Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet 'Jew jagħlqulhom il-ħwienet jew jibdew isejħulhom briedel' Tkompli minn paġna 1 Meta mistoqsija xi trid tfisser bl-aħħar parti, jiġifieri li jinbidel l-użu ta' dawn il-postijiet, hija sostniet li jekk irid, il-Gvern jista' jsejħilhom briedel, "u bħal mal-Gvern ippermetta li jinfetħu s-sex shops, issa jippermetti li jinfetħu l-briedel. Mhux għalhekk fir-riklami li jagħmlu fil-gazzetti jużaw il-kelma 'foreign'? Għax din tista' timplika li apparti l-massage, tieħu servizzi sesswali magħrufa bħala 'happy ending'," sostniet Magri Naudi. Mistoqsija kemm din tal-'happy ending', jiġifieri li jkun hemm kuntatt sesswali wara li jingħata l-massage bejn il-klijent u l-impjegata b'rata ta' ħlas ogħla, hija reali, hi sostniet li, "din hija xi ħaġa reali ħafna." L-ILLUM iddeċieda li jdur ma' żewġ żoni f 'Buġibba, jiġifieri dik ta' madwar iċ- ċinema u oħra fil-Qawra, fiż-żona ta' fejn jinsab it-Terminus tat-Trasport Pubbliku. Filwaqt li preżentat lilha nnifisha bħala klijent prospettiv, din il-gazzetta talbet id-dettalji ta' prezzijiet u staqsiet lill-impjegati (jew is-sidien), jekk il-ħanut tal- massaġġi ilux miftuħ. L-ewwel ħanut li marret fih din il-gazzetta, għalkemm kien imsakkar, fil-fatt kien miftuħ għall-klijenti. Il- persuna li kien hemm fil- ħanut pjuttost mudlam u żgħir fi Triq il-Ġifen, laqgħet lill-ILLUM b'kard li tagħtik id-dettalji kollha tas-servizzi offruti. Mistoqsija kemm ilu miftuħ il-ħanut, it-tfajla Asjatika wieġbet li b'kollox dan il-'Massage Parlour' ilu miftuħ madwar sena. Eżattament fil-blokka ta' warajh, fi Triq il-Ħġejjeġ, l-ILLUM sabet żewġ ħwienet, wieħed magħluq bi grada tal-ħadid u ieħor li jindika li l-massaġġi qed isiru minn persuni Ċiniżi. Hawnhekk it-tfajla li tkellmet magħna spjegat kif il-ħanut ilu miftuħ għal din l-aħħar sena. Ftit iktar l-isfel, fi Triq il-Pijunieri, l-ILLUM sabet ħanut ieħor li minkejja li kellu żewġ nisa Asjatiċi jistennew fil-bieb, kien jindika isem tal-gżejjer tal-Hawaii. Dawn qalu li l-ħanut ilu miftuħ għal dawn l-aħħar erba' xhur. Intant l-ILLUM sabet ħanut ieħor f 'din ix-xaqliba ta' Buġibba, li iżda ilu miftuħ ħames snin u għalhekk ma jaqax taħt il-kategorija ta' ħwienet msemmijin fil-Parlament. Fuq ix-xaqliba l-oħra tal- lokal, lejn il-Qawra, l-ILLUM sab minn tal-anqas tliet ħwienet oħrajn tal-istess tip, kollha kemm huma fi Triq it-Turisti. L-ewwel wieħed, mgħotti xi ftit jew wisq bejn żewġ ristoranti, għandu iktar xeħta ta' post antik li kien residenza u li ngħata xi ftit ta' rtokki biex sar ħanut. Il- persuna preżenti fuq il-post qaltilna li dan il-ħanut tal- massaġġi huwa relattivament ġdid u li ilu jopera madwar sitt xhur. Ftit passi 'l bogħod, f 'ħanut ieħor tal-massaġġi, din id-darba pjuttost modern, żewġ nisa Ċiniżi stqarru mal- ILLUM li l-ħanut huwa 'ġdid'. Għalkemm mhux faċli tarah, għax huwa midfun madwar diversi bars u ristoranti u għandu bieb pjuttost żgħir, madwar kwarta mixi l-isfel fi