Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 17 Intervista Laiq Ahmed Atif, il-President tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya art li jrid il-ġustizzja tispjega, biex bil-mod il-mod id-djar tal-Għarab jimtlew b'dawk Lhud. Irrakontat kif meta kienet tkun għaddejja mit-toroq qalb l-għelieqi kienet tara, "naħa b'għelieqi jbatu nixfa kbira, b'art qoxqox, waqt li n-naħa l-oħra b'siġar twal kollha ħajja u l-pompi tal- ilma tagħhom imdawrin b'ħitan u ċnut, ma jmurx xi ħadd jisirqilhom l-ilma, imma huma jistgħu." "F'Gaża, isiru illegalitajiet u vjolazzjonijiet kbar," kompliet tispjega, "jinqatlu nies, inkluż tfal bl-addoċċ u meta marru n-Nazzjonijiet Uniti biex jinvestigaw x'ġara, l-Iżrael ma ħallewhomx jidħlu. Din hi ħaġa li qatt ħadd fid-dinja ma għamel." Saħħa fil-poplu magħqud Alex semmietli kif ħaġa li ħasset ħafna fost il- Palestinjani, partikolarment dawk li tkeċċew mill-pajjiż, hija li huma, "jitrażmettu ħafna l-idea tal-Palestina minn ġenerazzjoni għall- oħra. Fil-fatt iżommu għandhom il-muftieħ tad- dar li kellhom qabel meta kienu jgħixu f 'arthom, u jibqgħu jirtuhom minn ġenerazzjoni għall-oħra, waqt li jgħidu lil xulxin, 'Dik hija d-dar tagħna, hemmhekk se nerġgħu mmorru,'" anke jekk f 'ċertu każijiet m'għad fadal l-ebda ħjiel li qatt xi darba kienu jgħixu l-Għarab fil-post. "It-tama li għandhom," tkompli tgħidli Alex, "hi xi ħaġa kbira u fil-fatt, wieħed mill-kampijiet tar-refuġjati kien inkera għal 99 sena, li minnhom diġà għaddew 68. Staqsejt x'se jiġri meta jgħaddu d-99 sena, u qaluli li l-kamp mhux id-dar tagħhom, u xi darba se jmorru lura fejn suppost jgħixu." Alex irrakuntat ukoll storja meta marru fid- deżert tal-Jordan Valley u ltaqgħet mal-bedwini taż-żona. "Hemmhekk kien hemm għaqdiet li jgħinu lill-Palestinjani jibnu d-dar tagħhom, u dan wara li jkunu ġew l-Iżraeljani jwaqqgħulhom darhom għax jgħidulhom li ma kellhomx permess. Konna tkellimna ma' wieħed minnhom li qalilna li diġà waqqgħulu d-dar tliet darbiet, b'xi skuża differenti. 'Imbilli jiġu fil-11 ta' filgħaxija biex iwaqqgħuli d-dar? Nerġa' nibniha, u jekk jerġgħu jwaqqgħuha, nerġa' nibniha.' Din hi xi ħaġa li verament tqawwili qalbi u timlini bil-kuraġġ," temmet tgħid. Esperjenzi tal-biża' "Kulħadd fil-Palestina kellu lil xi ħadd il-ħabs, jew kien hu stess fil-ħabs, u dejjem għal xi ċuċata." Dwar dan, Alex kellha diversi esperjenzi li kienu xokkanti miż-żmien li qattgħet fil-Palestina, meta stqarret kif affarijiet bħal dawn iseħħu ta' kuljum. "Darba, meta konna fit-taxi, ix-xufier qalli li kien ilu erba' snin li ħareġ mill- ħabs, u waqt li fraħtlu, qalli li meta daħħluh il-ħabs, kienu tawh xebgħa bil- pressa tal-ilma biex jitkellem, u jgħaddilhom xi informazzjoni. Imbagħad, qalli kif bdew ituh is-swat, imma xorta ma tkellimx. Finalment, beda jippuntali għall- wajers tad-dawl biex jindikali li bdew ituh ix- xokkijiet biex jitkellem magħhom. Stqarret kif din l-esperjenza ħasset li biddlitha xi ftit, anke fl-affarijiet li nagħmlu normalment, ta' kuljum. "Il- ħoss tal-ambulanza għalija mhux se jibqa' l-istess għax niftakar kif hemmhekk, waranofsinhar kienu jiġġieldu l-Palestinjani u s-suldati u wara, tgħaddi l-ambulanza għax probabbli, ikun weġġa' xi ħadd għax ikunu sparaw fuqhom." Spjegat ukoll kif is- sens ta' okkupazzjoni, diskriminazzjoni tħossha ma' kullimkien. "Jien kont hemm, u b'l-ambjent li rajt, b'kullimkien mimli suldati, jkollok aptit li anke int taqbad l-ewwel ġebla u twaddabha għax jaqbduk ħafna nervi u rabja kbira meta tara li ħadd mhu qed jagħmel xejn biex itejjeb is- sitwazzjoni." Temmet tgħid li xi ħaġa li tibqa' fik wara li tmur il-Palestina hi l-ispirtu li jiġġieldu għal dak li hu tagħhom, u kkwotat dak li qal wieħed mill-bedwini fil-Jordan Valley, "Is-saħħa tiġi mill-poplu magħqud u mhux mill-politiċi. Il- poplu jrid jingħaqad flimkien u jiġġieled magħqud." "Jinqatlu nies, inkluż tfal bl-addoċċ u meta marru n-Nazzjonijiet Uniti biex jinvestigaw x'ġara, l-Iżrael ma ħallewhomx jidħlu" Ritratt: Ray Attard L-attivista Pro-Palestina Alex Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015