Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 35 Sports Keith Galea jtemm l-istaġun bi prestazzjoni impekkabbli fil-Malta Challenge Marathon Iċ-champIon ta' malta tat-triathlon, Keith Galea temm l-istaġun tiegħu billi ħa sehem fil- malta International challenge marathon. Din il-maratona ta' 42.195km hija mqassma fuq tlett ijiem u kuljum tibda f 'post differenti b'distanzi differenti. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni ta' Galea f 'din it-tellieqa u wara li temm it-tlielaq tat-triathlon huwa għamel l- aħħar xahar u nofs jikkonċentra speċifikament fuq din it- tellieqa. L-għan ta' Galea kien dak li huwa jitla' fuq il-podju finali. L-ewwel stadju kien dak ta' ġirja ta' 11.195km mir- Rabat sa Ħad-Dingli u lura, fejn Galea spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 39.31. It-tieni stadju kien dak ta' ġirja ta' 6km ġewwa Birzebbugia fejn Galea reġa' spiċċa fit- tielet post f 'ħin ta' 20.28. L- aħħar stadju kien l-iktar wieħed diffiċli, fejn l-atleti kellhom ġirja ta' 25km minn San Pawl il-Baħar sa Bieb il-Belt. Qabel it-tellieqa, Galea kien it-tielet b'vantaġġ ta' 48 sekonda biss fuq il-Franċiż Laclergue Guillaume. Din kienet l-ewwel darba għal Galea li kien se jagħmel tellieqa ta' 25km u ammetta li kien xi daqsxejn eċitat speċjalment għax kellu vantaġġ żgħir fuq il-Franċiż li kellu iktar esperjenza fuq dawn it-tip ta' distanzi. Galea u Guillaume immarkaw lil xulxin u għamlu tellieqa sħiħa flimkien. It-tnejn ippruvaw jattakkaw lil xulxin imma t-tnejn kienu attenti sakemm fl-aħħar 4km, iċ-champion tat- triathlon lokali, għamel attakk b'saħħtu fit-telgħa tad-Depot tal-Pulizija fil-Floriana. Guillaume ma rrispondiex għall- attakk ta' Galea. Konxju ta' dan, huwa baqa' jissielet miegħu nnifsu bil-pass li kien għaddej bih sal-aħħar, biex spiċċa fit-tielet post fit- tellieqa u fil-klassifika ġenerali. Huwa għamel il-25km f 'ħin ta' siegħa, 34 minuta u 46 sekonda, biex għamel il-Malta Challenge Marathon kollha f 'sagħtejn, 34 minuta u 45 sekonda. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Galea qal li jinsab ferm kuntent bil- prestazzjoni tiegħu fejn li tiġi t-tielet qalb l-aqwa atleti Maltin u barranin, tfisser ħafna għax minkejja li huwa triatleta xorta waħda jkun ma' ta' quddiem, u dan għalih huwa ta' sodisfazzjon enormi. Kienet tellieqa diffiċli iktar mentalment għax il- Malta Challenge Marathon fiha ħafna ħsieb għax kien importanti l-mod kif ittellaq u kif tirkupra fl-ewwel jumejn għax l- ħħar jum tellieqa ta' 25km hija diffiċli u kien importanti li s-saqajn jibqgħu b' saħħithom avoja tkun għamilt żewġt itlielaq qabel. Għal Galea kien ferm iktar diffiċli għax it-tielet post kien inċert sal-aħħar imma grazzi għal tqassim tal-pass tajjeb u għall-abilità li żamm kalm avolja kien taħt pressjoni kbira, huwa rnexxielu jsib l-enerġija fl-aħħar ftit biex jagħti l-attakk finali li tah it-tielet post. Dan it-tielet post huwa mod speċjali kif Galea temm l-istaġun tiegħu tal- 2015, li kien l-iktar wieħed ta' suċċess għalih personali fil-karriera tiegħu. Fil- fatt din is-sena, Galea, rebaħ xejn inqas minn 25 tellieqa fosthom ħames titli nazzjonli li huma dawk tat-triathlon għall-ħames darba, tad-duathlon għat- tielet darba, tal-aquathlon għat-tieni darba, tal-isprint distance u tal- Mountain running. Huwa rebaħ ukoll il-Birkirkara St Joseph Triathlon Series għat- tmien darba u l-Birkirkara St Joseph 5km Running Series. Galea rebaħ tlett itlielaq barra minn Malta ġewwa Sqallija kif ukoll irrapreżenta lil pajjiżna fl-Ewwel Logħob Olimpiku tal-Ewropa li saru f 'Baku fl-Ażerbajġan. Galea rebaħ ukoll l-unur prestiġjuż personali tat-Triatleta tas-Sena għal rekord ġdid ta' seba' darbiet. Huwa ġie nnominat mill-Kumitat Olimpiku Malti għal unur li se jingħata fis-serata finali tal-MOC Sports Awards matul ix- xahar id-dieħel. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training ta' SportMalta xtaq jirringrazzja lil ħuh li huwa wkoll il-kowċ tiegħu, Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-ġenituri tiegħu, u lill-ġenituri tal-mara. Xtaq jirringrazzja wkoll lil ħu l-mara u lill- mara tiegħu, lin-nutrizzjonista tiegħu Johanna Galea, u lill-masseur tiegħu Owen Attard. Keith Galea radd ħajr ukoll lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Starbene 24/7, Mochika Outdoor life, DGtri.com, Lucida Laundry, Malta Challenge Marathon, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li huma jtuh u huwa grazzi għalihom li ċ-champion tat-triathlon lokali, kellu staġun daqshekk ta' suċċess. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Galea xtaq jirringrazzja lill-persuna li hija l-aktar importanti f ' ħajtu, jiġifieri l-mara tiegħu Elizabeth li huwa grazzi għall-imħabba kbira li għandha lejh u s- sapport kbir li ttih, fejn tgħinu ħafna biex jikseb dawn is- suċċessi kollha. Keith Galea flimkien mal-Fundatur, President u Organi- zattur tal-Malta Challenge Marathon, Barry Whitmore

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015