċennji dejjem emmnu fid-djalogu interkulturali, u dan it- twemmin għenhom jiġu aċċettati u rrispettati f'soċjetà fejn ir-reliġjon ewlenija mhix dik Kattolika. L-Art tal-Kliem huwa ġmiel ta' ktieb hardback ta' 214 paġna, kollu bil-kulur b'fotografija li kważi twasslek fil-post. Dan il-ktieb kien ukoll sponsorjat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u mill-APS Bank, flimkien mal-Merlin Publishers li ppubblikawh. Huwa ktieb li kull kollezzjonist tal-Melitensia għandu jkollu fuq l-ixkafef tiegħu, ktieb li taqra u tgħożż għal dak kollu li jiddokumenta. L-Art tal-Kliem jinsab għall- bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn www.merlinpublishers. com