Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 37 Sports 'Hemm bżonn ta' qafas addattat biex l-MFA timxi lejn il-professjonaliżmu' - MFPA Sabiex il-livell tal-futbol f 'Malta jgħola, hemm bżonn li jkun hemm bidla lejn professjonaliżmu u dan jinkludi li l-plejers jagħzlu l-impjieg prinċipali bħala futbolers. Madankollu l-istat attwali tar-regoli tal-futbol f 'Malta ma jinkoraġġux plejers biex jaħsbu f 'karriera professjonali fil-futbol. L-MFPa temmen li meta l-klabbs u l-MFa jaqblu li r-regolamenti għal- protezzjoni tal-plejers lokali huma inadegwati, ikun hemm plejers Maltin li jibdew iħarsu lejn il-futbol bħala karriera professjonali bis-serjetà. L-MFPA ħarġet b'numri ta' proposti sabiex jitjieb dan il-qasam, kif jidher hawn: Ħlas għat-trasferiment għal plejers fi tmiem il- kuntratt Malta hija waħda mil-ftit pajjiżi li jinsistu fuq ħlas għat-trasferiment anke fi tmiem tal-kuntratt ta' plejer. Biex inpoġġu l-affarijiet fil-perspettiva, plejer li jkun temm l-obbligu kuntrattwali tiegħu ma' tim, xorta jrid jitħallas prezz għat- trasferiment biex jingħaqad ma' tim tal-għażla tiegħu. Għaliex ma titneħħiex is-sistema ta' trasferiment u niġu konformi mal-bqija tal-Ewropa, li għamlu dan il-pass wara s-sentenza Bosman tal-1995? L-ebda plejer m'huwa mħajjar li jaqleb għal futbol 'full-time' jekk ma jkollux d-dritt bażiku li jagħzel hu ma' min jixtieq jilgħab. introduzzjoni ta' 'Training Compensation Fee' Żvilupp riċenti huwa l-introduzzjoni ta' 'training compensation' li indirettament ġie introdott biex jikkumpensa għat- tnaqqis fil-parametri. Dan ifisser li ladarba plejer jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu, it-'training compensation fee' trid titħallas lill-klabbs kollha li l-plejer ikun lagħab magħhom bejn l-etajiet ta' 12 u 21 sena. F'termini reali, huwa diżinċentiv għall-klabbs biex jiffirmaw plejers bħala professjonisti, peress li jekk jagħmlu dan se jidħlu fi spejjeż li jistgħu jilħqu l-ammont ta' € 18,000. L-MFPA diġa rċeviet diversi kummenti ta' rabja minn klabbs, ġenituri u plejers. Hemm sitwazzjonijiet fejn klabbs ma offrew l-ebda għażla oħra lil plejers imma biss li jiffirmaw bħala 'amateur' u għalhekk ma jkollhomx ftehim bil-miktub li jelenka l-obbligi taż-żewġ partijiet. F'każijiet bħal dawn il- klabbs iħallsu lil plejers b'mod irregolari. Salarji mhux imħallsa MFPA tixtieq ukoll tenfasizza l-fatt li bħalissa hemm sitwazzjonijiet fejn plejers ilhom ma jitħallsu salarju għal iktar minn 6 xhur, imma m'hemm l-ebda rimedju biex il- plejer jiġġieled għal dan id-dritt. Plejers leali lejn il-klabb tagħhom ma jixtiequx jipproċedu kontra l-klabb bir-riskju li jiksru r-relazzjoni li bnew matul is-snin ma' dan il-klabb. L-MFPA tinkoraġġixxi lin-nies ta' rieda tajba, speċjalment xi ħadd li jitlob sagrifiċċji mingħand il-plejers, li jistaqsu lilhom infushom; kif jista' plejer part-time jikkunsidra li jħalli l-impjieg prinċipali tiegħu biex jaqleb għal futbol 'full-time' jekk lanqas għandu garanzija tas- salarju? Sfortunatament dan ix-xenarju jinstab kemm fid-diviżjonijiet inferjuri kif ukoll anke fl-għola diviżjoni. Ir-riforma fl-istatus tal- plejers ma ndirizzatx din il-problema b'mod effettiv peress li plejers part-time li m'humiex imħallsa anke għal perezempju 8 salarji konsekuttivi għad m'hemmx rimedju biex jitħallas u jtemm liberament il-kuntratt minħabba nuqqas ta' ħlas u jkollu opportunità jfittex klabb ieħor. Min-naħa l-oħra, plejer 'full-time' irid jistenna għal nuqqas ta' ħlas ta' 3 salarji konsekuttivi biex dan jista' jitlob li jinħall mil-kuntratt. MFPA tħoss li din hija sitwazzjoni evidenti bil-fatti li l-plejers f 'Malta huma marbutin b'obbligi, imma bi ftit rimedji effettivi li jipproteġu d-drittijiet tagħhom. Plejers żgħażagħ penalizzati b'mod inġust MFPA tixtieq tenfasizza s-sitwazzjoni li tolqot iż-żgħażagħ tagħna, il- plejers 'amateurs' u dawk ta' età żgħira. F'Malta hawn