Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
36 illum Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Sports L-Aħwa Camilleri jiddominaw l-ewwel attività tal-Motocross Nhar il-Ħadd li għadda, l-assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, organizzat it-tielet attività tal-istaġun aSMK Pasta Poiatti 2015/2016. Din kienet tikkonsisti f 'tiġrijiet bil-Karozzi autocross u Muturi Motocross. Kollox beda fl-10am fejn taħt tinda kbira armata għall- okkażjoni ġiet organizzata Quddiesa li ssir darba kull sena għal dawk l-eks membri tal-aSMK li ħallew din id-dinja. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn nhar il-Ħadd infetaħ uffiċjalment il- Kampjonat tal-Motocross. Din is-sena nfetaħ ftit tard iktar mis-soltu minħabba li t-tim Malti minn din is- sezzjoni kien qed jipprepara ruħu sew għall-ewwel esperjenza tiegħu ta' tiġrija fi Franza. Matul il-ġurnata tal- Ħadd fi Klassi A, rajna lil Clayton Camilleri fuq KTM jiddomina l-ġurnata billi rebaħ il-Heats kollha waqt li dejjem kien segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq KTM ukoll. Fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq Kawasaki. Fi Klassi B rajna lis-sewwieq Għawdxi Mario Cauchi fuq Honda jiddomina din il-klassi bir- rebħ tiegħu fiż-żewġ heats tal-ġurnata. Cauchi kien dejjem segwit minn Elvin Debono fuq Kawasaki fil- waqt li fit-tielet post spiċċa John Stellini fuq mutur Kawasaki ukoll. Il-Klassi Open kienet iddominata mill-aħwa Camilleri bi Clayton jirbaħ segwit minn Kyle. Fis-Sezzjoni tal-Karozzi Autocross Modified rajna lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo jiddomina u jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex ħa postu mill-ewwel fuq l-iStart Line tal-finali A. Flimkien miegħu kien hemm Noel Zammit fuq Fiat Punto, Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Christian Apap fuq Ford Fiesta, Josef Grech fuq Ford Fiesta u Philip Joe Vella fuq Opel Nova. Mat-tluq ta' din il- finali rajna ħruġ tajjeb minn Vella segwit minn Galea fejn dawn ħadu t-tmun tat-tiġrija segwiti minn Apap u Grech rispettivament. Ma kellna l-ebda tibdil fil-pożizzjonijiet matul din il-finali iżda s-sewwieqa taw wirja sabiħa u sportiva b'sewqan nadif matul il-finali kollha. Din il-finali spiċċat b'Vella jirbaħ għat-tieni darba f 'dan l-istaġun segwit minn Galea. Fit-tielet post daħal Apap segwit minn Grech u Zammit rispettivament. Fil-Finali Klassi B kkwalifikaw Jonathan Vella fuq Ford Fiesta, Joseph Micallef u Jonathan Camilleri, it-tnejn fuq Opel Corsa, Josef Abela fuq Opel Nova, Duncan Delia fuq Ford Fiesta u Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Camilleri jisraq l-ewwel pożizzjoni u jħalli lil Abela u Micallef isegwuh. L-attenzjoni kienet fuq Birmingham u Micallef b'dan tal-aħħar kien qed jagħmel pressjoni fuq Birmingham sakemm Micallef sab l-okkażjoni u avvanza pożizzjoni. Wara din l-azzjoni l-attenzjoni waqgħet fuq Birmingham li beda jagħmel pressjoni fuq Micallef, sakemm Micallef għamel kuntatt mal-barriera tat-tyres fil-ġenb tal-korsa u spiċċa jinqaleb bil-karozza. Minkejja li ma kienx hemm lok ta' allarm, il-finali ġiet imwaqqfa minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Il-Finali spiċċat b'Camilleri jirbaħ il- Klassi B segwit minn Abela u Birmingham. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Vella u Micallef rispettivament. Fil-Klassi Autocross Standard rajna l-iStart Line kompost min Traydon Bailey fuq Ford Ka, Ian Fenech u Deane Fenech it-tnejn fuq Citroen AX, Michael Scicluna fuq Peugeot 206 u Johann Vella fuq Opel Nova. Mat-tluq ta' din il-finali, rajna lil Farrugia u Fenech jagħmlu ħruġ tajjeb b'Farrugia jieħu t-tmun segwit minn Fenech. Ftit wara l-ewwel dawra, Fenech irnexxielu jissupera lil Farrugia iżda dan reġa' beda jagħmel pressjoni sakemm sab iċ-ċans u mar lura minn fejn beda. Intant, ir-riżultat finali tal-Klassi Standard spiċċa b'Farrugia jirbaħ il-finali segwit minn Fenech. Fit-tielet post, spiċċa Scicluna segwit minn Vella fir-raba' post. L-attivitajiet tal-ASMK se jkomplu llum bis-sezzjoni Muturi Trials. Dawn se jsuqu t-tieni kompetizzjoni tal-kampjonat li se tiġi organizzata fil-Barriera fix-Xgħajra tal-Magħlaq, limiti tal-Qrendi bl-attività tibda fid-9am. