Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol, u speċjalment lejn is-settur tar-refereeing? Il-futbol minn dejjem kont insegwih. Fl-iskola fejn kont, konna nilagħbu u nieħdu sehem fl-attivitajiet sportivi li kienu jigu organizzati mill-iskola, u ġieli kont nitħajjar biex nirrefja logħba futbol. Fl-istess skola kien hemm l-eks referi Kevin Azzopradi li huwa sentejn ikbar minni u li għandu storja simili għal tiegħi. Kien hemm ukoll l-eks FIFA Referee Edgar Azzopardi li meta rawni nirrefja saqsewni jekk kontx interessat nibda l-kors ta' referi, u ftit ġimgħat wara, applikajt biex nibda l-kors. X'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek malli sirt taf li ma kontx inkluż fil-lista finali tal-FIFA? Ir-reazzjoni tiegħi ovvjament kienet waħda ftit ta' diżappunt. Tipprova tifhem għalfejn u x'ġara u ma ġarax. Tkellimnt ma' Adrian Casha? Le, jien ir-reazzjoni ta' Adrian Casha sirt nafha biss mill-kummenti li ta wara li ħarġet l-istorja fuq tvm.com.mt. Però, intom kontu f 'kuntatt qabel, li jfisser li kien hemm relazzjoni tajba bejnietkom milli jidher... Dwar ir-relazzjoni personali tiegħi miegħu, m'hemm xejn bħala individwu, li ngħid li kelli jew li għandi xi ħaġa kontrih. Id-differenza ta' bejnietna kienet waħda purament ta' kif naraw l-affarijiet u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. Irriżenjajt minn referi propju għar- raġuni li tħallejt barra mill-FIFA Panel tar-Referis? Din kienet waħda mir-raġunijiet, imma kien hemm raġunijiet relatati mal-futbol kif ukoll oħrajn personali, imbagħad issib l-opportunità ġusta u tgħid li, dan hu l-mument biex nimxi 'l quddiem u nagħmel affarijiet ġodda fil-ħajja. X'għadda minn moħħok fil-ġranet ta' wara? Jien bgħatt l-ittra ta' riżenja tiegħi b'email lil Adrian Casha u lir-referees committee kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, u malli għafast 'send' fuq l-email ħadt nifs qawwi u striħajt. Ġo qalbi għedt, "Issa bdejt ngħix!" Kif wasalt għad-deċiżjoni finali? Kienet deċiżjoni diffiċli, u kont ħsibt diġà fuqha fl-eventwalità li tiġri. Iddiskutejtha ma' xi nies wara li kont iddecidejt, però d-deċiżjoni ħadtha waħdi, u ħadtha qabel ma' kulħadd kien jaf. Tkellimt biss mal-persuni li huma qrib tiegħi biex nara r-reazzjoni tagħhom x'kienet se tkun. Iżda d-deċiżjoni ħadtha qabel tkellimt ma' xi ħadd. Minn kliemek qed inħoss li ma kontx kuntent bħala referi u issa li m'għadekx referi, striħajt bil-kbir... Mhux eżatt. Ir-refereeing huwa sodisfazzjoni kbir imma huwa commitent kbir. Forsi l-pubbliku ftit japprezza s-sagrifiċċji li r-referis jagħmlu. Trid tittrenja matul il-ġimgħa, trid tattendi laqgħat, trid tipprepara għal-logħob. Hija xi ħaġa ta' sfida kontinwa, speċjalment meta tkun ilek tagħmel dan ix-xogħol għal 20 sena. Qed tagħmel wisq enfażi fuq is- sagrifiċċji li tinvolvi l-karriera ta' referi, għalkemm dawn mhumiex ta' min wieħed jeskludihom. Informazzjoni li għandi tgħid li r-referis f 'Malta, jitħallsu €200 għal kull logħba. Ma taħsibx li din hija somma sostanzjali, u li tħallas u tippremja sew id-diversi sagrifiċċji li jagħmlu r-referis ġewwa pajjiżna? Ir-refereeing ma tagħmlux għall-flus. Min jagħmlu għall-flus, għalija jkun qed jagħmel żball kbir. Ir-refereeing huwa passjoni fejn tmur għal-logħba, tieħu pjaċir, iżda żgur li ma tagħmlux għall- flus - assolutament li le. Ma ssirx sinjur mir-refereeing, almenu żgur mhux fil-każ tiegħi! Wara li waqaft minn referi, tikkunsidra l-fatt li tibqa' tagħti servizz fil-logħba tal-futbol lokali? Għad nerġgħu narawk tgħin fis-settur tar-refereeing? Sa issa, għadu ħadd ma avviċinani biex nibqa' nkun involut fis-settur tar-refeering, jew b'xi mod jew ieħor fil-futbol. X'kienet ir-reazzjoni ta' Adrian Casha u l-MFA malli saru jafu bid-deċiżjoni tiegħek? In-nies jafuni li jien ngħarbel ħafna u niżen kollox qabel ma nieħu deċiżjoni. Jafuni li jekk nieħu deċiżjoni ma nerġax lura minnha. Ir-reazzjoni ta' Adrian Casha kienet permezz ta' tweġiba għall- email ta' riżenja li jien kont bgħatt, kif ukoll permezz tal-kummenti tiegħu li jien qrajt fuq tvm.com.mt. Bjorn Vassallo wieġbek għall-e-mail ta' rizenja tiegħek? S'issa le. Jidher li Adrian Casha għandu fiduċja kbira fik, meta tak diversi appointments importanti bħal finali tal-FA Trophy, u ksibt punteġġi għolijn mir-referees