Triq it-Turisti wkoll, l-ILLUM daħal f 'massage parlour, li din id-darba kien jindika terapija Tajlandiża. Il-persuna li tagħmel il-massaġġi li kienet fil-ħanut, spjegat mal-ILLUM kif dan il-'massage parlour' ilu jopera għal ftit iktar minn sena. Intant, apparti dawk il- ħwienet li marret fihom din il-gazzetta, daqs li kieku klijent, ninsabu infurmati wkoll li n-numru ta' ħwienet ta' dan it-tip huwa ikbar. Viċin tal-pjazza ta' Buġibba, fi Triq il-Gandoffli, jidher li ħanut li sa ftit żmien ilu kien ibigħ il-ħaxix, sar 'massage parlour' ukoll u ilu jopera b'dan il-mod u taħt sidien ġodda fl-2014. Ħanut ieħor bit-tabella 'Traditional Chinese Massage' jinsab fuq in-naħa ta' barra tal-lokalità u ilu miftuħ għal aktar minn sentejn. F'Malta kollha ingħataw 7 permessi għal parlours f 'sentejn Minkejja dak li sab l-ILLUM, skont tagħrif mogħti mill- Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, jirriżulta li f 'Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar ingħataw permessi mill-MEPA għal ħanut wieħed biss li joffri s-servizz tal- massaġġi f 'sentejn sħaħ, jew daqs kemm ħarġu permessi fir-raħal ċkejken tal-Fontana f 'Għawdex għall-istess tip ta' negozju. Apparti dawn it- tnejn, l-istess mistoqsija wriet kif fetaħ ħanut tal-massaġġi, wieħed f 'Ħal Balzan, ieħor fl-Imġarr u tlieta f 'San Ġiljan biex għaqqdu t-total ta' seba' ħwienet tal-massaġġi f 'sentejn. Jien irrid niddikjara kull €2 u dawn jagħmlu li jridu Iżda Magri Naudi mhi impressjonata xejn u tfakkar kif l-Assoċjazzjoni li tagħha hi President ilha tisħaq mill-1993 biex is-settur ikun regolat, kif kienu regolati setturi oħrajn. "Sewwa, mela jien irrid inniżżel u niddikjara kull €2 li naqla' u dawn jaqbdu u jagħmlu li jridu. Il-Gvern jeħtieġ jibda jibgħat lin-nies tiegħu u pulizija pajżana biex jaqbdu lil dawn il-persuni fil-fatt," qalet Naudi, li sostniet bosta drabi kif dak li qed isir biż-żieda qawwija ta' dawn il-ħwienet, huwa li qed tingħata impressjoni ħażina tal-professjoni tat-terapisti. Hija ttemm tfakkar li l-proċess ta' standardizzar ilu għaddej sitt snin u jinkludi kull aspett tas-servizz, "u għalhekk tkellimna ma' politiċi, fosthom mal-eks Ministri Nazzjonalisti Louis Galea u Louis Deguara u mal-Ministru preżenti Michael Farrugia, qabel ma sar Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, dwar l-inkwiet tagħna. Huwa sew li beautician ma tingħatax il-permess għax ikollha nofs il-ħanut f 'basement, biex imbagħad għandna dubji kbar dwar kemm qed jintużaw miżuri ta' saħħa u sigurtà f 'dawn il-ħwienet? Huwa ġust dan?" temmet tistaqsi Naudi. "Mhux għalhekk fir- riklami jużaw il-kelma 'foreign'? Għax din tista' timplika li apparti l-massage, tieħu l-happy ending" L-impjegati/sidien f 'dawn il-ħwienet f 'Buġibba/Qawra qalu li n-negozju tagħhom ilu jopera inqas minn sentejn. Fil-Parlament intqal li f 'sentejn ħareġ permess wieħed biss għal 'massage parlours' f 'Buġibba/Qawra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015