Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Tintemm l-ewwel konferenza nazzjonali dwar l-Animal Welfare IlbIeraħ saret l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-ħarsien t'annimali li ġabet flimkien l-istakeholders kollha f 'dan is-settur, fosthom ħaddiema tal-animal Welfare, tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili, NGOs u studenti tal-MCaST fost l-oħrajn. Din il-konferenza ġiet fl-għeluq ta' ġimgħa ta' taħriġ speċjalizzat lill- uffiċċjali konċernati, li kien jinkludi taħriġ dwar handling ta' annimali perikolużi u rettili, handling ta' annimali taħt stress, l-ewwel għajnuna u after-care, u użu ta' tgħamir apposta u iġjene fost suġġetti oħra. Għal dan il-għan inġiebu żewġ esperti mir-Renju Unit. Fid-diskors tal-ftuħ ta' din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal- Annimali Roderick Galdes elenka l-importanza ta' aktar taħriġ lill-uffiċċjali tal-ħarsien tal-annimali, li jiltaqgħu ma' diversi sitwazzjonijiet diffiċli ta' kuljum. Is-Segretarju Parlamentari Galdes żied jgħid li permezz ta' dan il-proġett b'valur ta' €22,000 minn fondi Ewropej, se tiġi mnedija kampanja ta' informazzjoni fuq skala nazzjonali fl-iskejjel u l-Kunsilli Lokali. Ritratti: DOI - Reuben Piscopo Iktar minn €400,000 miġbura mill-irkant ta' 75 Volvo taċ-CHOGM IlbIeraħ filgħodu, waqt attività tal-irkant fil-Malta Fairs and Convention Centre f 'Ta' Qali, ġew irkantati 75 vettura tat-tip Volvo li ntużaw waqt il-Valletta Summit u ċ-CHOGM. F'din l-attività tal-irkant, inbiegħu l-vetturi kollha, u b'kollox bħala qligħ mill-vetturi, inġabru €400,200 b'risq il-Malta Community Chest Fund. Is-somma ta' €400,200 nġabret mill-qligħ li sar mill- vetturi, jiġifieri d-differenza mis-somma ta' kemm inbiegħet il-vettura u l-prezz tal-bidu tal-irkant. Il-prezz tal-bidu tal- irkant ta' kull vettura mar għand il-kumpanija GasanZammit, l-aġent ta' dawn il-vetturi Volvo. Il-vetturi tat-tip XC60 bdew jiġu rkantati mill-prezz ta' €32,500, filwaqt li l-vetturi tat-tip S60 bdew jiġu rkantanti mill-prezz ta' €30,500. L-attività tal-irkant attirat 'il fuq minn mitt ruħ li rreġistraw biex jieħdu sehem f 'din l-attività mmexxija minn Pierre Grech Pillow. Il-President ta' Malta Marie- Louise Coleiro Preca attendiet għall-attività fejn irringrazzjat lil kull min attenda għal din l-attività u lil kull min ikkontribwixxa biex saret din l-attività ta' rkant sabiex jiġu mgħejuna dawk li jiġu bżonn il- Malta Community Chest Fund. L-attività kienet mxandra dirett fuq TVM, bi preżentazzjoni ta' Peppi Azzopardi u Amanda Ciappara.