Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Nista' ngħid li l-futbol twieled miegħi hekk kif sa minn meta kont tifel żgħir, dejjem niftakarni niġri wara ballun, u nilgħab il-futbol! Liema kien l-isbaħ mument fil- karriera tiegħek tal-futbol u għaliex? L-isbaħ mument fil-karriera tiegħi, kien bla dubju ż-żmien li domt nilgħab ma' Chelsea u speċjalment meta rbaħna l-Kampjonat Barclays Premier lura fl-istaġun 2004-05. Dan għax kien wasal wara assenza ta' numru twil ta' snin, hekk kif l-aħħar Kampjonat li Chelsea kienu rebħu qabel dan, kien imur lura għall-istaġun 1954-55. Il-fatt li kont nifforma parti minn grupp ta' plejers li rnexxielu jirbaħ il-kampjonat wara żmien daqshekk twil, imlieni b'sodisfazzjon kbir. Barra minn hekk dak kien kampjonat mill-aqwa għalija mil- lat personali, għall-ammont ta' gowls li skorjajt, hekk kif bl-umiltà kollha ngħid li kont strumentali għal Chelsea, għall- fatt li f 'dak l-istaġun skorjajt 12-il gowl għall-Blues. Fl-2006 ingħaqadt ma' Barcelona, fejn ħadt post l-attakkant Żvediż Henrik Larsson. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek mal-Katalani? Barcelona huwa l-mekka tal-futbol. Ma' dan il-klabb domt nilgħab tliet snin sħaħ, u kelli esperjenza mill- aqwa speċjalment fl-istaġun 2008-09, meta kont parti mit-tim li rebaħ treble storiku, bir-rebħ tal-Liga Spanjola, il- UEFA Champions League u l-Copa del Rey. F'dan l-istaġun, konna mmexxijin mill-kowċ bravu, Pep Guardiola. Kien hemm stennija kbira għall- wasla tiegħek ma' AEK Athens fil- Greċja, iżda jkolli ngħid li ma lħaqtx l-aspettattivi kbar li kien hemm ma' dan il-klabb Grieg. Tagħtina iktar dettalji? F'Lulju tal-2011 iffirmajt kuntratt ta' sentejn ma' AEK Athens fil-Greċja, u hemm domt nilgħab sal-2013. Ma nista' qatt ninsa l-fatt li mal-wasla tiegħi fl-ajruport ta' Ateni, ġejt milqugħ minn iktar minn 2,500 partitarju ta' dan it- tim. Din kienet xi ħaġa inkredibbli. Jien lgħabt f 'ħafna pajjiżi differenti, iżda qatt ma kont rajt xi ħaġa ta' dan it-tip. Dan kollu ġegħelni nħossni tassew milqugħ ma' dan it-tim. Kont ġejt infurmat li kien se jkolli din it-tip ta' merħba, iżda qatt ma kien daħalli f 'moħħi li kont se niġi milqugħ b'dan il-mod. Kont 100% ċert li kont għamilt l-għażla t-tajba li ngħaqadt ma' AEK Athens. Iżda sfortunatament, l-affarijiet ma marrux kif mixtieq ma' dan it-tim, għax lgħabt għaxar logħbiet u skorjajt gowl wieħed biss. Dan għaliex f 'Ottubru tal-2011, fid-Derby tant mistenni kontra Olympiacos, sofrejt injury serja meta ħbatt mal-goalkeeper avversarju, Franco Costanzo. L-injury kienet f 'tibia u fibula miksura, li ħallietni barra sa tmiem l-istaġun. Fl-istaġun li għadda erġajt irritornajt ma' Bolton fl-Ingilterra. X'esperjenza kellek ma' dan il-klabb matul l-aħħar staġun? L-ewwel ġimgħa ta' April ta' din is- sena, żgur li se nibqa' niftakarha matul ħajti kollha. Dan hekk kif irritornajt u skorjajt mal-Iżlanda wara sentejn nieqes mill-azzjoni ma' dan it-tim nazzjonali, irnexxieli wkoll niskorja għal Bolton fil-ħin miżjud biex ġibt l-iskor indaqs kontra Blackpool, u sirt missier għar- raba' darba. Iddebuttajt mat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena tal-Iżlanda lura fl-1992 meta kien għad kellek biss 14-il sena. Kif komplejt tevolvi mat- tim nazzjonali Iżlandiż sakemm ilħaqt l-ogħla livelli possibli mat-tim nazzjonali tal-kbar ta' pajjiżek? Mat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena tal-Iżlanda, skorjajt seba' gowls f '26 logħba, qabel ġejt introdott fit- tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena fl-1994. Ma' dan it-tim, skorjajt żewġ gowls f 'disa' logħbiet, qabel iddebuttajt mat-tim nazzjonali Iżlandiż ta' taħt il-21 sena, fis-sena ta' wara. Irrapreżentajt lit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal- Iżlanda għal erba' snin sħaħ, fejn skorjajt erba' gowls fi 11-il logħba. Fl-24 ta'April tal-1996, jien u missieri dħalna fl-istorja tal-futbol, hekk kif lgħabna fl-istesss logħba. Din kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja li ntlagħbet fil-belt kapitali ta' dan il-pajjiż, Talinn. Missieri Arnor, beda jilgħab u jien dħalt minfloku bħala sostitut fit- tieni taqsima. Fix-xhur ta' wara, kemm jien kif ukoll misseri konna ferm dispjaċuti, li ma ngħatajniex permess li nilagħbu fl-istess ħin waqt logħba mat-tim nazzjonali Iżlandiż. Dan hekk kif il-president tal- assoċjazzjoni tal-futbol Iżlandiża ta' dak iż-żmien, Eggert Magnusson li aktar tard sar president ta' West Ham United, kien ordna lill-kowċ ta' dak iż-żmien, 38 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Il-leġġenda Iżlandiża ta' Cristian Antony Muscat Sports "Ninsab deċiż u determinat li nilgħab għal pajjiżi fil-Euro 2016, fejn qed naspiraw li bħala Iżlanda niksbu riżultati pożittivi" Eidur Gudjohnsen jifraħ wara wieħed mil-ħafna gowls li skorja bil-flokk ta' Chelsea Eiður Smári Guðjohnsen - bla dubju l-aqwa plejer li qatt ipproduċa l-futbol Iżlandiż, tant li huwa l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Iżlandiż fl-istorja, b'25 gowl f'81 logħba internazzjonali, u li għamel isem għalih innifsu meta kellu esperjenzi mill-aqwa ma' tnejn mill-aqwa klabbs fix-xena tal-futbol mondjali, Chelsea u Barcelona.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015