Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
34 illum Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Sports Mill-periferija tas-soċjetà għall-aqwa skorer fil-Premier League Ingliż Jekk kien hawn plejer li f 'dawn l-aħħar ġimgħat sploda fix-xena tal- futbol Ingliż, u anki f 'dik internazzjonali, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief l-attakkant internazzjonali Ingliż ta' Leicester City, li għadu biss fil-bidu tal-karriera professjonali tiegħu fil-futbol, Jamie Vardy. M'hemmx dubju li dan il-plejer qed jgħix ħolma, hekk kif nhar is-Sibt 28 ta' Novembru, kiser rekord fil-futbol Ingliż, hekk kif sar l-ewwel plejer li skorja 11-il goal konsekuttiv fil-kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, biex kiser ir-rekord tal-eks plejer internazzjonali Olandiż ta' Manchester United, Ruud van Nistelrooy, li kien skorja 10 goals konsekuttivi lura fl-2003. Minkejja dan, forsi ftit jafu li biex wasal għal dan it-tragward storiku fil-karriera tiegħu, Jamie Vardy, kellu jgħaddi minn żgħożija turbolenti u tassew imqallba u minn sitwazzjonijiet xejn feliċi fil- ħajja tiegħu. Dan hekk kif fis-snin li għaddew huwa kien involut f 'inkwiet mal- pulizija minħabba l-imġiba xejn tajba u f 'waqtiet inkontrollabli tiegħu. Lura fl-2001 huwa kien involut f 'inċident mal-pulizija, meta kien qed jipprova jipproteġi lill- ħabib tiegħu, li kien nieqes mis- smigħ. Dan biex ma nsemmux inċidenti relatati ma' razziżmu u kummenti razzjali li kien għadda fil- konfront ta' persuni ta' ġilda skura fix-xhur u s-snin li għaddew, u li kienu se jiswewh il-kumplament tal-karriera tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Iżda, f 'kummenti li għadda fil-jiem li għaddew, Jamie Vardy saħaq li dan il-passat tiegħu, li mhux ta' min wieħed jiftaħar bih, għenu biex jimmatura bis-sħiħ u jsir il-persuna li nafu llum. Tajjeb wieħed jiftakar li ħames snin ilu biss, Jamie Vardy kien jilgħab mat-tim li jikkompeti fid-diviżjoni msejħa Non-League, Stocksbridge Park Steels, fejn kellu salarju ta' min wieħed jiddieħak bih, dak ta' £30 fil-ġimgħa, li huwa wieħed ferm differenti u kuntrastanti minn dak li l-istess plejer għandu llum ma' Leicester City. Wara dan it-tim, huwa ngħaqad ma' tim ieħor li jikkompeti fin-Non-League, li jġib l-isem ta' Fleetwood Town, fejn hemmhekk kien imdorri jilgħab quddiem attendenzi ferm simili għal dawk li mdorrijn naraw fl- istadia diversi hawn Malta, hekk kif dawn ma kinux jaqbżu l-elf ruħ. Minn dak iż-żmien 'l hawn, Jamie Vardy, għamel passi ta' ġgant 'il quddiem fil-karriera tiegħu tal- futbol, u rnexxielu jilħaq tragwardi inkredibbli. Biss biss, niftakru li llum huwa qed jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra b'14 -il gowl, minn daqstant logħbiet. Dan ifisser ammont medju inkredibbli, ta' gowl kull logħba. Huwa għandu vantaġġ ta' erba' gowls fuq l-attakkant prolifiku Belġjan ta' Everton, Romelu Lukaku, li skorja 10 gowls sa issa. L-ewwel gowl ta' Jamie Vardy ma' Leicester City fil- Kampjonat Barclays Premier, wasal sena u xahrejn ilu