Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 19 Naħseb kulħadd jaqbel li din kienet ġimgħa ta' suċċess, mhux għall-Gvern, iżda għall-poplu Malti. Destiny L-ewwel suċċess kien leħen li għaġġeb lil kulħadd ta' tifla bl-isem li jagħmel kuraġġ lil kulħadd, bl-isem ta' Destiny. Tifla li hija kariżmatika, matura għall-età li għandha, u li nislet f 'kulħadd is-sensazzjoni li jekk naħdmu, għandna destin sabiħ. Destiny ġiet fi żmien ta' qtigħ il-qalb b'dak li qiegħed jiġri madwarna. F'dan id-dlam, qisha fjamma ta' tama. Destiny, li hija tifla ta' omm Maltija u missier Niġerjan, huwa wkoll messaġġ li t-taħlit tar-razzez iġib miegħu vantaġġi. Messaġġ li m'għandniex nibżgħu mill-ġejjieni f 'kuntest ta' movimenti globali ta' bniedem. Leħen Destiny saħħar mhux biss lilna, iżda anke lill-Ewropej. B'Gaia ftit taż-żmien qabel, din hija t-tieni darba li rbaħna l-Junior Eurovision Song Festival. Jiena nemmen li kemm Destiny u kemm Gaia qegħdin jibagħtu messaġġ ċar. Il-messaġġ huwa dak li fostna, għandna talenti li jħabbtuha ma' dawk ta' pajjizi ħafna akbar minnha. Joseph Calleja huwa eżempju ħaj ta' suċċess internazzjonali, u jekk ma tridx, fil-kamp tal-kant u l-operistika. Il- messaġġ hu, li għanda nieħdu l-qasam tal-arti bis-serjetà u mhux bl-imqieta. Hija ħasra li s'issa, dan il-qasam rari ngħata l-prijorità li jistħoqqlu għaliex ħwejjeġ materjali jiġu qabel kollox u qabel kulħadd. It-talenti sbieħ li għandna fostna, ma nistgħux nibqgħu niskopruhom b'kumbinazzjoni, iżda jrid ikollna pjan. Għandna nkunu aktar ġeneruzi mal-arti. Ftit ġimgħat ilu, l-orkestra Filarmonika Nazzjonali ġewwa Frankfurt, flimkien ma' Joseph Calleja tat wirja brillanti u li żgur ħalliet impatt li jista' jirrifletti lilu nnifsu, anke fuq l-ekonomija tal-pajjiż. L-istorja ta' pajjiżna, il-kultura u l-arti jistgħu jkunu niċċa li għadna ma skoprejniex biżżejjed fil-qasam tat- turiżmu. Il-festival tal-Barokk huwa eżempju ta' niċċa turistika li kull sena, dejjem qiegħda żżid fil-popolarità tagħha mal-barranin, li jiġu apposta għalih. Aktar minn hekk, illum għandna fostna barranin li huma ta' profil għoli li jistennew prodott lokali li jagħtihom sodisfazzjon. Il-ħtieġa ta' Akkademja Nazzjonali tal-Arti dejjem qed tinħass. Il-ħtieġa li nkunu aktar ġeneruzi ma' dan il-qasam, ma tistax tkun skartata aktar. Iċ-CHOGM F'temp ta' ġimagħtejn kellna żewġ laqgħat internazzjonali. Kien hemm dik tas-Summit Afro-Ewropew u din il-ġimgħa ċ-CHOGM. Żewġ laqgħat li t-tnejn seħħew fi żmien meta d-dinja għaddejja minn periklu kbir. Kulħadd beda jistaqsi jekk din tal-aħħar kellhiex issir, b'mod speċjali minħabba l-fatt li fostna mhux biss kien ser ikollna r-Reġina Eliżabetta iżda kważi l-familja rjali kollha, ħaġa li rari ssir. Li kien għall-Kap tal-Oppożizzjoni, din il-laqgħa ma saritx. Kienet ukoll ħasra li f 'mument bħal dan, l-Oppożizzjoni ngħaqdet mal-allarm ta' gazzetti Taljani mfassla biex ipenġu lil Malta bħala "ċentru Ġiħadista." L-Oppożizzjoni tat wisq kredibbiltà lil tqasis li fil-fehma tiegħi, kellu għan wieħed biss: li jħassru l-festi għal kulħadd. Ma nistax nifhem x'inhi l-lobgha tat-Taljani, li f 'temp ta' ftit xhur, bdew joħorġu aħbarijiet dwarna dwar kull ħaġa. L-ewwel dwar l-industrija tal-egaming. Wara, dwar l-ixkaffa kontintentali u dan l-aħħar dwar is-sigurtà ta' pajjiżna meta qatt ma kellna t-traġedji terroristiċi li kellu dan il-pajjiż. Iżda t-traġedja mhux li t-Taljani jgħidu kontra tagħna, iżda kif