Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet minn Gabriel Schembri Fil-lejl ta' bejn l-14 u l-15 ta' Novembru, aktar minn 70 persuna spiċċaw sofrew ġrieħi wara li nkiser il-ħġieġ tat-taraġ ta' stabbiliment f 'Paceville. Waħda mill- ewwel kwistjonijiet li nibtet f 'moħħ kulħadd kienet relatata mas-sigurtà u fuq kollox, mal-preżenza tal-Pulizija fl-inħawi ta' Paceville. Sorsi mill-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-gazzetta ILLUM ikkonfermaw li fl-inħawi ta' Paceville, kien hemm stazzjonati 20 uffiċjal tal-pulizija. Qalulna wkoll li b'kollox kien hemm tliet pulizija, partikolarment stazzjonati quddiem il-klabb Havana, li jinsab biswit l-istabbiliment Plus One, fejn seħħ l-inċident. Meta bdew jinxterdu l-filmati tal-inċident onlajn, wieħed seta' jinnota li bħal donnu kien hemm xi ħaġa timblokka lin-nies milli joħorġu mill- istabbiliment. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif dan, seta' ġara minħabba li waqgħu xi persuni fl-art, u l-ġemgħa li kienet qed tipprova toħroġ 'il barra, kellha twaqqaf ir-rotta tagħha ħesrem. Ġie spjegat ukoll li l-uffiċjali tas-sigurtà li jkunu qed jgħassu fl-istabbilimenti jkollhom radju apposta biex f 'każ li jinqala' xi inċident u jkun hemm bżonn aktar assistenza, ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt mal-pulizija. L-ILLUM staqsiet ukoll jekk hux normali li persuni żgħażagħ iġorru pepper spray magħhom. Il-pulizija spjegat li normalment, iż-żgħażagħ jirrikorru għal affarijiet inqas aggressivi, bħal fwieħa jew deodorant jekk xi ħadd jipprova jattakahom jew jaggredihom. Madanakollu, is-sorsi ċċaraw li huwa llegali xorta waħda li xi ħadd juża fwieħa jew spray biex jikkawża ġrieħi jew jattakka xi persuni. Is-sors spjega li f 'każ ta' inċident fejn ikun hemm bżonn ambulanza, il-pulizija tgħin biex l-għajnuna tasal fil- ħin u fil-post it-tajjeb mingħajr diffikultà. Saret referenza għall-każ li seħħ f 'Diċembru li għadda, meta persuna li kienet qed iġorr mus, attakkat u kkawżat ġrieħi serji lil turist Olandiż. "Dakinhar", spjega s-sors, "l-ambulanza waslet fil-ħin." Mal-74 persuna, fosthom minorenni, kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei u f 'Ċentri ta' Saħħa wara li t-taraġ tal-ħġieġ ċeda għall-piż tar-rassa tan- nies li riedet toħroġ f 'daqqa mill-istabbiliment. L-Inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja filwaqt li l-pulizija kkonfermat li se tkun qed tressaq żewġ persuni l-Qorti b'rabta mal-każ. 20 pulizija f 'Paceville fil-lejl tal-inċident

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015