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku, www. asmk.org.mt. Azzjoni mill-ewwel attività tal-Motocross organizzata mill-ASMK Ritratt: Mario Micallef Organizzati b'suċċess il-Kampjonati tal-Arti Marzjali u Ring Sports f 'pajjiżna Il-KaMPjoNatI tal-arti Marzjali u ring Sports kienu organizzati għall- ewwel darba f 'pajjiżna mill-World Kombat Federation (WMKF) bejn it-13 u l-15 ta' Novembru. Il-ħidma biex sar dan l-avveniment kienet waħda intensiva għall-WMKF- Malta li għadha kemm ġiet iffurmata. Huma sabu kollaborazzjoni kbira mill-klabb Malti WuShuKy kickboxing club. Dan kien l-ewwel avveniment ta' din ix-xorta għall-federazzjoni Maltija li issa ġiet ukoll rikonoxxuta mill-World Kombat Federation, li issa għandha r-rikonoxximent uffiċjali mill-federazzjoni dinjija. WKMF-Malta hija magħmula mill-President Onorarju u kowċ tekniku Silvio Camilleri, l-President Alan Borg u s-segretarju Christopher Bezzina filwaqt li Dale Hamilton u Kenneth Scerri jokkupaw il-karigi ta' kordinatur u teżorier rispettivament. L-avveniment attira lejn pajjiżna aktar minn 500 atleta minn aktar minn 40 pajjiż differenti fosthom il-Messiku, l-Arġentina, l-Indja, l-Portugall, ir-Renju Unit u l-Italja. It-tim Malti kien kompost minn 10 klabbs stabbiliti fosthom Wushuky innifsu li huwa immexxi mill-Master Silvio Camilleri, 'The Art of Fighting' immexxi mill- kowċ Simon Chetcuti, 'Ying Yang' immexi mill- Master Noel Mercieca, 'Jalen Club' immexxi minn Mark Manicolo, 'The New Kickboxing Club' immexxi mis-Sensei Robert Sammut, Al Creed li jmexxi l-'Malta Thai Boxing Club', 'The Basement Club', immexxi mill-kowċ Kenneth Scerri u oħrajn. Pajjiżna wera l-potenzjal qawwi li għandu f 'dan l-isport fejn ħareġ bl- unuri u rreġistra 20 l-ewwel post u 25 it-tieni post. Fost il-ġudikatura kif ukoll referis kien hemm 3 Maltin li kienu Dale Hamilton, Alan Borg u Clayton Portelli li huma liċenzjati mill-Federazzjoni. Christopher Bezzina li kellu rwol tajjeb fejn tidħol kordinazjoni tal-ġlidiet u bħala traduttur mal-kowċis u ġudikatura barranin. Il-Federazjoni Maltija ferħet bl-unuri li kisbu l-Maltin fosthom Brandon Borg, Theon Camilleri, Chezen Spagnol, Aiden Piscopo, Julian Mangion, Kanwar Hannan Vanessa Mizzi u speċjalment l-iżgħar atleta li kellha l-iskawdra Maltija Elai Borg fejn din kisbet l-ewwel post fid-dixxiplini tal- K1, kif ukoll l-iskwadra 'Full & Light Contact Kickboxing'. Fit-tieni post bħala Runners-up insibu lil Christian Caruana, Gordon Cauchi, Heith Azzopardi, Kiron Aguis , Leanne Montesin, James Parnis, Diane Schembri, Chris Rotin, Darren Micallef, Liam Micallef, Aiden Azzopardi, Clayton Desira, Kevin Cilia, Leslie Camilleri, Edward Agius, Giselle Farrugia, Aydin Cutajar, Emerson Gauci, Jaden Debono, Keith Micallef, Aiden Cutajar. Dan kien sodisfazzon kbir għall-atleti Maltin li poġġew isem pajjiżna fuq il-podju ma' dawn il-ġganti f 'din id- dixxiplina. Dan kien ukoll reklam għal pajjiżna bis- saħħa tat-turiżmu sportiv li ġġenera dan l-avveniment. Minbarra s-suċċess tal-atleti Maltin, il-Federazzjoni ppremjat lil Master Silvio Camilleri bis-6th Dan. Il-Federazzjoni xtaqet tirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius u l-ħaddiema fis- Segretarjat tiegħu, lill- Malta Tourism Authority, lill-kowċis u atleti Maltin tal-ħin u d-dedikazzjoni li taw. Xhieda ta' dan huma r-riżultati li nkisbu mill-atleti Maltin. Il- Federazzjoni Maltija raddet ħajr ukoll lil dawk il-Maltin li attendew u taw id- donazzjonijiet tagħhom lil Puttinu Cares.