Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 31 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta .................... 4 Birkirkara ................. 0 Valletta umiljaw lil Birkirkara, meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0, biex kisbu double fuqhom, wara li fl-ewwel rawnd kienu għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Il-Beltin ikkontrollaw lill-avversarji tagħhom tul id-90 minuta, u qatt ma tawhom ċans jidħlu fil-logħba. B'hekk, il-Beltin temmew is-serje ta' riżultati pożittivi ta' Birkirkara, fejn kienu ilhom 10 logħbiet mhux megħluba. Valletta kellhom lil Ian Azzopardi sospiż, waqt li Jhonnattann Benites da Conceicao, kien nieqes għalihom, wara li għadu qed jirkupra minn injury kemmxejn serja. Il-kowċ tal-Beltin, Paul Zammit, inkluda lil Uchenna Umeh, mal- ewwel 11, waqt li min- naħa l-oħra, il-kowċ ta' Birkirkara, Giovanni Tedesco, għażel li jerġa' jutilizza lill-plejer internazzjonali Rowen Muscat mal-ewwel 11, hekk kif ħa post Emerson Marcelina. Valletta fetħu l-iskor fit-22 minuta, meta minn kross perfett ta' Uchenna Calistus Umeh, il-ballun spiċċa f 'saqajn l-attakant Arġentin, Federico Matias Falcone, li mill-viċin tefa' l-ballun wara Justin Haber. Il-Beltin irduppjaw l-iskor fl-34 minuta, permezz ta' xutt mill-isbaħ tal- captain Roderick Briffa, wara li rċieva pass perfett mingħand Romeu Perciles Romau, mil-lemin. Tlettax-il minuta mill- ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta rebħu penalti, meta Njongo Priso, twaqqa' fil-kaxxa u mill-11-il metru, l-istess attakkant prolifiku mill-Kamerun, ma żbaljax biex tefa' lill- Beltin f 'vantaġġ komdu ta' tliet gowls. Żewġ minuti fuq il-ħin miżjud, Valletta ssiġġillaw ir-rebħa permezz tar- raba' gowl fil-logħba, meta s-sostitut żagħżugħ, Jean Borg tefa' l-ballun fix-xibka, permezz ta' xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa, biex kompla jitfa' lill-partitarji numerużi Beltin, preżenti fl-iStadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, f 'dilirju ta' ferħ. Valletta - Vella, Caruana, Camilleri, Cruz Gill, Briffa (Cremona 73'), Priso (Mifsud Triganza 77'), Falcone (Borg 85'), Pani, Calistus Umeh, Nafti, Pericles Romao Birkirkara - Haber, Z. Muscat, Vukanac, Mazzetti Latini, Zerafa, Sciberras, R. Muscat. Scicluna (Temile 79'), Camenzuli (Quero Barroso 39'), Costa Morais, Plut Referi - Esther Azzopardi RODERICK BRIFFA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa l-captain ta' Valletta, u f'dan il-konfront kien qed jilgħab propju kontra l-eks tim tiegħu. Huwa pedina fundamentali tat- tim nazzjonali Malti, u għandu espeejenza wiesa' fil-futbol Malti. Valletta jumiljaw lil Birkirkara u jiksbu double fuqhom Ritratt - Ray Attard Il-plejer żagħżugħ ta' Birkirkara, Ryan Camenzuli, jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq plejer ta' Valletta Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015