l-Oppożizzjoni tkun pronta temmen kulma jgħidu fuqna. Ma nistax nifhem għaliex Deputata Parlamentari Ewropea Taljana mill- kamp tal-Partit Popolari, dejjem tagħmel dikjarazzjoni kontra tagħna li b'kumbinazzjoni, jirriflettu l-kritika li tkun qed tagħmel l-Oppożizzjoni f 'pajjiżna, kritika li ħafna drabi tirriżulta li tkun żbaljata. Il-laqgħa taċ-CHOGM uriet li anke fl-aktar mumenti diffiċli, pajjiżna għandu l-kapacità li jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu daqs kull pajjiż kbir ieħor. Il-fatt li l-familja Rjali għażlet li tiġi Malta minkejja dak kollu li kien qiegħed jingħad, hija dikjarazzjoni ta' fiduċja f 'pajjiżna. Mhux is-soltu li l-familja Rjali kollha żżur pajjiż. Kienet laqgħa ta' suċċess u grazzi għall-poplu malti kollu. Iżda grazzi specjali lill-organizzaturi, inkluż Phyllis Muscat li kellha tgħaddi mill- passaġġ ta' tgħajjir u insulti. Grazzi lil dawk li ħadmu minn wara l-kwinti mingħajr ħafna daqq tat-trombi. Iżda grazzi għall-Pulizja u l-armata li ħadmu bla heda u b'mod mill-aktar professjonali. Fil-Qorti Anke għalija kienet ġimgħa mhux tas-soltu. Ilni 35 sena avukat u tista' tghid li fil-Qorti, rajt minn kollox anke għaliex dejjem kont fil-politika, dejjem bil-mod tiegħi. Fejn jidħlu kawżi ta' natura politika, nistenna minn kollox, għalhekk meta jiġrli dak li ġrali din il-ġimgħa, fil-kawża magħrufa bħala taż-żewġ siġġijiet, ma ħadtha xejn bi kbira. Ġejt minxur u avvelit għal ħaġa li tiġri ta' kuljum f 'ħafna kawżi oħrajn, anke jekk xogħli għamiltu bl-aħjar abbiltà tiegħi. Iżda rrid ngħid xi ħaġa dwar din is-seduta. Hekk kif dħalt fl-Awla u sibt numru ta' ġurnalisti bil-qiegħda u Simon Busuttil preżenti għall-kawża, mill-ewwel għidt lili nnifsi, "Ġejja tiegħi," u hekk ġara. Simon Busuttil, tant għandu interess f 'din il-kawża li, tal-inqas, kemm ilni li dħalt f 'din il- kawża jien, qatt ma rajtu jiġi għaliha. Ma ridx inkun xi avukat bil-mustaċċi biex nintebaħ li kont tiela fuq l-artal tas-sagrifiċċju. Jiena naf li hemm rabja kbira għalija, wara li kienu ilhom sentejn u nofs quddiem il-Qorti u meta kienu mingħalihom rebħu l-kawża. Li kont strumentali biex ħassar l-ewwel sentenza ħażina minn għeruqha, kont qisni qiegħed nitfa' l-ilma imbierek fuq ix-xitan. Dak li ġara u qiegħed jiġri, mhux tort tiegħi. Jekk kien hemm xi ħadd li mhux professjonali kien il-Partit Nazzjonalista li flok għamel kawża, għamel froġa. Jiena x'tort għandi jekk minkejja li jiftaħru, għandhom l-esperti kollha magħhom għamlu pudina? Iżda mhux hekk biss. Il-pudina kienet ikbar, għaliex min suppost kellu jintebaħ li sar żball gravi li l-Partit Nazzjonalista ħalla barra lill-Partit Laburista, baqa' għaddej qisu ma ġara xejn. Agħar minn hekk, dawn l-elezzjonijonijiet saru taħt amministarzzjoni Nazzjonalista u kif qed jargumentaw, qed ipenġuha li qishom saru taħt amministrazzjoni Laburista. Inkompentenza mill-bidu sal-aħħar. Għajnhom mimlija li għandhom raġun. Għadhom ma jafux kemm dan mhux minnu! Jagħmlu x'jagħmlu, jiena se nibqa' nagħmel ħilti kemm jekk ikunu waħedhom, u kemm jekk ikollhom lil ħaddiehor magħhom. Issa drajt, li fejn jidħlu kawżi b'kontenut politiku, nistenna minn kollox. Toni AbelA Opinjoni What a week this was! Fostna, għandna talenti li jħabbtuha ma' dawk ta' pajjizi ħafna akbar minnha "Jekk kien hemm xi ħadd li mhux professjonali kien il-Partit Nazzjonalista li flok għamel kawża, għamel froġa"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015