Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 13 Feature persuna li ilha fuq it-tron l-iżball, meta kienu ċappsulhom wiċċhom mal-media Ingliża kollha, bit-titlu ta' 'Hands off our Queen!' - F'laqgħa uffiċjali, l-irġiel għandhom ibaxxu ftit rashom bħala tislima, waqt li n-nisa għandhom jagħmlu inkin ċkejken, dik li bl-Ingliż tissejjaħ 'curtsy'. - Ir-Reġina għandek dejjem tirreferi għaliha bħala 'Your Majesty' u iktar tard tista' tintuża 'Ma'am' f 'verżjoni iktar informali - Dejjem għandhom jiġu wżati t-titli formali meta jkun qed isir diskors fuq xi membru tal-familja Rjali, jiġifieri l-President jew il-Prim Ministru, ma jistgħux imorru fuq ir-Reġina u jsaqsuha kif inhu għaddej in-neputi William, imma għandhom jistaqsu kif jinsab id- Duka ta' Cambridge. - Qatt m'għandek titkellem l-ewwel inti, imma għandek dejjem tistenna li tiġi introdott mar- Reġina, u tagħmel kuntatt hi l-ewwel - Tippruvax tgħaddi xi ċajta jew tkun sarkastiku għaliex ma tantx tkun se tagħmel impressjoni. Fil-fatt, meta darba, s-sindku ta' Ontario kien għadda rimarka sarkastika, wiċċ ir-Reġina baqa' wieħed serju u ma tħarrek xejn, anke jekk ftit wara kienet sabitu personalment u qaltlu li kienet ċajta ħelwa, dik li kien għadu kemm qal. - Fl-ebda mument, m'għandek qatt tagħti dahrek lir-Reġina. Għalhekk, jekk tkun se titlaq minn xi kamra fejn hemm ir-Reġina, għandek tagħmel dan billi timxi b'lura, anke jekk kapaċi tidher kemxejn stupidu. Fl-20 ta' Novembru ir-Reġina u l-Prinċep Filippu għalqu 68 sena miżżewġin Min se jieħu l-kuruna wara Eliżabetta? Huwa fatt interessanti li skont protokolli rjali, żewġ werrieta tat- tron, qatt m'għandhom jivvjaġġaw flimkien fl-istess titjira. Huwa fil-fatt għalhekk li l-Prinċep Karlu u martu waslu Malta fuq vjaġġ separat minn dak tar-Reġina. Minkejja dan, il-Prinċep william kiser din it-tradizzjoni meta kien ħa lil ibnu l-Prinċep George, ta' disa' xhur miegħu fuq l-istess titjira meta marru l-awstralja. Il-Prinċep Karlu huwa l-ewwel persuna fil-lista tal-wer- rieta għat-tron minħabba li huwa t-tifel il-kbir tar-Reġina. Il-Prinċep Karlu, jieħu t-titlu ta' Prinċep ta' Wales bħalma għamel kull eredi tat-tron li jinsab l-ewwel fil-lista, u ilu l-ewwel fil-linja sa mill-1952. Il-Prinċep William, id-Duka ta' Cambridge, huwa t-tifel il-kbir tal-Prinċep Karlu u għaldaqstant jinsab eżattament wara missieru fil-lista ta' nies li huma wer- rieta għat-tron. Il-Princep George ta' Cambridge, minkejja li għad għandu biss sentejn, huwa t-tielet persuna fil-lista għat- tron rjali tal-Ingilterra minħabba li huwa l-ewwel wild tal- Prinċep William, u n-neputi tal-Prinċep Karlu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015