Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
illum | Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fil-ħajja tagħna, xi kultant ninqabdu f'żewġ sitwazzjonijiet fejn minħabba f'hekk, inkunu rridu nieħdu xi deċiżjoni, u hekk se jiġri lilek f'dawn il-ġimgħat li ġejjin, fejn int se jkollok tagħżel bejn triq u oħra, u dan irid ikun kompleta- ment fuq dak li int taħseb li huwa verament tajjeb għalik. Parir ikun tajjeb, imma finalment, id-deċiżjoni trid tkun tiegħek ħalli b'hekk int finalment tibda tħossok aħjar u aktar int. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 26 u 32. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-arja li int qed tħoss madwarek rigward tibdil, hi xi ħaġa li ilek tħossha imma bħal qisu ma bdejtx tagħtiha importanza. Imma issa int qed tħoss li wasal dan, u speċjalment fejn tidħol l-imħabba, hemm aktar il-ħtieġa li jsir dak iċ-ċaqliq meħtieġ sabiex ir-relazzjoni ta' madwarek tkompli tissaħħaħ. Fil-każ li inti single, allura huwa l-mument li tibda tagħraf sabiex tidħol lura fl- imħabba, minkejja dak li ġara fil-passat. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 22 u 38. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ħabib tal-passat li kumbinazzjoni iltqajt miegħu, se jerġa' jfak- krek fil-passat. Issa dan jaf ikun xi ftit ta' uġigħ ta' ras għaleik peress li int xtaqt tagħlaq il-passat, bħal ktieb maħruq. Imma issa li tfaċċa dan il-ħabib mill-passat, għandek għażla, li jew timxi minn hawn 'l hemm daqslikieku qatt ma kien xejn, jew tieħu deċiżjoni li żżomm kemm jista' jkun 'il bogħol minnu. Agħraf irrifletti ftit waħdek ħalli tagħraf x'inhu l-aħjar. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 18, 24 u 37. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa, l-imħabba mhix tagħtik il-gost li int kont qiegħed tieħu, però dan mhux dak li int taħseb, għax forsi hemm xi nuqqas mill-partner tiegħek, imma tant kemm int għaddej minn mument ta' pressjoni, m'intix tinduna li huwa int stess li qed tikkaġuna dan, għax fejn qabel kien ikollok tant ħin għall-imħabba, issa peress li x-xogħol ta' mad- warek kiber, dan tefgħalek responsabbiltà aktar. Prova bbilanċja. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 28 u 30. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Pressjoni qawwija li issa riesqa sew lejk, se tagħmel xi ftit nervuż, imma trid tarah kif se tik- kontrolla din il-pressjoni li ovvjament se toħloq ambjent iebes, u dan minħabba data li int qed tħossok marbut biex twettaq dak li għandek f'moħħok. Għalkemm hemm bosta kurrenti kontra tiegħek, persuna mill-passat se tkun għaqlija għalik, għalkemm hi għandha ċertu riżervi dwarek, imma xorta se tersaq lejk. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Qasma dwar xi ħaġa li int ma xtaqtx tiġri madwarek, fil-fatt qiegħda tiġri, u hekk qed tesperjenza li int qed tagħraf li forsi int kont wisq mgħaġġel meta ħadt ċertu deċiżjonijiiet, imma issa bil-mod timxi ma' dak li hemm fil-preżent u għalkemm bħal xi ħadd qisu ħa jipprova jieħu xi forma ta' kontroll fuqek, dan it-tentattic se jfallilu għax int sibt triq li kienet dejjem ta' saħħa u gwida għalik. Id-direzzjoni qiegħda tieħu triq oħra. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 14, 27 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Parir huwa dejjem tajjeb li wieħed għandu jieħu, imma fil-każ tiegħek, il-parir li int se tieħu, ma jridx ikun parir ta' deċiżjoni imma ta' gwida u rif- lessjoni biss, u xejn iktar. Id-deċiżjoni li int għandek tieħu, trid teħodha fuq dak li int biss taf x'inhu l-aħjar. Int kont taf li jrid jasal il-mument fejn trid tieħu deċiżjoni, u dan jasal wara li tkun ħadt pawsa x'imkien bħal xi weekend break biex taqta' ftit u tistrieħ. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 22 u 36. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settem- bru F'okkażjoni li int se jkollok, wara tant żmien ma' eks minn imħabba tal-passat, toqgħodx tinħela fuq dak li din il-persuna kellha fil-passat jew minn dak li hi għaddiet fil-passat, għax il-gost kollu li tkun ħadt fis-serata li hemm ġejja għalikom, tispiċċa tifkira ta' duħħan biss. Għalhekk, mur u minn dis-serata agħraf biss li tagħmel is- serata waħda pożittiva, u li tħalli n-naħa l-oħra taħseb fis-sabiħ tiegħek biss. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 16, 26 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Xi kultant, is-suċċess ikun importanti kemm għall- persuna, u kemm għal ta' madwar, imma xi kult- ant jaf ikun ukoll telf u hekk, int trid toqgħod attent li s-suċċess miksub minnek b'tant sagrifiċċji ma jkunx ta' tilwim u nuqqas bejnek u bejn dawk ta' madwarek. Jekk dan ikun il-każ, allura int żomm lura minn dak li jista' jkun ta' dannu għalik. Agħraf dejjem li int tkun ta' xempju tajjeb u pożittiv. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 25 u 39. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Parir li int għandek bżonn bħala gwida dwar deċiżjoni importanti li int trid tieħu fi żmien, agħraf li wara li tisma' dak li għandek tisma', tagħraf tieħu deċiżjoni int fuq dak li int taħseb li huwa ta' ġid għalik, u mhux timxi fuq il-parir ta' xi ħadd. Il-persuna li ħa tkun involuta mhu ħadd ħlief int, għalhekk dak li jrid jiġi deċiż, tajjeb li ma' dak li int tisma', tagħrbel sew kull sitwazzjoni u tagħraf tkun għaqli f'dak li tiddeċiedi. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28, u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Bidla ta' pjan li int kont ilek tħejji, agħraf sew dak li int verament trid. Jekk huwa meħtieġ li ttaw- wal ftit iktar iż-żmien qabel tasal għal deċiżjoni, hekk għandu jkun, ħalli wara, dak li jsir ikun sar fuq deċiżjoni għaqlija. Minħabba li bħalissa għaddej minn żmien ta' tensjoni, tajjeb li tirrilassa ħalli tnaqqas minn dik il-press- joni li hemm madwarek bħalissa, u tkun kapaċi tikkonċentra aħjar. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 18, 23 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Maż-żmien, int trid tagħraf timxi u taqdef ak- tar għal rasek wara li issa tinsab f'pożizzjoni waħdek u din m'għandekx teħodha minn lenti negattica, imma pjuttost trid teħodha minn lenti pożittiva għax minn din il-pożizzjoni, int trid terġa' tibni lilek innif- sek mill-ġdid, u dan se jkun ta' gwadann għalik għax minn żbalju li saru, żgur li għandek tagħlima li ma terġax tirrepetihom, u dan se jippermettilek sabiex tagħraf timxi aktar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla tal-imħabba tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 22 u 37. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 22 Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għal PaulJon għas-servizz tiegħu, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b' sms fuq 99013600 jew b'imejl fuq pauljon.aquilina13@gmail.com L-ewwel tweġiba tajba għal din il-ġimgħa tirbaħ għal xahar b' XEJN l-ILLUM bil-posta b'kollox. X'qalulna l-qarrejja... Janet Mifsud minn San Ġwann – PaulJon, l-Oroskopju mwassal minnek huwa xi ħaġa ta' min ifaħħarha għax jien ili minn Diċembru nsegwik, u verament għandek biex tkun kburi b'dan it-tfassil ta' Oroskopju, Proset. Nadine Spiteri mir-Raħal Ġdid – Il-kurżità li għandi hi kif jirnexxilek twassal dan l-Oroskopju b'tant preċizjioni. Jien inkun qed nistennik fuq ix-xwiek u nixtieq ħafna niltaqa' miegħek. Ħadt gost ukoll kemm spjegajt tajjeb fuq it-TV. Proset u Awguri. Angela Mercieca minn San Pawl il-Baħar - Jien qatt ma kont naf dwar l-Oroskopju tiegħek, imma minn mindu semmejt li tikteb Oroskopju fuq it-TV, u fittixt fuq liema gazzetta u sibt li kienet il-gazzetta ILLUM, nista' ngħidlek proset mill-kbar nett, għax verament jixraqlek. Proset PaulJon. Rebecca Pisani min- Nadur Għawdex - Jien qatt ma kont xtrajt il-gazetta ILLUM qabel, imma meta ħabiba tiegħi qalti li int qed tikteb l-Oroskopju ma fallejtx waħda, u qed inżomm il-paġni ġewwa album speċjali u nittama li nkun nista' niltaqa' miegħek biex tiffirmahom. Proset bil-kbir PaulJon. Vanessa Grech mir-Rabat Għawdex - Tal-ġenn PaulJon. Kemm insegwik mill-qalb, kemm għall- Oroskopju u kemm dwar ir-rakkonti li verament xi kultant iħalluk bla nifs. Proset. Romina Muscat min- Naxxar - Inseġwi l-paġna tiegħek b'interess kbir, b'mod speċjali r-Rakkonti, li għalkemm miktubin fi spazju limitat, xorta waħda jkunu interessanti. Proset mill-qalb.