Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
36 illum Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Il-Malta triathlon Federation ikkonkludiet l-istaġun tal-multisport għas-sena 2015 b'serata ad unur l-atleti li rebħu u ġew fuq quddiem fil- kategoriji tal-hekk imsejħa triathlete Of the Year. Din l-iskema talloka punti għall-parteċipazzjoni f 'kull tellieqa li tkun organizzata jew sanzjonata mill-Federazzjoni matul dak l-istaġun. Il-punti jingħataw skont ir-riżultat miksub minn kull atleta f 'kull tellieqa u b'hekk tagħti importanza kbira lill-konsistenza. Dan l-istaġun, il-kalendarju tal-avvenimenti Multisport f 'Malta kien kompost minn 12-il tellieqa differenti fl- oqsma kollha tat-triathlon, duathlon u aquathlon. Il-klassifika finali ġiet maħduma fuq l-aqwa 9 punti għal kull atleta, u din kienet waħda missielta. Fil-kategorija tal-irġiel, Keith Galea ddomina s-serje fejn rebaħ 9 mill-10 tlielaq li pparteċipa fihom u rnexxielu jiġbor il-massimu ta' 26, 000 punt. Keith għaqqad sena memorabbli fejn spiċċa Champion Nazzjonali tad- Duathlon, tal-Aquathlon u tat-Triathlon u rebaħ għas-7 darba it-titlu ta' Triatleta tas-Sena. Dan huwa rekord nazzjonali. Id-duo konsistenti Graham Borg u Fabio Spiteri spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Hannah Pace spiċċat staġun b' saħħtu u konsistenti b' numru ta' rebħiet u tieni post biex rebħet l-unur ta' Triatleta tas-Sena għall- ewwel darba. Iż-żewġ tfajliet l-oħra fuq il-podju kienu Michelle Vella Wood fit-tieni post u Margaret Seguna fit- tielet post. Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ingħaqdet ma' Go&Fun Green Energy Drink, Malta għal dan l-istaġun biex jippreżentaw diversi unuri oħra. Ingħataw rikonoximent mhux biss atleti li kklassifikaw sal- għaxar post, izda anke dawk li rebħu l-kategoriji tal- etajiet: • Keith Galea: Triatleta tas- Sena 2015 • Hannah Pace: Triatleta tas-Sena 2015 u l-Ewwel Mara Taħt it-23 Sena • Graham Borg: It-Tieni Raġel • Michelle Vella Wood: It- Tieni Mara • Fabio Spiteri: It-Tielet Raġel u l-Ewwel Raġel 'il fuq minn 40 Sena • Margaret Seguna: It-Tielet Mara • Steve Chetcuti: Ir-Raba' Raġel • Nina Zammit: Ir-Raba' Mara u l-Ewwel Mara Taħt l-20 Sena • Neil Markham: Il-Ħames Raġel u l-Ewwel Raġel Taħt it-23 Sena • Suzanne Farrugia: Il- Ħames Mara u l-Ewwel Mara 'il fuq minn 50 Sena • Kevin Muscat: Is-Sitt Raġel • Danica Bonello Spiteri: Is-Sitt Mara • Shaun Galea: Is-Sebgħa Raġel u l-Ewwel Raġel Taħt l-20 Sena • Felicienne Mercieca: Is- Sebgħa Mara • Alixander Schembri: It- Tmien Raġel • Marian Belsten: It-Tmien Mara u l-Ewwel Mara 'il fuq minn 60 Sena • Niki Bilocca: Id-Disa' Raġel • Lara Buttigieg: Id-Disa' Mara • anatoly Gatt: L-Għaxar Raġel • Claudia Zammit: L-Għaxar Mara u l-Ewwel Mara 'l fuq minn 40 Sena • Raymond Borg: L-ewwel Raġel 'il fuq minn 50 Sena Kienu ppreżentati rikonoxximenti lis-sur Oswald Spiteri, li llum jservi bħala Teżorier tal- Federezzjoni sa' mit-twaqqif tagħha fl-1986, lis-Sur Euchar Camilleri għall- kontribut fl-iżvilupp u it- tkabbir tat-Triathlon f ' Malta u lis-sur Dermot Galea li, barra milli hu wieħed mill-aqwa triatleti li qatt ipproduċa pajjiżna, huwa wkoll il-kowċ nazzjonali u l-koordinatur tal-Malta Youth Triathlon Academy - MYTA. Fit-tmiem l-avveniment, Cyprian Dalli, il-President tal-Malta Triathlon Federation irringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fl-istaġun twil u ta' suċċess tat-triathlon f 'Malta. Dalli rrimarka li kien staġun fejn ra numru rekord ta' 182 atleta differenti jieħdu sehem għall-inqas f 'tellieqa waħda. Hu nnota wkoll kif l-atleti lokali qed jikbru fin-numru u fil-kwalità u r-riżultati miksuba fit- tlielaq internazzjonali huwa xhieda ta' dan. "Il-MTF tħossha sodisfatta fit-tmiem dan l-istaġun u tħares 'il quddiem lejn l-2016, ċerta li ser ikun pass ieħor għall- isport, l-atleti u l-viżjoni tagħna," stqarr Dalli. Hu kkonkluda billi rringrazzja lill-isponsors u dawk kollha li jsostnu l-MTF, speċjalment lill- Go&Fun Green Energy Drink Malta li kienu l-mutur waral-iskema tat-Triathlete Of The Year għal dan l-istaġun. L-MTF issa titfa' ħarsitha lejn l-istaġun li ġej u dalwaqt se tkun qed tippubblika l-Kalendarju tal- Kompetizzjonijiet Multisport għas-sena 2016, filwaqt li fid-9 ta' Diċembru se tkun qed issejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Anwali. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn www.triathlonmalta. org, il-paġna ta' facebook kif ukoll minn fuq 79037933. Sports Hannah Pace u Keith Galea jirbħu l-unur tat-Triatleta tas-Sena 2015 Hannah Pace u Keith Galea flimkien mal-President tal-Malta Triathlon Federation, Cyprian Dalli Ritratt : Angie Conti