Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 33 Stoke City xxukkjaw lil Manchester City meta ġewwa darhom għelbuhom bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Marko Arnautovic. Intant, it-tim l-ieħor ta' Manchester, Manchester United ġewwa daru f 'old trafford, safa miżmum fi draw ta' mingħajr gowls minn West Ham United, f 'riżultat li għandu jitqies bħala ferm diżappuntanti għar-Red Devils. Arsenal, ġewwa darhom fl-Emirates Stadium, għelbu lil Sunderland, bl-iskor konvinċenti ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Joel Campbell, Olivier Giroud u Aaron Ramsey. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Sunderland wasal minn awto-gowl tal-attakkant Franċiż ta' Arsenal, Olivier Giroud, fil-45 minuta. Southampton u Aston Villa temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għas-Saints jasal minn Oriol Romeu, waqt li kienu Aston Villa li fetħu l-iskor fl-44 minuta permezz ta' Joleon Lescott. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn WBA u Tottenham Hotspur, fejn kienu l-iSpurs li fetħu l-iskor permezz ta' Dele Alli, wara kwarta logħob, b'WBA iġibu l-iskor indaqs permezz ta' James McClean fid-39 minuta. Leicester City komplew jikkonvinċu bil-kbir u kkonsolidaw posthom fil- quċċata tal-klassifika, meta għandhom żewġ punti vantaġġ fuq il-Gunners ta' Arsenal, meta barra minn darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-0. Il- gowls għalihom waslu minn hat-trick ta' Riyad Mahrez. Watford ġewwa darhom għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Troy Deeney man-nofsiegħa logħob, u gowl ieħor ta' Odion Ighalo propju fid-90 minuta, bl-istess plejer jiġi ammonit ftit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Intant, fil-Kampjonat Serie A TIM, Roma, donnhom ma jistgħux isibu t-triq tar-rebħ, hekk kif barra minn darhom fi Stadio Olimpico, sfaw miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Torino. Il-gowl għat- tim mill-belt kapitali, wasal minn Miralem Pjanic fl-84 minuta, bil-Granata jġibu l-iskor indaqs permezz ta' penalti ta' Maxi Lopez, propju fid-90 minuta, biex b'hekk kellna tmiem drammatiku f 'din il-logħba. Sports RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 05 ta' Diċembru Stoke C. vs Manchester C. 2-0 Arsenal vs Sunderland 3-1 Manchester U. vs West Ham U. 0-0 Southampton vs Aston V. 1-1 Swansea C. vs Leicester C. 0-3 Watford vs Norwich C. 2-0 WBA vs Tottenham H. 1-1 Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 17:00 Newcastle U. vs Liverpool It-Tnejn 07 ta' Diċembru 21:00 Everton vs Crystal P. Kampjonat Serie A TIM Fixtures Is-Sibt 05 ta' Diċembru Torino vs Roma 1-1 Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 12:30 Bologna vs Napoli 15:00 Atalanta vs Palermo 15:00 Fiorentina vs Udinese 15:00 Frosinone vs Chievo Verona 15:00 Hellas Verona vs Empoli 18:00 Sampdoria vs Sassuolo 20:45 Carpi vs AC Milan Stoke City jixxukkjaw lil Manchester City u Manchester United miżmuma minn West Ham United Plejers ta' Stoke City, Shaqiri (xellug) u Arnautovic (lemin), jiċċelebraw waqt il-logħba kontra Manchester City Riyad Mahrez jiskurja hat-trick u jerġa jitfa' lil Leicester City fil-quċċata tal-klassifika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015