Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 9 Jibbenefikaw 30 proġett tal-volontarjat grazzi għal fond ġdid Fil-jum iddedikat min- Nazzjonijiet magħquda lill- Voluntiera, il-ministru Helena Dalli indirizzat konferenza bit-tema 'leadership in the Voluntary Sector' organizzata mill-Kunsill malti għas-settur tal-Volontarjat. Dalli qalet li permezz tal- volontarjat l-individwu jista' jkollu mpatt dirett fuq dak kollu li jkun qed iseħħ madwaru filwaqt li jkun jista'jimmobilizza u jimpenja kemm lill-gvernijiet u kif ukoll lill-komunità. Hija qalet li f 'dan il-jum irridu nirrikonoxxu lill-individwi li huma impenjati permezz tal-ħin, l-enerġija u l-ħiliet tagħhom sabiex ibiddlu d-dinja ta' madwarhom għall-aħjar. "Bħal-lum sena ftaħna l-ewwel Ċentru tal-Volontarjat fil- Belt Valletta; ċentru li saħħaħ il-ħidma tal-Kunsill kemm fl-amministrazzjoni tiegħu kif ukoll fil-ħidma ta' sostenn lis- settur." Hija sostniet li matul dawn l-aħħar snin qed nassistu għal żvilupp pożittiv f 'dan is-settur fejn, permezz tal-impenn tal- voluntiera, qed isseħħ qabża fil-kwalità ta' servizzi mogħtija mill-istess għaqdiet. Ħidma fil-komunità li fi kliemha, kieku ma ssirx b'mod volontarju, ċerti oqsma ma jibqgħux daqstant sostenibbli. Il-Ministru Helena Dalli tkellmet ukoll fuq il-kampanja li ser titmexxa 'l quddiem mill-Kunsill għall-Volontarjat flimkien mal-Ministeru għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: kampanja li l-għan prinċipali tagħha ser ikun dak li tfakkar l-importanza tal-oqsma diversi li fih huwa impenjat il-volontarjat filwaqt li tħeġġeġ individwi li għadhom ma esperjenzawx il-volontarjat sabiex jagħtu sehemhom għall- ġid tal-komunità. Tkellmet ukoll fuq il-fond ġdid li twaqqaf illum bl-isem ta' 'Voluntary Organisations Projects Scheme'. Dan il-fond ser jitmexxa bi sħab bejn il- Ministeru u l-Kunsill. Tfasslu linji gwida ġodda sabiex ikunu garantiti t-trasparenza u l-kontabilità fil-proċess tal-għoti tal-Fondi lill- Organizzazzjonijiet Volontarji Maltin. "Qed nistennew li taħt dan il- fond ser ikunu qed jibbenefikaw madwar tletin proġett minn għaqdiet differenti, qabża 'l quddiem, fejn qabel kienu jibbenefikaw madwar għaxar proġetti biss."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015