Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 39

2 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 45 83 15 6 51 59 17 16 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Floriana san Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi Rational Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara Regional Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida louRdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann HaRley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema st. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija gRognet Pharmacy, 41, Triq il-Ko- stituzzjoni, Mosta st. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar st. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola alPHa Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja MqaBBa Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi st. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat taċ-ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria st. John's Pharmacy, 85, Triq l-In- dipendenza, Xewkija l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 13˚ Ċ teMp: Ftit imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Majjistral forza 5 għal 6 li jsir forza 6 għal xi ħin kmieni filgħodu, jonqos għal forza 5, lokalment forza 5 għal 6 bAħAr: Qawwi iMbAtt: Baxx mill-Punent li jsir baxx għal moderat mill-Punent Majjistru teMperAturA tAl-bAħAr: 21°C l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 13˚Ċ teMp: Ftit imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Majjistral forza 5 li jsir forza 4 għal 5 bAħAr: Qawwi li jsir moderat għal qawwi iMbAtt: Baxx mill-Punent Majjistru teMperAturA tAl-bAħAr: 21°C 36% tan-nies fil-ħabs daħlu minħabba droga Jidher li d-droga tibqa' l-problema numru wieħed f 'dan il-pajjiż fejn jirrigwarda kriminalità, dejjem jekk wieħed kellu jiġġudika biss fuq in-numru ta' nies li hemm bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li nstabu ħatja ta' reati relatati mad-droga. Fil-fatt, minn total ta' 137 priġunier, hemm b'kollox 49 li jinsabu fil-Faċilità minħabba pussess, traffikar, bejgħ jew importazzjoni ta' drogi. Dan ifisser li 36% tan-nies li hemm fil-ħabs instabu ħatja ta' reati relatati mad- droga, ħafna ikbar mis-serq, li huwa t-tieni reat li tiegħu nstabu ħatja priġunieri. Fil-fatt, bħalissa hemm 38 priġunier f 'Kordin li nstabu ħatja ta' dan ir-reat, jew 28% tal-popolazzjoni kollha tal- Faċilità. Din l-informazzjoni ingħatat lill-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil. L-Ewropa aljenata wisq bil-kriżijiet biex tgħin l-Afrika L-ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta' għajnuna simili għall-Marshall plan għall-pajjiżi afrikani, pjan li fih l-aġenziji pubbliċi jmexxu direttament u mhux jiddelegaw inizjattivi lis- settur privat, jew jistennew lilhom biex jidħlu għalihom. dan qalu dr alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-parlament ewropew fi Strasburgu, waqt dibattitu dwar l-eżitu tal- Valletta Summit u s-Summit tal-G20. 'Jekk irridu nkunu onesti, min-naħa Ewropea l-Valletta Summit kien immotivat mill-ħtieġa li jkun hemm kontroll fuq il-mewġ irregolari tal-immigrazzjoni ekonomika lejn l-Ewropa. Madanakollu qanqlet dak li missu jkun djalogu effettiv fejn l-Afrika u l-Ewropa jtejbu l-qagħda ekonomika u soċjali ta' xulxin.' Qal Dr Sant. Dr Sant qal li l-globalizzazzjoni neo- liberali hija xkiel biex dan iseħħ. Proprjament, l-Unjoni Ewropea ma għandhiex l-għodda li bihom tiġġenera biżżejjed opportunitajiet ta' xogħol fl-Afrika, li permezz tagħhom l-immigrazzjoni ekonomika ma tibqax attraenti. Agħar minnhekk, ħafna proġetti privati fl-Afrika inħakmu mill-globalizzazzjoni u ma swewx biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' xogħol fl-ekonomija b'mod ġenerali. Il-korruzzjoni, il-ħela tar- riżorsi u l-inugwaljanzi soċjali nfirxu aktar u dawn iqanqlu nies iddisprati biex jitilqu 'l bogħod minn darhom biex isibu xogħol. Dr. Sant qal li l-iżvilupp fl- Afrika ma jridx ikun maħkum minn forzi u swieq ħielsa u globali. Minflok għandu jkun ippjanat sewwa u implimentat b'mod effettiv. Dr Sant qal li ħafna ideat u interessi li huma aċċettati, jeħtieġ li jinbidlu. 'Nispera li l-Valletta summit serva ta' tarġa li twassal lejn dan il-proċess twil ħafna.' Qal Dr Sant.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015