Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Sadeen Group u l-laqgħa sigrieta mas-Sindku ta' Marsaskala M. Galea, Marsaskala JIENA, bħal ħafna residenti li ngħixu f 'Marsaskala u fil-madwar, naqblu li dan il-proġett tal-Università Amerikana għandu jsir mingħajr dewmien u tfixkil fin-naħa indikata bħala ta' Żonqor Point, almenu parti mill-Università kif issa ġie deċiż. Ma nara xejn ħażin li l-Kunsill, bħala tpattija għal dan l-iżvilupp, jingħata kumpens. Dan ġara meta nbena l-kumpless Ta' Monita u dakinhar, il-MEPA kienet ordnat lill-iżviluppaturi jħallsu €35,000 fi proġetti u tisbieħ fil-lokalità ta' Marsaskala. Li kienet stramba, kif wara ċ-ċifra ġiet ridotta għal- €25,000, u sa fejn naf jien qatt ma ngħata rendikont jew spjega mill-Kunsill ta' kif intefqu dawn il-fondi u liema kienu l-proġetti u tisbieħ li saru. It-trasparenza hekk titlob. Kif madankollu ġara meta reġa' nbena l-impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin fejn bħala tpattija għall- impatti ħżiena ambjentali li għadna nsofru bihom sal- ġurnata tal-lum, f 'waħda mill- kundizzjonijiet tal-MEPA, kien ried bilfors jinbena 'Family Park' biswit l-impjant li ġie jiswa madwar €7miljun. Għalhekk din hija n-norma li meta jsiru proġetti ta' ċertu kobor, awtomatikament jingħata dan il- kumpens ikkalkulat mill-MEPA lil-lokalità milquta mingħajr mal- Kunsill għandu jittallab quddiem l-iżviluppaturi. Jiena li ma qbiltx mas-Sindku, li din il-kwistjoni kellha tiġi diskussa, l-ewwel nett fil- Kunsill qabel ma seħħet din il-laqgħa mal-iżviluppaturi ta' Sadeen Group. Ma qbiltx ukoll għaliex is-Sindku jidher li kellu din il-laqgħa waħdu mal-iżviluppaturi, u dan ma jawgurax tajjeb għal ħafna raġunijiet. Ma qbiltx għaliex it-talba ma' Sadeen Group mis-Sindku ta' Marsaskala kellha tkun biex tinbena s-Sede tal-Kunsill meta ebda resident Skalin ma jaqbel li l-ġnien ta' Sant' Anna għandu jintmiss jew jittieħed spazju minnu biex jinbena l-bini ta' Kunsill gdid. Il-prijoritajiet fil-lokalità ta' Wied il-Għajn huma ħafna aktar importanti u urġenti milli jinbnew uffiċini ġodda tal-Kunsill. Hemm toroq fi stat dizastruż, in-nuqqas ta' parkeġġ li jeżisti speċjalment fiċ-ċentru ta' Marsaskala, il-prominade għandu bżonn urgenti ta' manutenzjoni, djar għall-anzjani tagħna, berġa li tinkorpora fiha klinika u uffiċċju tas- sigurtà soċjali, għassa adekwata tal-pulizija, tisbieħ in ġenerali, u tant u tant affarijiet bżonnjużi. L-isfortuna hi li dan is-Sindku dejjem hekk għamel, bħal meta ppropona mingħajr ma ressaqha quddiem il-Kunsill u kkonsulta mar-residenti li ġnien Sant' Anna jingħata lill-privat biex jinbidel f 'parkeġġ enormi taħt l-art, u bini ta' tliet sulari għal 'Multi Shopping Arcade', bil konsegwenza li jiġu eradikati s-sigar kollha, li wħud minnhom huma protetti u antiki. Kif il-Kunsill approva li l-bajja ta' Marsaskala għandha tingħata lill-privat u tinbidel f 'jott marina. Żgur li dawn iż-żewġ proġetti qatt ma kellhom l-approvazzjoni tar-residenti ta' Wied il-Għajn. Din l-istorja tirrepeti ruħha għax tfakkarni meta s-Sindku Mario Calleja kien iltaqa' b'mod sigriet mal-Ministru tal-Ambjent u l-MEPA ta' dak iż-żmien, George Pullicino, minn wara dahar ir-residenti proprju fl-impjant li kien qiegħed jinbena meta kienet għaddejja kontroversja sħiħa dwaru. Naħseb hija ġustifikata li ssir inkjesta mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il- komportament tas-Sindku li aktarx kiser ir-regolamenti tal-Kunsilli Lokali. Prattiċi taċ-Ċina u l-Bangladexx f 'Malta? J. Bonett, Balzan LISTANDARDS tal-UE mhumiex bħal dawk li ssib f 'numru ta' pajjiżi u reġjuni oħra. Per eżempju, fil-manifattura, il-Health & Safety fl-UE huma strinġenti ħafna. Fejn ir-regolamenti tas- Saħħa u Sigurtà huma