Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 11 Mill-Qorti Senteza sospiża għal suldat Finlandiż Suldat Finlandiż li ħebb għal ġuvni Malti b'flixkun tal-ħġieġ mkisser, ingħata sentenza sospiża fuq ammissjoni, wara li ntlaħaq ftehim bejn il- partijiet. Tatu Antero Oksanen ta' 33 sena kien qiegħed Malta għal btala f 'Jannar li għadda meta xejjer daqqa ta' flixkun lil Christopher Vassallo minn Ħaż Żabbar u kkawżalu feriti gravi f 'wiċċu. Vassallo kien xehed waqt il-proċeduri ta' kumpilazzjoni, fejn qal lill- Maġistrat Claire Stafrace Zammit kif kien sab lil Oksanen jipprova jiżgassa l-bieba tal-vann tiegħu. Oksanen irrispondih billi faqa' flixkun tal-inbid mal-bumper tal-karozza u tah daqqa biha f 'wiċċu. Il- vittma kellu bżonn tnax-il punt f 'wiċċu. Il-Finlandiż kien ġie mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq Vassallo u li għamel ħsara lill-vettura tiegħu. Kien ukoll akkużat b'serq aggravat u li kien fis-sakra fil-pubbliku. Għall-ewwel, Oksanen kien ċaħad l-akkużi, iżda din il-ġimgħa biddel fehmtu u rreġistra ammissjoni– allegatament wara li ntlaħaq ftehim bejn id-difiża u l-parte civile fejn tħallas ammont 'sostanzjali' f 'kumpens lill-vittma talli dan irtira wħud mill- akkużi. Minħabba l-ammissjoni tiegħu, il-maġistrat Claire Stafrace Zammit imponiet sentenza ta' sena ħabs, sospiża għal sentejn. L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Oksanen, filwaqt li l-avukat Michael Sciriha rrapreżenta lil Vassallo bħala parte civile. Jeħel €1,750 wara li għadda mit-traffic lights ħomor Il-QortI ordnat biex sewwieq mill-Fgura jħallas multa ta' €1,750 wara li baqa' għaddej meta t-traffic lights kienu ħomor. Walter Mallo ta' 34 sena tressaq il-Qorti ukoll akkużat talli offenda lill-Pulizija li waqqfu u li kiser ir-regoli tal-bail. L-ispettur Jonathan Ransley, spjega li l-akkużat baqa' jsuq minn Triq il-Wied, l-Imsida u għadda mit-traffic lights meta dawn kienu ħomor. Intqal kif il-kuntistabbli li ħarrku, kien suġġett għal abbuż verbali mis-sewwieq. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat li ammetta l-akkużi kontrih. Il-Qorti, preseduta mill- Maġistrat Monica Vella, sabet lil Mallo ħati u poġġietu taħt probation għal perjodu ta' sena. Huwa ġie ordnat iħallas multa ta' €1,750. Sandro Chetcuti f 'Reporter t'għada FIl-PrograMM ta' nhar it-tnejn Saviour Balzan se jikkonfronta lil Sandro Chetcuti, President tal-Malta developers association u jitkellem dwar l-iżvilupp u l-bini f 'Malta. Il-proprjetà u l-impatt ambjentali. Immedjatament wara Saviour Balzan jitkellem ma' Paul Fenech, chairman tal-Valletta's Republic Street Business Community fejn jitkellem dwar il-kummerċ fil-kapitali Maltija. Fenech jitkellem dwar il-kompetizzjoni fi bnadi oħra ta' Malta li jekk xekklux il-kummerċ mill-Belt Valletta u x'impatt qed iħalli t-trasport pubbliku fuq il-kummerċ fil- Belt Valletta? Reporter, nhar it-Tnejn, fl-10.05pm fuq Reporter b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015