ġenituri li qed jintalbu jħallsu somom ta' flus li anke jqarrbu €1,200 sabiex uliedhom, ta' età tenera ta' bejn 13 u 15-il sena, ikunu jistgħu jissieħbu ma' klabb tal-għażla tagħhom. Dawn il-plejers, jew il-ġenituri tagħhom, diġà qegħdin iħallsu miżata annwali tan- 'nursery' kif ukoll iħallsu għall-kits tagħhom. Plejers żgħażagħ qed jiġu trattati bħal oġġett, mingħajr l-ebda drittijiet. MFPA tħoss li sitwazzjonijiet bħal dawn qed iżommu plejers żgħażagħ 'il bogħod mix- xena tal-futbol Malti minn età bikrija. Kif nippretendu li dawn iż-żgħażagħ iħarsu lejn karriera professjonali fil-futbol? Meta l-MFa tkun ikkontestata Sfortunatament, il-missjoni prinċipali tal-MFA għandha tkun li s-settur tal-futbol Malti jimxi 'l quddiem b'mod ħolistiku, però fl- istess ħin, l-MFA tipprojbixxi membri milli jmorru kontra deċiżjonijiet tagħha. Każ partikolarment relevanti huwa dak ta' eks plejer tat-tim nazzjonali li lagħab aktar minn 50 logħba għal pajjiżu, u li kien dovut 'il fuq minn sena salarji mingħand il-klabb tiegħu. Dan il-plejer dam jistenna lill-klabb tiegħu biex iħallsu għal iktar minn sentejn. Meta xorta ma tħallasx hu rrikorra għall-għajnuna tal-MFA biex tinforza lill- klabb iħallas is-salarji dovuti. Il-bord tal-MFA iddeċieda favur il-klabb, ladarba r-regoli tal- MFA jgħidu li salarji dovuti għandhom jiġu mitluba fi żmien sena. Plejer li pprova jikkopera mal-klabb u jagħti cans żmien biex jitħallas, spicca li l-klabb abbuża mis-sitwazzjoni u mir-regoli tal-MFA. Minħabba hekk dan il-plejer ma kellu l-ebda triq oħra biex jiġġieled għad- dritt tiegħu ħlief li jiftaħ kawża fil-qrati ta' Malta. Minħabba li dan il-plejer uża d-dritt tiegħu bħala ċittadin ta' Malta u rrikorra għas- sistema ġudizzjarja lokali, l-MFA issospendiet lil plejer minn kull attivita tal-futbol. Dan wassal biex il-plejer ilu madwar 3 snin mingħajr ma jista jilgħab jew jikkowċja f 'Malta. Il-plejer bħalissa huwa ttrattat bħala persona nongrata mil-MFA, meta kull ma talab hu dak li hu dritt tiegħu, li jitħallas għas- servizzi li kien ta lil klabb. MFPA temmen li sfortunatament il-każ huwa eżempju ta' dak li jiġri lil kwalunkwe plejer jew kowċ li jiddeċiedi li juża dritt tiegħu u jibda proċeduri fil-qorti kontra membru ta' l-MFA jew kontra l-assoċjazzjoni, mingħajr il- permess espliċitu ta' l-MFA. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li fl-imgħoddi meta plejer talab għat-tali permess, l-assoċjazzjoni mhux biss ma tagħtux permess, iżda wkoll naqset li tirrispondi għat- talba tal-plejer. Plejers 'Home grown' L-MFA ppruvat b'diversi modi u b'impenn matul l-aħħar ftit snin biex jipprovdu plejers żgħażagħ l-opportunita li jingħaqdu ma' klabbs barranin iżda għal xi raġuni jew oħra, dan lisforz jidher li falla. Fl-istess ħin xi ħaġa li tidher kontradittorja hija li bir-regoli ntrodotti f 'dan l- istaġun, l-MFA u l-klabbs qed jillimitaw il-postijiet disponibbli għal plejers żgħażagħ u promettenti fl-għola divizjoni. Allura kif nistennew li plejers żgħażagħ huma tajbin biżżejjed biex jissieħbu ma' klabbs barranin jekk dawn lanqas biss qegħdin jingħataw biżżejjed opportunità li jilagħbu fl- ogħla diviżjoni Maltija? Konklużjoni Jekk irridu li bis-serjetà nressqu l-futbol Malti lejn il-professjonaliżmu, l-ewwel l-assoċjazzjoni għandha bżonn li bis-serjetà tagħti ħarsa lejn ir-regoli u tbiddel fejn hemm bżonn biex jinħoloq qafas li jippermetti dan il-pass. Irridu nibdew naħsbu f 'futbol Malti mingħajr issistema ta' trasferimenti bi ħlas fi tmiem il-kuntratt u lejn il-plejers lokali bħala professjonisti. Min jilleġiżla hemm bzonn li jieħu l-passi meħtieġa biex jinħoloq il-qafas adattat mingħajr dewmien u bis-serjeta. Il-plejers m'għandhomx jibqgħu jkunu mitluba li jagħmlu sagrifiċċji nġusti jew jieħdu riskji specjalment fejn dan jinvolvi l-għixien tagħhom. Carlo Mamo, Konrad Sultana u Mark Barbara waqt laqgħa tal-FifPro li saret ftit tas-snin ilu