Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
NEWSPAPER POST Nr 492 • 20 ta' Marzu 2016 www.illum.com.mt Intervista ma' Sarah Pace Ara paġni 34 u 35 €1.00 Beppe u l-kuntratturi L-ILLUM hija nfurmata li fil-ġranet li ġejjin, il-Partit Laburista se jkun qed jintensifika l-attakk fuq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami billi jintefa' dawl fuq ir-rabtiet mill-qrib li għandu ma' kuntratturi kbar u magħrufin fil- pajjiż. Din il-gazzetta hija nfurmata li Fenech Adami kien jaħdem u għadu jaħdem mill-qrib ħafna ma' kuntratturi magħrufin sew u li fil-passat spiċċaw f 'nofs kontroversja. Minkejja li din ir-relazzjoni mill-qrib ta' Fenech Adami ma' diversi kuntratturi, aktarx hija waħda leġittima, jista' jkun li twassal biex f 'dawn il- jiem, iqumu diversi mistoqsijiet li jitfgħu dubju fuq l-immaġini politika tal-viċi kap tal-PN. Dan kollu tfakkar f 'inċident li seħħ f 'lukanda magħrufa ftit snin ilu fejn kuntrattur magħruf li kien qed jiekol ma' Fenech Adami kien ħebb għall-ġurnalista Claire Bonello, illum Direttur fil-PBS. Il-Partit Laburista u l-midja tiegħu se tkun qed tiffoka fuq ir-rabta mill-qrib ħafna ta' Fenech Adami ma' numru ta' kuntratturi fl-isfond tal-kwistjoni li qamet din il-ġimgħa u li tirrigwarda d-dar tal- istess Fenech Adami fil-Għargħur. Skont ONE News, kemm Beppe Fenech Adami kif ukoll Mario Demarco bagħtu messaġġi, saħansitra lil Ministri tal-Gvern, biex jieqfu l-attakki li qed isiru fil-konfront tagħhom. Taħt il-lenti... Tkompli f 'paġna 6 Il-PL mistenni jintensifi ka l-attakk fuq Fenech Adami u r-rabtiet mill-qrib ma' kuntratturi kbar u magħrufa Identifikati 16-il sit għall-akbar proġett ta' housing soċjali minn Albert Gauci Cunningham IXXOGĦOL fuq dak li l-Gvern qed jiddeskrivi bħala l-akbar proġett fis-settur tal-housing soċjali se jkun qed jibda din is-sena u se jkun mifrux b'kollox fuq 16-il sit differenti madwar il-pajjiż. Dan il-proġett tħabbar għall-ewwel darba fl-aħħar baġit li ressaq dan il-Gvern. L-ILLUM hija nfurmata li dawn is-16-il sit ta' housing b'kera ssusidjata għall-familji u individwi li ma jaffordjawx jixtru proprjetà bi prezzijiet kummerċjali, se jinkludi proprjetajiet madwar il-pajjiż kollu. Dawn is-siti se jinkludu blokok individwali fiċ-ċentri ta' lokalitajiet differenti kif ukoll kumplessi sħaħ ta' madwar 50 appartament, simili għal dawk magħrufin bħala 'housing estates'. Dan il-proġett, li se jkun ippilotat mill-Ministeru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali, se jiswa b'kollox €50 miljun. Tkompli f 'paġna 6 'Ixxukjat' Ara paġna 4