f 'rebħa rimarkabbli ta' 5-3 li Leicester City kisbu ġewwa darhom kontra Manchester United. Minn hemmhekk, huwa ma ħarisx lura fejn baqa' jiskorja gowls b'mod regolari, għall-akbar ġid tat-tim tiegħu, fejn matul l-istaġun li għadda, għenhom biex jevitaw ir-relegazzjoni għaċ- Championship, waqt li f 'dan l-istaġun qed jirriżulta bħala plejer indispensabbli għalihom, hekk kif Leicester City immexxija mill-kowċ veteran Taljan, Claudio Ranieri, qed jagħmlu l-meravilji, tant li qed jokkupaw il-quċċata tal-klassifika flimkien ma' Manchester City. Il-plejer li llum jgħodd it-28 sena, u se li jagħlaq 29 sena fil-11 ta' Jannar li ġej, sa mill-bidu ta' dan l-istaġun, wera li tabilħaqq kien se jagħmel id-differenza għal Leicester City. Fil-fatt huwa beda juri lil kulħadd x'isarraf, sa minn kmieni fl-istaġun, meta fit-28 ta' Awwissu li għadda kien sab ix-xibka għall-ewwel darba f 'dan l-istaġun fid-draw ta' 1-1 li Leicester City kisbu barra minn darhom kontra t-tim neo-promoss ta' AFC Bournemouth. Minn din il-logħba, huwa beda juri lil kulħadd li kien se jkun pedina fundamentali għal Leicester City, iżda forsi ftit basru li huwa kien se jirnexxielu jikser dan ir-rekord li jiskorja 11-il gowl konsekuttiv minn daqstant logħbiet. Dan wassal biex huwa jikseb it-tifħir u s-sapport ta' dawk kollha involuti fl-ispettru tal- futbol internazzjonali, iżda mhux biss. Dan hekk kif huwa ġie mfaħħar b'ittri tad-deheb minn plejers internazzjonali tal-cricket, u saħansitra minn atleti li rebħu midalji tad-deheb f 'edizzjonijiet passati tal- Olimpjadi. Tragward rimarkabbli ieħor li rnexxielu jilħaq Jamie Vardy sa issa, huwa dak li matul dan l-istaġun, huwa sar l-ewwel plejer ta' Leicester City, sa mill- 2001, li libes il-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Dan hekk kif matul din is-sena, Leicester City, kellhom lill- attakkant Ian Walker, li kien jiġi msejjaħ b'mod regolari biex jirrapreżenta lil pajjiżu, mat-tim nazzjonali Ingliż. Matul din is-sena, Jamie Vardy, lagħab erba' logħbiet bil-flokk tat- tim nazzjonali Ingliż, u s-segwaċi u l-partitarji tat-tim nazzjonali Ingliż imxerrdin madwar id-dinja kollha, qed jitolbu lil Roy Hodgson, biex jinkludi lil dan l-attakkant mal- ewwel 11 bil-flokk numru 9 fil-formazzjoni tat-tim nazzjonali Ingliż, fil- Kampjonati Ewropej, li se jkunu qed jiġu organizzati fi Franza bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju tas-sena d-dieħla. Il-11-il gowl li skorja Jamie Vardy b'mod konsekuttiv għal Leicester City matul dan l-istaġun: • 29 ta' Awwissu: vs AFC Bournemouth • 13 ta' Settembru: vs Aston Villa • 19 ta' Settembru: vs Stoke City 2-2 Leicester •26 ta' Settembru: vs Arsenal • 3 ta' Ottubru: vs Norwich City 1-2 Leicester • 17 ta' Ottubru: vs Southampton 2-2 Leicester • 24 ta' Ottubru: vs Crystal Palace • 31 ta' Ottubru: vs WBA • 7 ta' Novembru: vs Watford • 21 ta' Novembru: vs Newcastle United • 28 ta' Novembru: vs Manchester United Jamie Vardy jifraħ meta skorja l-11-il gowl konsekuttiv tiegħu, u kiser ir-rekord ta' Ruud van Nistelrooy