Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 477 • 06 ta' Diċembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Further information please visit: www.christmasingozo.com or our facebook page Christmas in Gozo MINISTRY FOR GOZO CHRISTMAS IN GOZO 5th Dec 2015 till 3rd Jan 2016 www.visitgozo.com Intervista esklussiva ma' Eiður Smári Guðjohnsen 'Il-Labour qatt u qatt ma ndaħlilna' €3 fis-siegħa Il-ħlas lill-immigranti li jinġabru għax-xogħol mill-Marsa Ara intervista f 'paġni 38 u 39 Ara paġna 7 "AĦNA ntuk massage tajjeb u onest." Hekk intlaqgħet il-gazzetta ILLUM minn persuna Ċiniża li taħdem f 'wieħed mill-ħafna ħwienet li qed joffru s-servizz ta' massage f 'Buġibba. Il-problema hi li jekk il- massage li qed jingħata huwa onest, daqskemm huwa onest in-negozju innifsu, mela l-klijent li jżur uħud minn dawn il-ħwienet, jista' jkollu l-problemi. Minkejja li informazzjoni mogħtija fil- Parlament din il-ġimgħa turi kif fl-aħħar sentejn, f 'Buġibba, kien approvat ħanut wieħed biss mill-MEPA li joffri l-massage bħala l-attività ewlenija tiegħu, l-ILLUM sab tmienja. Sitta minn dawn it-tmienja, skont is- sid jew l-impjegati li kellmuna, ilhom miftuħin bejn erba' xhur u sena, filwaqt li t-tnejn l-oħrajn ilhom miftuħin għal perjodu itwal ta' żmien. Il-President tal-Malta Association of Beauty Therapists Magda Magri Naudi, meta mitluba minn ILLUM biex tikkumenta dwar dawn il-fatti, ħeġġet lill-awtoritajiet biex ir-regolamenti jkunu infurzati għal kulħadd. "Dan billi," kompliet tgħid Magri Naudi, "jekk dawn il-ħwienet ma jkunux tal-livell mixtieq u rikjest mill-Unjoni Ewropea, jew jirregolarizzaw ruħhom, jew jkunu mġiegħla jagħlqu jew inkella l-Gvern ibiddel l-użu tagħhom." Tkompli f 'paġna 4 Il-Massage Parlours Il-MEPA ħarġet permess għal wieħed...l-ILLUM sabet sitta minn Gabriel Schembri LIMMIGRANTI li ta' kull filgħodu jbakkru biex jintefgħu fuq il-bankini fil-Marsa u forsi jiddubbaw ġurnata xogħol, qed jitħallsu bir-rata ta' €3 fis-siegħa f 'diversi każi, u jekk ikunu xortihom tajba u jsibu sid xi ftit iktar ta' kuxjenza, jitħallsu bil-€5. Dan stqarrewh mal- ILLUM numru ta' persuni li kull filgħodu jkunu l-Marsa qed jistennew biex jinġabru minn xi ħadd li joffrilhom xogħol għal ammont ta' sigħat jew ġranet. Dan ix-xogħol, kif stqarru dawn l-immigranti stess, mhux dikjarat u allura ma titħallas ebda forma ta' taxxa fuqu. Tant hu hekk, li l-istess persuni li tkellmu magħna, qalulna li biex issib xogħol fil- Marsa, "m'għandekx bżonn permessi. Regoli ma jeżistux u dawk li għandhom permess ta' xogħol, lanqas biss jużawh." Fil-fatt, waqt li l-ILLUM kienet fuq il-post, stajna ninutaw numru ta' vetturi jieqfu u jiġbru xi immigranti li jkunu avvinċinawhom. Dawk li huma ta' statura mdaqqsa u li jidhru f 'saħħithom ikunu l-ewwel li jinġabru, iżda dawk li huma rqaq wisq, qosra jew ma jidhrux f 'kundizzjoni li jġorru u jagħmlu xogħol bl-idejn, jibqgħu lampa stampa. Jekk jinzerta sid twajjeb, l-immigrant jitħallas dakinhar stess u jieħu madwar €40 ta' tmien siegħat xoghol, jew €5 fis-siegħa. Iżda, kif irrakuntawlna dawk li kienu l-Marsa, mhux l-ewwel darba li kellhom jistennew ġimgħa biex jitħallsu u saħansitra kien hemm drabi meta wegħduhom li se jitħallsu l-għada u baqgħu b'xejn. Huma sostnew li minħabba li mhumiex qed ikunu impjegati b'mod legali, dan it-tip ta' abbuż ma jkunx jista' jiġi rraportat. Tkompli f 'paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015