Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 7 It-Tramuntana u lokalitajiet turistiċi fiċ-ċentru ta' titjib fit-trasport pubbliku Miżuri biex jitaffa l-iffullar fuq numru ta' rotot popolari minn Albert Gauci Cunningham IRROTOT bin-numri 12 u 13 se jkunu maqsumin fi tlieta, bin-numri 13, 14 u 16 u dan bil-għan li jittaffa l-iffullar li ilu jikkaraterizza dawn iż-żewġ rotot partikolari minn meta l-Arriva ħadet it-trasport pubbliku taħt idejha. Fil- fatt, ir-rotta numru 12, li tibda mill-Belt Valletta, bid- destinazzjoni tkun Buġibba u li tgħaddi minn Tas- Sliema, hija problematika hekk kif jeħtieġ taqdi l-bżonnijiet ta' tnejn mill- akbar żewġ lokalitajiet fil-pajjiż u tliet lokalitajiet li fihom ikun hemm eluf ta' turisti kull ġimgħa, jiġifieri Tas-Sliema, Buġibba/Qawra u San Ġiljan. Meta mistoqsi minn l-ILLUM dwar il-bidliet li daħlu jew se jkunu qed jidħlu fis-seħħ fit-trasport pubbliku, il-Marketing and Communications Manager ta' Transport Malta, Charles Axisa spjega kif bil-bidliet fuq dawn ir-rotot, li jintużaw minn mijiet ta' nies kuljum u li jwasslu għal kjuwijiet twal u dewmien żejjed, se jfisser li dawk il-passiġġieri li d-destinazzjoni tagħhom hija Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi u/jew Pembroke se jkollhom rotot separati minn dawk il-passiġġieri li jkunu jridu jmorru Buġibba. Din iżda hija biss waħda mill-bosta tibdiliet li qed iseħħu fit-trasport pubbliku, hekk kif qed ikunu introdotti rotot ġodda, waqfiet ġodda, vened ġodda u saħansitra għadha kif bdiet tintuża l-parti l-ġdida tat-Terminus tal-Belt Valletta fil-Foss ta' San Ġakbu. 24 rotta ġdida madwar il- pajjiż...imma fejn? Għalkemm ir-rotot il- ġodda se jkunu qed jinfirxu madwar il-pajjiż kollu, jidher li hemm aċċenn partikolari fuq tibdiliet fit-tramuntana ta' Malta, f 'lokalitajiet fejn id-domanda hija pjuttost qawwija minħabba fatturi ta' popolazzjoni u l-fatt li ma kinux moqdijin biżżejjed bis-sistema kif inbidlet minn meta Gvern Nazzjonalista kien introduċa l-Arriva. Fil- fatt meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ILLUM Axisa qal li r-rotot 31, 45 u 48 tfasslu b'mod li jagħtu servizz minn u lejn il-Belt, kif jiġri illum, imma se jkunu qed jaqdu lill-akwati tal-Qawra u n-naħa tal- Gillieru wkoll. Fil-Mosta, ir-rotta 44 se tibda tagħti servizz lejn in-naħat ta' San Pawl tal- Qliegħa, filwaqt li r-rotta 61, bid-destinazzjoni tkun Ħaż-Żebbuġ, se tkun estiża lejn iż-żona magħrufa bħala tal-Kandlora. Intant se jiżdiedu wkoll ir-rotta 4, li se tibda sservi lir-residenti tal-Birgu, mill-Misraħ u minn Triq San Lawrenz, rotta 58 li se tkun qed taqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-Karkariżi, l-Vendriżi u l-Ħamruniżi kif ukoll ir-rotta 80 li se tgħaqqad lil Santa Luċija, iż- Żejtun u Birżebbuġa. Intant Axisa spjega wkoll kif numru ta' rotot se jkunu qed jgħaddu miż-żona tal-isptar San Luqa, probabbilment fid-dawl ta' pjanijiet imħabbrin ftit xhur ilu biex il-post ikun rijabilitat. B'hekk, b'kollox se jkunu introdotti 24 rotta ġdida. 