observers. X'tikkummenta fuq dan? L-appointments isiru minn kumitat apposta u dak tas-sena l-oħra kien kompost minn Adrian Casha, Kevin Azzopardi u Philip Agius. Huma jimxu b'sistema ta' maġġoranza u b'hekk ifisser li mhux bilfors dejjem ikunu unanimi rigward l-appointments li jingħataw. Il- punteġġi li ngħatajt, jien nafhom u huma għoljin. L-average mark tkun tafha, u mill-esperjenza naf li meta l-average mark tiegħek tkun toqrob lejn ċertu punteġġ, ifisser li int tkun qiegħed mat- top referees. Kelli stagun tajjeb u dan jidher mill-marki tiegħi, fejn l-average mark tiegħi kienet waħda għolja biex jien inkun ikkunsidrat biex niġi nkluż fuq il-FIFA Panel bħala referi. Jiġifieri ppretedejt li tkun magħżul fuq il-FIFA Panel bħala referi b'mod awtomatiku u bi dritt? Li tkun għażla awtomatika jew li tippretendi le. Hemm kriterji stabbiliti mill-FIFA dwar l-għażla. Fil-fatt nixtieq nirreferik għal dokument tal-FIFA bis- suġġett ikun dwar ir-regolamenti għar- reġistrazzjoni ta' referis. Interessanti huwa l-fatt li t-tliet punti jew kriterji prinċipali u li jingħataw importanza kbira f 'din l-ittra, biex wieħed ikun fuq il-panel tal-FIFA bħala referi, ma jistax ikollu inqas minn 25 sena, ir-rank skont il-marki fil-kampjonat lokali, u li jrid jgħaddu fitness test u eżami mediku. B'hekk, ma kinitx xi ħaġa awtomatika li kelli niġi kkunsidrat, però ovvjament bqajt kemxejn sorpriż. Fil-finali tal-FA Trophy bejn Hibernians u Birkirkara, kellek kontroll tajjeb ħafna fejn għalkemm il-bidu kien nervuż, ma ħallejtx l-emozzjoni tiġri bik u żammejt il-kalma. X'emozzjoni ħassejt u kif ippreparajt għal din il- finali? Ovvjament, kien unur għalija li niġi appuntat biex nikkontrolla l-finali tal-FA Trophy. L-emozzjonijiet kienu għoljin, minkejja li jien persuna kalma. Fl-iljieli ta' qabel din il-finali, domt naqra biex norqod. Ippreparajt għaliha b'mod normali, bħalma nipprepara s-soltu, bl-istess rutina. Kont naf b'dan l-appointment bejn madwar 48 siegħa qabel, li hija prassi normali. Ma ridt inbiddel xejn mir-rutina tas-soltu. Qabel il-partita ħassejt emozzjoni partikolari, speċjalment minħabba l-fatt li kien hemm stennija u antiċipazzjoni partikolari. Minn qalbi nirringrazzja lis-sitt uffiċjali l-oħra li konna għak din il-finali, li kienet l-ewwel darba fil- futbol Malti, li kkontrollaw logħba seba' uffiċjali. Bħala tim ta' uffiċjali konna tim tajjeb ħafna, u ppreparajna tajjeb ħafna qabel din il-finali kemm mil-lat fiżiku, iżda anki minn dak psikoloġiku, fejn fost oħrajn iltqajna ġo lukanda qabel il-partita. Bħala tim ta' referis, ninsab kuntent ngħid li morna tajjeb u ngħatajna punteġġ għoli mill-osservatur tar-referis, li kien qed isegwi din il-finali. Meta tħares lura lejn il-karriera tiegħek, liema huma dawk il-mumenti li jispikkaw? Il-finali tal-FA Trophy li kkontrollajt f 'Mejju ta' din is-sena, kienet bla dubju l-aktar waħda importanti. Iżda, kont irrefjajt ukoll il-finali tas-Super Cup lura fl-2013. Insemmi wkoll logħba importanti oħra li kont ikkontrollajt, bejn Hibernians u Valletta f 'Settembru tal-2011, fejn kienu rebħu l-Hibs. Dakinhar, il-Pawlisti kienu waqqfu unbeaten run ta' Valletta, fejn li kieku rebħu Valletta, kienu jiksru r-rekord tal- istess Hibernians . Intant, fix-xena internazzjonali, f 'dawn l-aħħar snin li referis Maltin mhux biss dawk li qegħdin fuq il-Panel tal-FIFA, iżda anki oħrajn li mhumiex, qed jingħataw iċ-ċans li jmorru barra minn Malta biex jieħdu sehem fi skambji ma' pajjiżi oħrajn, kienu opportunitajiet uniċi u sbieħ, speċjalment għalina r-referis li ma nkunux nagħmlu parti mill-FIFA Panel. Hemm xi deċiżjonijiet li ħadt fil- grawnd li kieku tista' treġġa' lura? Kemm fir-refereeing, kif ukoll f 'ħajti nipprova nagħmel l-aħjar deċiżjonijiet li jidhirli f 'dak il-mument partikolari. Niżbalja iva, imma il-kuxjenza tiegħi nadifa. B'hekk fil-karriera tiegħi ta' referi, m'hemmx deċiżjoni partikolari, 38 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Ir-referi prolifiku li rtira Andrè Arciola - fost l-aqwa referis li pproduċa l-futbol lokali f'dawn l-aħħar snin, u li fl-aħħar jiem rtira ħesrem mill-futbol, liema aħbar ħasdet bis-sħiħ lis- segwaċi tal-futbol lokali. Cristian Antony Muscat Sports "Ir-referring huwa passjoni - int tmur għal-logħba, tieħu pjaċir - iżda żgur li ma tagħmlux għall-flus "