Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet L-attakk f 'Pariġi biddel kollox minn Gabriel Schembri F'intervista mal-iLLUM, il-korrispondenet politiku ewlieni ta' sky news, Jon Craig, qal li laqgħat bħalma huma dawk ta' waqt iċ- CHOGM, jistgħu jidhru pwerili u bla sustanza għal xi pajjiżi, iżda jservu ta' okkażjoni importanti għall- pajjiżi ż-żgħar. Craig ikkwota l-Prim Ministru Ingliż meta saħaq fuq l-importanza li tingħata biżżejjed għajnuna lill-pajjiżi żgħar, speċjalment il-gżejjer, bħalma hi Malta. Dan anke fid-dawl tal-fatt li l-gżejjer iż-żgħar huma l-iktar li jiġu affetwati mit-tibdil fil-klima. Spjega li din, fuq kollox hija okkażjoni tajba biex il- Presidenti u l-Prim Ministri ġodda tal-pajjiżi, jiltaqgħu ma' mexxejja oħrajn, bħal mhu qed jiġri fil-każ tal-Prim Ministru l-ġdid tal-Kanada, Jason Trudeau u Malcolm Turnbull tal-Awstralja. 'Qed nirrealizzaw li l-attakki terroristiċi jistgħu jseħħu kullimkien' Mistoqsi jekk verament jemminx li se joħroġ xi ħaġa ta' sustanza mil-laqgħat tal- Commonwealth, il-ġurnalist qal li, "xi ħaġa ta' ġid joħroġ żgur, speċjalment fejn jidħol terroriżmu." "L-attakk terroristiku fi Franza biddel kollox. Qed nirrealizzaw li l-attakki terroristiċi jistgħu jseħħu kullimkien, anke f 'postijiet turistiċi," żied jgħid Craig. "Kull pajjiż li qed jattendi ċ-CHOGM, b'xi mod qed jibża' minn xi attakk, u għalhekk nemmen li fid- diskussjoni żgur se jissemma t-terroriżmu." Dwar dan, semma kif anke l-President Franċiż, Francois Hollande għamel mezz biex jattendi minkejja li l-ġimgħa d-dieħla hemm summit importanti ieħor f 'Pariġi. Staqsejnih ukoll dwar l-aħbar li l-Prim Ministru Ingliż David Cameron, ħabbar li se jkun qed iniedi unit apposta biex jindirizza l-problema tal- estremiżmu u t-terroriżmu internazzjonali u jekk jaħsibx li din hija deċiżjoni għaqlija. "Tista' targumenta li jekk ir-Renju Unit iniedi kampanja kontra l-Istat Iżlamiku, tinħoloq theddida fuq artna stess," qal Craig. Iżda skontu, David Cameron jirraġuna li ma tistax tibqa' ma tagħmel xejn quddiem it-theddid, u li quddiem dan il-piż, ir-Renju Unit irid iqum biex jgħin lill-alleati tiegħu. "Dan huwa wieħed mill-iktar dibattiti jaħarqu li għaddej bħalissa fir- Renju Unit." 'is-sigurtà fir-renju Unit żdiedet immens' Jon Craig spjega li mill- attakki ta' Pariġi, hemm biża' u inkwiet kbir fost iċ-ċittadini tar-Renju Unit, speċjalment f 'postijiet bħal Londra. Dan għax hemm il-biża' li l-Ingilterra jkun il- pajjiż li jmissu jkun il-vittma tat-terrur. "Is-sigurtà fir-Renju Unit żdiedet immens. Wara kollox, kellna attakki terroristiċi f 'Londra fil- passat," saħaq Craig waqt li rrefera għall-attakk tas-7 ta' Lulju 2005, meta militanti estremisti wettqu serje ta' attakki fiċ-ċentru ta' Londra. Dakinhar kienu tilfu ħajjithom 30 persuna u mas- 700 oħrajn indarbu. Spjega li s-sigurtà hija partikolarment stretta fil-bini tal-Parlament u f 'uffiċini tal-Gvern. Ma setax jonqos li ma' korrispondent politiku mir- Renju Unit, ma nistaqsux dwar ir-referendum li Cameron mistenni jressaq sa qabel tmiem is-sena 2017. Skont Craig, il-Prim Ministru Ingliż kien qed jittama li fis-Summit tal- Unjoni Ewropea li se jkun qed isir fis-17 ta' Diċembru, ikollu ċans jiddiskuti negozjati ġodda bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea. "Iżda minħabba l-fatt li l-mexxejja Ewropej huma partikolarment ikkonċernati bil-problema tat-terroriżmu, hemm ċans kbir li n-negozjati ġodda lanqas biss jissemmew," saħaq il- ġurnalist. Spjega li hemm mexxejja Ewropej li jħossu li hemm kwistjonjiet iktar importanti li għandhom jiġu diskussi milli r-relazzjoni tar-Renju Unit mat-tmexxija Ewropea, partikolarment il- problema tal-immigrazzjoni u t-terroriżmu. 