Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
minn John Busuttil Ħolma u wegħda miż-żewġ partiti għal Għawdex jidher li fl-aħħar se ssir realtà, meta bdiet il-mixja biex isir dan. Fil-fatt, fid-29 ta' Jannar se tagħlaq is-sejħa għall-interess biex tinbena l-pixxina u diġà hemm interess mill-privat li jibni din il-pixxina. Dan intqal waqt business breakfast li sar fil-lukanda ewlenija f 'Għawdex organizzata mill-Gozo Sports Board li qed imexxi dan il- proġett. Fih tkellem il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, il- Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board, Alvin Grech u anke d-direttur responsabbli minn dan il-proġett fi ħdan l-istess ministeru Joyce Farrugia li tat stampa ċara ta' kif se tiġi l-pixxina. • Id-dimensjoni tal-pixxina prinċipali se tkun ta' 33.3 metru b'20 metru biex isservi kemm għal-logħob tal-waterpolo kif ukoll għat-taħriġ tal-għawm • Se jkun hemm fiha stand ta' 400 siġġu biex il-pubbliku jkun jista' jattendi għall- kompetizzjonijiet • Changing rooms u faċilitajiet sanitarji tal-ogħla livell kemm għat-timijiet waqt kompetizzjonijiet domestiċi jew internazzjonali, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali • Pixxina Terapewtika ta' 10 metri b'5 metri għal skopijiet ta' rijabitazzjoni Fuq dawn il-ktiterji, il- Ministeru ta' Għawdex permezz tal-PPP (privatization unit) ħareġ rikjesta għall- proposti biex is-settur privat jiddisinja, jibni, imexxi u jagħmel il-manutenzjoni ordinarja u straordinarja tal- kumpless. Sadattant min jieħu f 'idejh din il-pixxina hu marbut li jagħti ammont ta' sigħat lill- Ministeru għal Għawdex bla ħlas sabiex il-pixxina tintuża għal skopijiet ta' edukazzjoni fiżika tat-tfal tal-iskejjel u f 'dik terapewtika jintużaw kemm minn persuni b'diżabbiltà kif ukoll pazjenti li jkollhom bżonn ta' terapija speċifika. Sadattant, il-ġurnalisti ttieħdu fejn se tiġi mibnija l-pixxina fejn attenda wkoll is-segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u l-perit Godwin Sultana li ħa ħsieb li jara l-post ideali fejn għandha tinbena, u kien hu li għamel l-ispeċifikazzjonijiet li ntlaqgħu mill-Bord tal-MEPA. F'isem il- Ministeru għal Għawdex, f 'din iż-żjara attenda s-segretarju permanenti għal Għawdex John Borg. Fil-Business Breakfast issemma wkoll ix-xogħol li qed isir mill-Gozo Sports Board minn diversi kelliema. Il-Ministru Refalo qal li l-ħidma li qed issir mill-Gozo Sports Board qed tħalli l-frott għax l-isport f 'Għawdex qed jitkattar b'ritmu impressjonanti fejn din is-sena, għall-ewwel darba ġiet organizzata Skola Sajf u On The Move Skolasport b'kollaborazzjoni ma' SportMalta. Żdiedu wkoll xi dixxiplini ġodda fosthom l-ibburdjar u ċ-ċess. Il-Ministru semma kif fi ftit xhur oħra, se terġa' tittella' s-serata tal-għoti tal-unuri għall-aħjar atleti Għawdxin u se tkun akbar mis-sena li għaddiet. F'April se jerġa' jkun hemm il-weekend sportiv Għawdxi b'aktar parteċipazzjoni minn sportivi Maltin li se jkunu milqugħa f 'Għawdex għal weekend sħiħ. Huwa semma wkoll li din is-sena tnieda programm sportiv fuq it-televiżjoni tal- istat. Programm li ta leħen lill-isportivi kollha Għawdxin. Sportmalta id f 'id mal-Gozo Sports Board Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius kien preżenti f 'dan il-Business Breakfast fejn ukoll faħħar il-ħidma interministerjali li qed issir bejn is-segretarjat tal-isport u l-ministeru t'Għawdex permezz tal-Gozo Sports Board u SportMalta. Huwa spjega kif il-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu biex itejjeb l-infrastruttura ta' faċilitajiet eżistenti kemm f 'Malta u anke f 'Għawdex, però qiegħed ukoll itejjeb il- programmi li joffri liċ-ċittadini. Il-Gvern qed jara li jifrex il-finanzi investiti fl-isport anke għall-gżira Għawdxija li għal bosta żmien kienet minsija. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li għas-sena 2016, il-Gvern alloka ftit inqas minn kwart ta' miljun ewro bħala għajnuna finanzjarja sabiex ikompju jittejbu l-faċilitajiet sportivi fil-gżira Għawdxija. Minbarra dan, se jinbdew bosta proġetti pilota speċifikament għal Għawdex fosthom taħriġ għall-voluntiera fl- isport, u sessjonijiet ta' attività fiżika għall-istudenti tal- Kindergarten Għawdxin. L-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Mark Cutajar spjega kif ir-riżultat ta' din il- kollaborazzjoni huwa 'On the Move SkolaSport', fejn għall- ewwel darba sar programm speċifikament għal Għawdex. Aktar minn 250 parteċipant qed jieħdu sehem, taħt il-gwida ta' diversi kowċis Għawdxin li kienu impjegati minn SportMalta u dan biex iżomm mal-politika tal-Gvern li jkun ġenerat xogħol minn Għawdex għall-Għawdxin. Għall-ewwel darba wkoll, SportMalta mhux talli involviet lill-gżira Għawdxija fl-attivitajiet organizzati waqt il- European Week of Sport imma wkoll tat għajnuna finanzjarja sabiex l-attivitajiet isiru. Fil- bidu ta' dan ix-xahar, Għawdex kien inkluż ukoll f 'assistenza diretta minn SportMalta biex tkun mibnija tinda f 'shooting range. L-Isport Promotion Unit (SPU) saħħaħ ukoll il- programm tiegħu fl-iskejjel Għawdxin b'iktar attivitajiet fl-iskejjel u anke b'festivals għall-iskejjel Primarji u kompetizzjonijiet fi skejjel Sekondarji. Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board, Alvin Grech spjega minn fejn beda l-ħidma tiegħu il-bord inqas minn sena u nofs ilu, fejn fi żmien daqstant qasir irnexxielu jerġa' jnibbet diversi dixxiplini li ma kinux għadhom jiġu prattikati bħall-volleyball, il-basketball u l-motocross kif ukoll nieda diversi dixxiplini ġodda bħas- soft ball, iċ-ċess u l-ibburdjar. Alvin Grech spjega l-viżjoni tal-bord għall-isport f 'Għawdex għal futur, fejn enfasizza li sabiex l-isport jimxi l-quddiem iridu jissaħħu l-għaqdiet sportivi għax dawn huma l-benniena tal-atleti. 6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 2138 2741 IR-RUMANZ TA' INGA BOISSEVAIN FL-ISTATIONERS EWLENIN • Fid-29 ta' Jannar tagħlaq is-sejħa ta' interess • Se tkun mibnija mill-privat fejn bħalissa hemm it-tennis courts fil-Gozo Sports Complex • Se jkun hemm numru ta' sigħat fil-ġimgħa biex tintuża bla ħlas mill-Għawdxin Ic-Ċermen tal-GSB George Fenech, John Borg, Mark Cutajar, Joyce Farrugia, Chris Agius u l-Ministru Anton Refalo Ritratt: MGOZ - George Scerri Aħbarijiet Jinbeda l-proċess għal pixxina f 'Għawdex