Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 23 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Iż-żewġt uċuħ taċ-CHOGM I s-sinifikat tal-laqgħa taċ-CHOGM li saret f 'pajjiżna matul dan it-tmiem il-ġimgħa għandha żewġt uċuħ. L-ewwel u qabel kollox din il-laqgħa, flimkien mal-Valletta Summit ta' ġimagħtejn ilu, urew mingħajr ebda dell ta' dubju li pajjiżna kapaċi jorganizza avvenimenti ta' din ix-xorta b'mod professjonali u serju. Fil-fatt, għajr il-it intoppi żgħar li ħafna minnhom, għalkemm mhux kollha, kienu lil hinn mill-kontroll tal-awtoritajiet, dawn iż- żewġ avvenimenti marru tajjeb ħafna. Iż-żewġ laqgħat servew ukoll ta' mera għall-wirt ta' pajjiżna hekk kif miljuni ta' nies minn madwar id-dinja kellhom il-faċilità li jaraw b'għajnejhom x'wirt storiku u imprezzabbli jeżisti f 'din il-gżira żgħira. Sant'Anġlu u Sant'Iermu, żewġ ġojjelli storiċi li jixhdu l-passat imqalleb ta' pajjiż f 'nofs il-Baħar Mediterran reġgħu ħadu l-ħajja daqs qatt qabel u l-Belt Kapitali tagħna reġgħet, għal darb'oħra, serviet ta' punt ta' konverġenza għal stati, mexxejja, ideat u kulturi differenti. Imma lil hinn minn pajjiżna u l-abbiltajiet organizzattivi, hemm realtà oħra. Hemm ir-realtà li numru sew ta' mexxejja li ġew pajjiżna qed imexxu lil nieshom b'id tal-ħadid u ħallewhom f 'faqar assolut. Huwa ġust li mas-60% tal- popolazzjoni ta' Swaziland qed tipprova tgħix b'dollaru kuljum, waqt li r-Re Mswati III tal-istess pajjiż nefaq $61 miljun fuq oġġetti tad-dar biss? Kellmuh il-mexxejja tal-Commonwealth lir- rappreżentant tal-Brunei dwar il-fatt li pajjiżu, fi ftit żmien ieħor, jista' jintroduċi l-piena tal-mewt bi tħaġġir għal koppji omosesswali? U la qed nitkellmu fuq l-omosesswali, kien hemm imqar, referenza waħda li hi waħda, mar- rappreżentant tal-Uganda għall-mod moqżież u inuman li mijiet ta' Afrikani omosesswali ġew trattati bih f 'dawn l-aħħar snin f 'dan il-pajjiż? Jew xejn? Jew ħafna ċekċik, xampanja, ċirimelli u barra bid- daqq? Se nibilgħu l-lixka ta' nies, bħal mexxej tal- Uganda Yoweri Musuveni, li qal li dak pajjiżu, u ħadd m'għandu jimponi valuri? Jew se niftħu ħalqna u kif jingħad bl-Ingliż 'stand up to be counted' għad- drittijiet universali u umani li nħaddnu? L-Indja, l-ikbar pajjiż f 'termini ta' popolazzjoni fil-grupp tal-Commonwealth, għandu kważi 180 miljun persuna li qegħdin fil- faqar, li jikkwantifikaw għal 17.5% tal-poplazzjoni fqira madwar id-dinja. Saret diskussjoni dwar x'inhu jsir u x'se jkompli jsir biex il-faqar assolut u l-kundizzjonijiet mill-aktar inumani li jgħixu fihom miljuni ta' ċittadini Indjani jkunu mtejbin? U mhux mtejbin snin oħra, imma llum, biex id-dinja tkun qed tagħmel ġustizzja ma' dawk il-miljuni li qed jgħixu f 'disperazzjoni, illum. Minn dan l-editorjal, iktar kmieni din is- sena, diġà aċċennajna dwar l-importanza tal- globalizzazjoni tad-drittijiet. Li niġġieldu għad-dritt tal-għażla, għad-dritt tal- kelma, tal-libertà, tal-ħajja u tal-ugwaljanza f 'pajjiżna biss u nieqfu hemm mhux biżżejjed. Mhux biżżejjed li niġġieldu l-ġlidiet tagħna, fejn jikkonċerna lilna, imbagħad ikollna opportunità tad-deheb bħaċ-CHOGM u minflok niddiskutu dak li vera jgħodd, noqogħdu nagħmlu ħafna konferenzi li jwasslu biss għal ħafna paroli u platitudnijiet. Kellna ċans tad-deheb biex mmorru lil hinn mis-superfiċjalità ta' x'inhi liebsa l-President u kemm kien ħelu l-kappell tar-Reġina u nieħdu din il-laqgħa bħala opportunità biex nuru li ma naqblux mal-oxxenitajiet li għaddejjin f 'uħud mill- pajjiżi tal-Commonwealth. Kellna ċ-ċans, inqumu bil- wieqfa, mingħajr ma nkunu insolenti, u nagħmlu l-punt tagħna favur dawk il-miljuni li jinsabu mgħaddsa taħt il-faqar u taħt l-oppressjoni. Imma għażilna li nitkellmu dwar il-hand bags, il- kpiepel, il-make-up u n-nostalġija imperjali. Nistgħu għalhekk nikkonkludu li ċ-CHOGM kien avveniment mill-aktar superfiċjali, għalkemm definitivament organizzat b'mod professjonali ħafna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015