'il-vuċi tar-renju Unit fl- Ue mhix b'saħħitha daqs dik tal-Ġermanja u Franza' Għal Jon Craig dan kien it-tielet CHOGM li attenda għalih, u fil-karriera tiegħu kellu ċ-ċans jattendi għexieren ta' laqgħat internazzjonali. "Il-midja fir-Renju Unit hija ewro-xettika ħafna," spjega Criag, "kważi kważi għalhekk inħobbu nattendu kull summit li jkun hemm relatat mal-Unjoni Ewropea." Finalment staqsejna dwar kemm jaħseb li r-Renju Unit għandu vuċi fl-Unjoni Ewropea, b'Jon Craig jagħżel li jwieġeb; "bla dubju, m'għandniex vuċi daqs Franza u l-Ġermanja!" L-analista politiku Jon Craig Mistenni t-tmiem ta' biljetti b'xejn għal sindki u qraba tal-ħaddiema Tkompli minn paġna 1 B'rispOsta għal li qal Grech waqt l-istess programm, refalo xorta sostna li mina waħedha mhix soluzzjoni biex jinħoloq ix-xogħol. "taħt Gvernijiet nazzjonalisti qatt ma kien attirat investiment dirett barrani, il-qasam industrijali tax- Xewkija ingħalaq biex ingħata lil erba' min-nies u għalhekk m'hemmx post fejn jista jsir investiment," qal refalo li fakkar kif taħt Gvern Laburista sar investiment ta' €1 miljun mill-kumpanija rs2, kien hemm tkabbir ta' 4.8% fil-prodott domestiku gross (pDG) matul din is-sena, żdiedu b'100 dawk li jaħdmu mal-privat u l-qgħad naqas bi 11%. Il-Ministru għal Għawdex fakkar kif il-lukandiera ma jaqblux mal-proġett ta' mina, b'referenza għall- istħarriġ tal-Gozo Tourism Association (GTA) li kien żvela l-ILLUM nhar il-Ħadd 25 ta' Ottubru u li kien juri kif 64% ta' dawk li joperaw lukandi u ristoranti huma kontra. Dan l-istudju kien ikkritikat mill-GBC li ġabet fid-dubju l-mod kif sar l-istess stħarriġ. Matul il- programm, Refalo qal ukoll li ż-żgħażagħ Għawdxin huma kontra proġett ta' mina, anke jekk fil-fatt, studju li sar mill-Gozo University Group wera li hemm 74% taż-żgħażagħ li huma favuriha. indikazzjoni li se jinqatgħu l-biljetti b'xejn Intant il-Ministru Refalo indika bl-aktar mod ċar li fiż-żmien li ġej, hekk kif se jkun qed jiġi fi tmiemu l-Public Service Obligation (PSO) li sar taħt Gvern preċedenti, se jkunu qed jiġu riveduti prattiċi ta' biljetti b'xejn lil numru ta' passiġġieri tal-Gozo Channel. Fil-fatt, matul l-istess programm, semma lis- Sindki, Konsli u anke l-qraba tal-ħaddiema tal-Gozo Channel li jużaw is-servizz mingħajr ħlas u sostna li, "dawn l-affarijiet kissru lill-Gozo Channel." Refalo aċċenna dwar il-bżonn li l-kumpanija tkompli fit-triq it-tajba li qabdet kemm ilu li nbidel il-Gvern u sostna li wasal iż-żmien li din tkun immexxija b'mod purament kummerċjali. Il-Ministru fakkar kif Gvern Laburista dawwar djun ta' €1.6 miljun fil- Gozo Channel għal qliegħ ta' €900,000, apparti żieda fin-numru ta' passiġġiera u vjaġġi. Il-Ministru Refalo mal-preżentatur Charlon Gouder waqt il-programm Stat ta' Fatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015