Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
F'konFerenza quddiem il-club Plusone f 'Paceville, l-alternattiva Demokratika Żgħażagħ (aDŻ) urew it-tħassib tagħhom għad- deċiżjoni tal-Gvern li jagħmel biss 14-il ġurnata konsultazzjoni dwar Paceville meta fl-istess ħin injora rapport li sar tliet snin ilu. Il-kelliem għal aDŻ Marc andrea Cassar qal li l-aDŻ tħoss li hija "għarukaza kbira li rapport tal-kumitat Parlamentari għall-affarijiet Soċjali tal-2012 tħalla fuq l-ixkaffa u fl-istess ħin, il-pubbliku jingħata 14-il ġurnata għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dan kollu juri li l-Gvern mhux interessat li jieħu s-sitwazzjoni f 'Paceville bis-serjetà." L-ADŻ kienu qed jagħmlu referenza għar-rapport li tressaq mill-Kumitat għall- Affarijiet Soċjali li elenka diversi proposti u li dwaru, l-ILLUM irraportat nhar il- Ħadd 22 ta' Novembru 2015. Fost il-proposti li kienu saru kien hemm dik ta' 'pjan ta' kontinġenza' għaż-żona f 'każ li jinqala' xi ħaġa, u għassa tal-pulizija, liema proposta, skont is-sindku Karl Gouder, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu jagħmilha 10 snin sħaħ. Iż-żgħażagħ tal-AD qalu li jinsabu mħassba dwar in- nuqqas ta' implimentazzjoni ta' dan ir-rapport u sostnew li, "huwa inaċċettabbli li jinħela ż-żmien ta' istituzzjonijiet tal-istat biex taparsi qed isir xi ħaġa biex imbagħad ix-xogħol li jkun sar, jiġi mwarrab. L-implimentazzjoni ta' xi miżuri setgħu naqqsu l-possibiltà tal-inċident ta' tliet ġimgħat ilu." "Naqblu mar- rakkomandazzjoni tar- rapport li sejjaħ għal ambulanza f 'Paceville. Is-sitwazzjoni f 'Paceville tista' titqabbel ma' dik ta' attività tal-massa, minħabba n-numru kbir ta' nies preżenti fiż-żona. Huwa wkoll importanti li l-pulizija jkollhom taħriġ speċifiku għal emerġenzi li jinvolvu l-masses ta' nies. Jidhrilna wkoll li hemm bżonn l-introduzjoni ta' decibel meters mal- istabilimenti," sostnew l-ADŻ. Huma fakkru kif dan l-apparat li jkejjel il-ħoss kien ukoll inkluż fir-rapport tal- 2012, "għalkemm s'issa ma sar xejn." Is-Segretarju Ġenerali ta' AD Ralph Cassar, qal li l-pulizija m'għandhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jinfurzaw il-liġijiet tas- sigurtà f 'Paceville u li l-aktar tagħlima importanti mill- inċident f 'Paceville għal min irid jisma, huwa li "hawn ċerti negozjanti li jitħallew jagħmlu li jridu minn Gvern għall-ieħor. Il-liġijiet tal-pajjiż ma jeżistux għalihom." Fid- dawl ta' dan, Cassar sostna l-bżonn li l-Gvern, "missu tal-inqas beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Parlamentari tal-2012. Se nibgħatu kopja tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport lill-Prim Ministru Joseph Muscat għal li jista' jkun ma jafx bih." Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015| illum 5 Aħbarijiet 'Kemm ilu l-Labour fil-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' minn Albert Gauci Cunningham ĠIMGħa wara li fuq din il-gazzetta dehret intervista mal-propogandista tal- Partit nazzjonalista David Thake li jippreżenta programm fuq l-istazzjon tal-Pn, radio 101, il- preżentatur tal-programm Xarabank Peppi azzopardi, irrisponda lura bil-qawwi. Meta kien mitlub mill- gazzetta ILLUM biex jirreaġixxi għal dak li allega Thake, jiġifieri li qed ikun hemm indħil fl-għażla tas-suġġetti diskussi matul il-programm li jippreżenta, Azzopardi saħaq li kuntrarju għall-allegazzjoni ta' Thake "kemm ilu l-Labour fil- Gvern qatt, qatt u qatt ma kellna ndħil, la mill-Gvern u lanqas mill-PBS." Azzopardi kompla billi sfida lill-preżentatur tal- istazzjon tal-PN biex iċempillu 'on air' "u għax m'għandix minn xiex nibża' jew x' naħbi, inwieġeb it- telefon u nkun lest inwieġbu għal kull ma jistaqsini." Aktar minn hekk, Azzopardi akkuża lil Thake li qed jinsulta lill-ġurnalisti kollha li ħadmu jew għadhom jaħdmu ma' Xarabank u sfidah biex jistaqsi lil Fabian Demicoli, li kien jaħdem ma' Xarabank u li llum huwa Head of News tal-Aħbarijiet tan-NET TV, jekk qattx Gvern Laburista indaħal dwar l-għażla tas-suġġetti diskussi. Il-preżentatur ta' Xarabank sfida lil Thake ukoll biex jissostanzja dak li stqarr mal-ILLUM u jgħid "bil-fatti liema suġġetti bżajna niddiskutu kemm ilha fil-Gvern din l-amministrazzjoni." Azzopardi kompla jakkuża lil Thake li dan qed iġib ruħu eżattament l-istess bħal ċerti uffiċjali u kandidati tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni. "Dawn kien jgħidu eżatt, kelma b'kelma dak li qed jgħid Thake illum u aħna konna nirrisponduhom l-istess, jiġifieri li ħadd ma kien jindaħlilna. Peppi Azzopardi jgħid li David Thake qed jinsulta lill-ġurnalisti ta' Xarabank u jisfidah iċempillu 'on air' 'Għarukaża li r-rapport dwar Paceville tħalla fuq l-ixkaffa tliet snin' Il-PN: Pulizija jista jdum jaħdem f 'Paceville ħames snin biss minn Albert Gauci Cunningham InTanT, il-Partit nazzjonalista, wkoll ħareġ b'numru ta' proposti għal Paceville, anke jekk ħafna minn dawn l-istess proposti kienu diġà ssemmew, iswed fuq l-abjad, fir-rapport imsemmi hawn fuq, li kien ippublikat taħt Gvern nazzjonalista stess. Fost il-proposti fir- rapport li qed jerġa' jsemmi l-PN, hemm dik ta' għassa tal-Pulizija, installazzjoni ta' CCTV, kumitat dwar is-sigurtà u l-bonordni f 'Paceville, ambulanza b'numru ta' paramediċi, u pieni aktar ħorox għal min jikser il-liġi. Intant, il-PN qed jipproponi wkoll li r-Rapid Intervention Unit (RIU) ikunu preżenti f 'Paceville, xi ħaġa li fil-fatt qed tiġri bħalissa. Minn naħa l-oħra iżda, l-istess elenku ta' proposti fih ukoll ideat li ma jissemmewx fir-rapport tal-2012. Fost dawn hemm dik li issir rotazzjoni kull ħames snin fil-Pulizija li jaħdmu f 'Paceville. Din il-proposta jista' jkun li qed issir minħabba l-biża' li wara ċertu ammont ta' snin, tidħol jew titrabba ċerta familjarità li tista' tkun ta' theddida għaż-żamma tal-bonordni. Fir-rigward tal-Pulizija iżda, il-PN qed jipproponi wkoll li jingħata 'allowance' partikolari għal dawk li jaħdmu f 'Paceville u taħriġ dwar is-sigurtà. Il-PN qiegħed ukoll jintroduċi l-kunċett ta' 'tourist wardens' fil- proposti li qed jagħmel dwar Paceville.