80 waqfa ġdida...iktar ħin biex tasal? Intant fost it-tibdiliet fit-trasport pubbliku kien mħabbar ukoll li se jitwaħħlu 80 waqfa (bus stop) ġdida madwar il-pajjiż kollu. L-ILLUM staqsa lil Axisa jekk dan ifissirx li l-vjaġġi se jkunu qed jitwalu fil-ħin. Huwa spjega kif dawn il- waqfiet se jkunu qed ikopru rotot ġodda, fil-maġġoranza tagħhom, għalkemm qal ukoll li numru minnhom se jkunu qed jitpoġġew wara konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali u l-pubbliku. Axisa qal li fost dawn il-waqfiet hemm dawk li saru fl-akwati ta' Għajn Stas u Tal-Palma f 'Għajn Tuffieħa, waqfiet fi Triq Ħal Luqa u Triq il-Peprin f 'Santa Luċija fuq ir-rotot X2 u X3 u rotot li jgħaqdu l-lokalitajiet ta' Pembroke, Is-Swieqi, Ħal Luqa u s-Swatar aħjar. Venda ikbar fil-Belt Intant bħala parti mill-pjani ta' tibdil, il-venda fil-belt Valletta se tkun qed tikber biex issa se tkun qed tkopri wkoll il-Foss ta' San Ġakbu. Mistoqsi minn din il-gazzetta b'kemm se tkun qed tikber il-venda u liema rotot se jkunu qed jitilqu minn hemm, Axisa qal li b'kollox il-venda se tikber b'14-il post fejn jistgħu jieqfu x-xarabanks biex itellgħu lill- passiġġieri. Huwa qal li minn hawn, se jkunu qed jitilqu r-rotot kollha bin-numri 50 u 60, filwaqt li rotot oħrajn se jiżdiedu iktar tard dan ix-xahar. Il-bidliet jinkludu wkoll numru ta' vened ġodda f 'Birkirkara, Tas-Sliema u Ta' Qali, li x-xogħol fuqhom beda jew tlesta diġà filwaqt li saru numru ta' korsiji ġodda biex minnhom jgħaddu tal-linja. Intant fi stqarrija maħruġa mill-Malta Public Transport (MPT) intqal li l-azzjonijiet industrijali li ħadet il-UHM il-Ġimgħa filgħaxija kienu illegali u jmorru kontra d-deċiżjoni tal-Qoti li ddeċidiet illi d-direttiva tal-istess union kellha titwaqqaf b'mod immedjat. KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. TECHNICAL SERVICES OFFICER PERMESS TAL-ETC: 117/2015 Il-MITA tixtieq timpjega Technical Services Ocer s-Service Call Centre kif ukoll l-Control Centre. It-Technical Services Ocer l-Control Centre irid jagħmel xogħol ta' moniteraġġ u jagħti support fuq is-servizzi tal-informatika u l-infrastruttura tal-Gvern biex jiżgura provvista ta' servizz eċċellenti 24x7x52, lwaqt li s-Service Call Centre irid j/tori servizz ta' kwalità għolja lill-klijenti billi j/tagħmel użu minn għodda maniġerjali biex j/tagħmel dijanjosi ta' inċidenti u j/tagħti feedback lill-klijenti. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom għaren f 'numru ta' oqsma li jinkludu Local Area Networks, Operating System, Desktop Technology u j/tintegra ruħu mal-klijenti tal-MITA. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa l-qasam tal-ICT: i) Grad akkademiku (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza; JEW iii) Diploma (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza; JEW iv) tlett snin esperjenza. Il-kandidati għandhom ikunu uwenti l-Malti u -Ingliż. Il-kandidati huma mitluba li jissottomettu ċertikat ekwivalenti għal MQF għal kwalsiasi Diploma jew Degree li mhux imnilzha d-database tal-NCFHE. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' ittra, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 fuq: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd issa se tkun qed tkopri wkoll il-Foss ta' San Ġakbu. Mistoqsi hawn, se jkunu qed jitilqu r-rotot kollha bin-numri 50 u 60, filwaqt li rotot oħrajn se jiżdiedu iktar tard dan ix-xahar. Il-bidliet jinkludu wkoll numru ta' vened ġodda f 'Birkirkara, Tas-Sliema u Ta' Qali, li x-xogħol fuqhom beda jew tlesta diġà filwaqt li saru numru ta' korsiji ġodda biex minnhom jgħaddu tal-linja. Intant fi stqarrija maħruġa mill-Malta Public Transport (MPT) intqal li l-azzjonijiet industrijali li ħadet il-UHM il-Ġimgħa filgħaxija kienu Aħbarijiet