implimentati, il-ħaddiem hu mħares minn ħafna perikli, għaliex inutli li lill-individwu 'tikkundannah' għall-mewt jew timmankah b'nuqqas ta' salvagwardji għax hemm l-assigurazzjoni x'tagħmel tajjeb. Fl-UE, kien hemm dibattitu kbir dwar jekk liċ- Ċina għandux jingħatalha qabel l-2016, l-istatus li bih tista' b'iżjed libertà tibgħat oġġetti manifatturati lejn l-Unjoni Ewropea. Hu dwar dibattiti bħal dawn li wieħed ikun irid jisma' f 'laqgħat ta' konsultazzjoni u anke jkollu indikazzjoni kif l-MEPs ikunu beħsiebhom jivvutaw u jekk ikunux lesti li jisimgħu mill- kostitwenti. Wieħed għandu għax jitħasseb jekk minkejja s-salvagwardji fuq il-karta fejn jirrigwarda r-regolamenti tas-saħħa u sigurtà, xorta jiġu injorati. Per eżempju, jkun hemm tabella li biex tagħmel ċertu xogħol, tkun trid tilbes maskra, iżda lill-ħaddiem, din ma tingħatalux, anzi, jekk jistaqsi għaliha jittimbrawh li hu diffiċli, li ma jaddattax ruħu eċċ. Ġieli smajna b'ħaddiema fil-manifattura fiċ-Ċina u fil-Bangladexx li mietu maħqura meta qabad il-post fejn ikunu jaħdmu għaliex ma jkunx hemm mnejn joħorġu. Iżda, tgħid fiċ-Ċina u fil-Bangladexx biss hemm dawn in-nuqqasijiet? Is-saħħa u s-sigurtà kullimkien ibbilanċjati, jew għadna nqisu lill-bniedem bħala statistika? Onorevoli A.Duca , Ħal Għaxaq DAN it-titlu verament jixraq lill-Hon. Marlene Farrugia, mara li kif jgħid il-Malti, hi mara ta' sinsla, li għaliha dak li hu abjad tgħidlu abjad, u dak li hu iswed tgħidlu iswed, ġej mnejn ġej. Hekk jixraqlu l-votant, l-aktar dak li m'għandux l-għamad politiku: deputati onesti u li verament għalihom, l-interess tal-pajjiż jiġi l-ewwel. Dan iħassar darba għal dejjem it-timbri li ilha ġġorr il- politika Maltija. Dik ta' politika maħmuġa, għaliex kif tista' ma taħsibx hekk meta ta' kuljum tisma' bi stejjer ta' irregolaritajiet, każi ta' korruzzjoni, dejjem b'xi ħaġa ġdida? Vera li kif jgħidu, li l-ħażin jagħmel iktar ħoss, għaliex ngħiduha kif inhi, fil-politika Maltija kien hawn u ghad għandna persuni ta' integrità. Però, kultant, ċertu skiet wara każi ta' abbużi jħassbek. Propju għalhekk l-Onorevoli Marlene Farrugia għamlet ħoss, u ħaqqha kull appoġġ, għaliex dejjem tkellmet bla ebda biża' dwar dak li ma qablitx miegħu, minkejja l-konsegwenzi li wieħed jistenna wara d-deċiżjoni xejn faċli li ħadet. Għadd mhux żgħir ta' votanti li għall-ewwel darba taw il-fiduċja lill-Partit Laburista għaliex riedu bidla għall- aħjar, ħaġa li żgur ma seħħitx illum, iħossuhom diżgustati kif qed tintuża din il-fiduċja tagħhom. Kif qed jintuża s-saħħa tal-vot tagħhom, xi ħaġa li qed twassalhom biex bħall-Hon. Marlene Farrugia, ma jħossuhomx aktar komdi mal-partit li tant aspiraw fih. Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone Mario Sant, Birżebbuġa ĦADT gost ħafna nhar il-Ġimgħa 6 ta' Novembru għax fl-aħħar kien ġieni ċ-ċans inżur ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, is-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, għall-ewwel darba. Il- President Joe Bartolo għoġbu jdawwarni mal-post u veru impressjonajt ruħi, prosit mill-qalb u nawgura aktar snin ta' suċċess lil din l-għaqda, L-okkażjoni li ħaditni lejn dan il-post kienet serata oħra mis-sensiela 'Niltaqgħu mal- Awtur.' Dakinhar l-awtur mistieden kien Robert Aloiso li kellimna dwar il-ktieb interessanti tiegħu, "Qatlu lill-Arċisqof - Il-ġrajja ta' Oscar Romero". Prosit ħafna. Is-Sur Aloiso, anki permezz ta' filmati u ritratti, qasam magħna ħsibijiet u tagħrif dwar dan l-Arċisqof ta' El Salvador li nqatel 35 sena ilu waqt li kien qed iqaddes f 'Marzu 1980. Nhar is-Sibt 23 ta' Mejju ta' din is-sena, f 'El Salvador stess, l-iżgħar pajjiż tal- Amerika Ċentrali, saret il-beatifikazzjoni tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015