Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Mill-Qorti Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 Ninvestu fir-riżorsi sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà AVVIŻ – SEJĦA II Fond Soċjali Ewropew L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti. Din is-sejħa se tagħlaq nhar il- Ġimgħa 15 ta' April 2016, f'nofsinhar u se tikkontribwixxi għall-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt: Assi Prijoritarju 2 - 'Lejn soċjetà aktar inklużiva' Prijorità ta' Investiment (PI) 9i - Inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà Prijorità ta' Investiment (PI) 9iv - It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali Intervenzjonijiet taħt din l-assi huma miftuħa għal Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet tal- Gvern Ċentrali u l-Kumpaniji tas-Settur Pubbliku, il-Kunsilli Lokali, NGOs, Imsieħba Soċjali u Organizzazzjonijiet Volontarji. Assi Prijoritarju 3 – 'Investiment fin-nies permezz tal-Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja' Prijorità ta' Investiment (PI) 10i - It-tnaqqis u l-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta' aċċess ugwali għall-edukazzjoni tal-bidu tat-tfulija, primarja u sekondarja li tkun ta' kwalità tajba, inklużi opportunitajiet ta' tagħlim, formali, mhux formali u informali, li jippermettu l-integrazzjoni mill- ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ Intervenzjonijiet taħt din l-assi huma ristretti għal dawk li jaqgħu taħt l-Amministrazzjoni Pubblika. Din is-sejħa hija ristretta BISS għal dawk il-proġetti li MA JINVOLVUX implikazzjonijiet ta' għajnuna mill-istat. Il-formola ta' applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). Dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà, noti ta' gwida dettaljati u noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' din is-sejħa huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). L-applikanti propspettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm Operattiv II disponibbli fuq il-link ta' hawn fuq u n-noti ta' gwida dwar l- eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti. Is-sessjonijiet ta' informazzjoni qed jiġu organizzati għal applikanti prospettivi. L-applikanti huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew il-formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls) mhux aktar tard mit-Tnejn 11 ta'Jannar 2016 f'nofsinhar. Id-dati u s-suġġetti huma dawn li ġejjin: Il-Ħamis 21 ta' Jannar 2016 (ħarsa ġenerali); it-Tlieta 26 ta'Jannar 2016 (kif tapplika onlajn); it- Tlieta 2 ta' Frar 2016 (kif tippjana proposta għal proġett); il-Ġimgħa 12 ta' Frar 2016 (kif timplimenta proposta ta' proġett) Sessjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu organizzati skont it-talbiet. Aktar tagħrif u mistoqsijiet ġeneriċi dwar din is-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq l-indirizz elettroniku tal-PPCD għas-Sejħiet għal Proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt. Operational Programme II - Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Advert part financed by the European Union European Social Fund (ESF), Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your Future Multa u ħabs sospiżi talli hedded pulizija u ħaddiema tal-MEPA Raġel miż-Żejtun li hedded lil Pulizija waqt li kienu qegħdin jeżegwixxu ordni ta' nfurzar mill- MePa, nhar il-ġimgħa li għadda ġie mmultat €5,000 u ngħata tmien xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Alexander Abela ta' 43 sena, wieġeb ħati għal diversi akkużi, fosthom li ħebb għal uffiċjal pubbliku, ħebb għal kuntistabbli tal- pulizija, hedded lil spettur u kuntistabbli ieħor, dagħa fil-pubbliku, m'obdiex ordni leġittimi tal-pulizija u li kiser il-paċi pubblika. Abela ammetta wkoll li kellu senter bl-iskrataċ ġewwa d-dar tiegħu. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet kif Abela u ibnu kienu attakkaw lil xi uffiċjali tal- MEPA, huma u jeżegwixxu ordni ta' nfurzar kontra propjetà tiegħu fiż-Żejtun stess. L-uffiċjali tal-MEPA kienu mibgħuta sabiex ineħħulu xi vetturi antiki u materjal mill-propjetà tal-istess Abela, li dak il-ħin ħebb għal wieħed mill-pulizija. Waqt li Abela kien qed jiġi arrestat, ibnu ta' 16-il sena beda allegatament jhedded lill-Pulizija mill-gallarija b'oġġett li rriżulta li kien ġugarell fil-forma ta' pistola. L-iben ġie arrestat ukoll iżda ma tressaqx ma' misseru. Il-Magistrat Stafrace Zammit innutat l-ammissjoni bikrija t' Abela, kif ukoll li kien talab skuża ta' li għamel. Ispettur Jurgen Vella mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li Abela kellu jiddefendih l-Avukati Andy Ellul, Vince Micallef u Stephanie Abela. Erba' pjanti tal-kannabis jibgħatuh il-Qorti Raġel mill-Mellieħa qiegħed iwieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti, mixli li kellu tagħmir għat-tkabbir tal-kannabis ġol-kamra tas-sodda tiegħu Matthew Mark Anthony McDonnell ta' 33 sena tressaq b'ċitazzjoni quddiem il-Magistrat Natasha Galea Sciberras, mixli b'sensiela t'akkużi relatati ma' pussess u tkabbir tal-kannabis. Dan wara li l-pulizija sabu erba' pjanti illegali meta wettqu tfittxija għall- arrieda ġewwa d-dar tieghu f 'Novembru 2013. McDonnell qiegħed jiċħad l-akkużi miġjuba kontriħ. Minħabba li tressaq permezz ta' ċitazzjoni u mhux taħt arrest, ma kien hemm l-ebda talba għal benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest. L-avukati Franco Debono, Angie Muscat u Marion Camilleri qiegħdin jidhru għal McDonnell. Il-każ ikompli. FutboleR professjonali lokali, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġie mressaq fuq akkużi ta' vjolenza domestika. Fil-Qorti nstema' kif il- koppja li joqogħdu fis-Swieqi flimkien mat-tliet uliedhom, kellhom xi problemi fiż-żwieġ tagħhom. Waqt argument li dawn kellhom f 'darhom, ir- raġel allegatament ta daqqa lil martu fuq rasha bil-krozzi. Fil-Qorti huwa qal li mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €1,000. Ġie ordnat ukoll li ma jitkellimx ma' martu u jibqa' 'l bogħod minn darhom, waqt li jkollu jiffirma fl-għassa darba f 'ġimgħa. Il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ordna li l-isem tal-plejer ma jissemmiex sabiex jiġu protetti l-identitajiet tal-vittma u uliedhom. Futboler professjonali qed jiġi akkużat bi vjolenza domestika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015