Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Għawdex Għawdex: Jinbidel f 'villaġġ • 36 siġra fi Triq ir-Repubblika u siġra ta' 20 pied fil-pjazza tat-Tokk • Siġra tal-Milied daqs il-Knisja f'Ta' Sannat • Bethlehem f'Għajnsielem b'attrazzjoni ġdida • Nadur bi presepju ħaj u programm mużikali mill-MUSEUM lejliet il-Milied • Parata tal-Milied matul Triq ir-Repubblika minn John Busuttil Disa' xhur ilu, kumitat ta' disa' persuni rappreżentattiv mill-irħula u komunitajiet Għawdxin, beda jiltaqa' darba fil- ġimgħa biex Għawdex jinbidel f 'villaġġ sħiħ tal-Milied f 'Diċembru. Dawn il-laqgħat kollha kienu koordinati minn żewġ nisa li qattgħu disa' xhur jaħsbu biss fil-Milied u qalu li ħadu biss waqfa qasira f 'awwissu. Dawn huma iċ-Chairperson tal- Milied f 'Għawdex, Maria Farrugia minn Marsalforn u s-segretarja tal-kumitat Catherine Cauchi mix- Xewkija. L-iLLUM iltaqa' magħhom u kellimhom dwar għaliex il-Malti għandu jagħżel Għawdex bħala d-destinazzjoni Natalizja tiegħu. Qalulna li din is-sena saru xi żidiet minn dak li kien ikun hemm fis-sentejn li għaddew minn meta bdiet din l-iskema ta' 'Milied f 'Għawdex.' ideat ġodda għal dan il- Milied Is-Sibt 19 ta' Diċembru se ssir parata b'tema tal- Milied fi Triq ir-Repubblika fejn 150 tifel u tifla lebsin kostumi tal-Milied se jiżfnu matul it-triq prinċipali segwiti b'karru tal-Milied. Il-parata se tibda minn ħdejn il-kumpless Arkadia u se tibqa' tielgħa sal- pjazza tat-Tokk fis-7.30 ta' fil-għaxija f 'ambjent kollu mixgħul. Fil-fatt it-triq se tkun imżejna b'36 siġra tal- Milied kollha mixgħulin. B'hekk, fil-pjazza prinċipali Għawdxija se jkun hemm siġra kbira ta' 20 pied li se tinxtegħel fil-5 ta' Diċembru, li jiġi l-Ħadd li ġej. Fl-istess ġurnata se tinxtegħel it-triq sħiħa mill-port tal-Imġarr sar-Rabat. Interessanti wkoll is-siġra li tinxtegħel fil-pjazza f 'Ta' Sannat li hi l-akbar siġra f 'Għawdex u għolja daqs il-Knisja. Dwar dak kollu li se jkun qed jiġi organizzat f 'Għawdex, ġie ppublikat brochure mimli ritratti u informazzjoni li barra li se jitqassam f 'kull dar f 'Għawdex, se jitqassam ukoll f 'Malta. Dawn l-attivitajiet huma ftit mill-ħafna li se jiġu organizzati madwar il- villaġġi Għawdxin, bħal 'Milied fix-Xagħra', villaġġ agrikolu fil-Gozitano li barra affarijiet tipiċi tal- ikel Għawdxi jkun hemm animazzjoni u bejn it- 12 u 13 ta' Diċembru se jerġa' jkun hemm 'Dinja tat-Tfal' fil-Gozo Sports Complex li se jinġabru flus għal Puttinu Cares, u din tmiem il-ġimgħa se tkun dedikata lil Leah, it-tifla Għawdxija li rebħet qalb kulħadd bil-ġlieda tagħha kontra l-kanċer li tilfitha ta' sitt snin. Hawnhekk se jingħataw xi rigali għal min jattendi u se jinbiegħ il- ktieb ta' Leah li jiswa €10 li jmorru għal Puttinu. Meta tlabnihom jgħidulna kemm ħaditilhom ħin din il-preparazzjoni kollha, qalulna li dan kollu ħa ħafna u ħafna ħin. "Konna nippruvaw nieqfu nhar ta' Ħadd u nħallu din il-ġurnata għalina u għal familji tagħna. Iżda jkollna nammettu li sibna appoġġ kontinwu mill-Ministeru "Ilna li bdejna naħdmu fuq il-Milied minn April li għadda" Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXUL KXPDPLQQ Malta 15K LIKES IXT)DFHERRN f'sena ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015