Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ................. 1 Hibernians .................. 1 HIBERNIANS sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti u deludenti ta' 1-1 minn Pembroke Athleta, liema żewġ punti prezzjużi li tilfu l-Pawlsti lbieraħ, jafu jkunu ferm detrimentali fl-isfida tagħhom li jisfidaw għar- rebħ tal-kampjonat. Hibernians fetħu l-iskor wara 9 minuti meta minn corner ta' Gilmar Da Silva Ribeiro, għola tajjeb il- midfielder internazzjonali Bjorn Kristensen li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, tefa' ġewwa. Il-Pawlisti komplew jattakkaw u disa' minuti wara, Gilmar Da Silva Ribeiro għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele li għeleb in-nasba tal-offside, avvanza fil-kaxxa, qabel ra lill-goalkeeper veteran ta' Pembroke Athleta li kien l-eroj assolut fost sħabu, Mario Muscat, isalva tajjeb b'siequ. Fis-26 minuta reġa' kien Jurgen Degabriele li ħoloq il-periklu meta ttanta xortih mid-distanza qabel ra lil Mario Muscat isalva f 'żewġ tentattivi. Man-nofs siegħa logħob, Andrew Cohen xeħet cross lejn Jurgen Degabriele li għola tajjeb qabel ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi ftit barra mil-lasti ta' Mario Muscat. Fit-43 minuta, minn kontrattakk veloċi, Pembroke Athleta ġabu l-iskor indaqs meta Gustavo Villalobos minn azzjoni personali, avvanza tajjeb, baqa' dieħel fil-kaxxa qabel b'ċerta eleganza għeleb lil Justin Haber. Fil-54 minuta, Gilmar Da Silva Ribeiro fit-tentattiv li jitfa' l-ballun ġewwa ġie antiċipat mid-difensur ta' Pembroke Athleta, Owen Bugeja, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa u jintemm f 'sigurtà f 'idejn Mario Muscat. Il-Pawlisti reġgħu ħolqu l-periklu fis-60 minuta, meta Clayton Failla xeħet cross perfett lejn Andrew Cohen li ra d-daqqa ta' ras tiegħu taħbat mal-wieqfa, b'Gilmar da Silva Ribeiro mir-rebound jara t-tentattiv tiegħu jagħti l-illużjoni tal- gowl hekk kif ħabat max- xibka minn barra. Fit-68 minuta Gilmar Da Silva Ribeiro għadda tajjeb lejn is-sostitut Joseph Essien Mbong li iżda ġie antiċipat bi bravura minn Zoran Levnaic li tefa' l-ballun f 'corner. Pembroke A. - Muscat, Levnaic, Cini, Bugeja, Attard, Micallef (Obiefule 72'), Barbetti, Arab (De Paulo Da Nobrega 82'), Laudisi (Eboh 90'), Villalobos, O'Brien Hibernians - Haber, Dias, Agius, Pearson (Mbong 63'), Failla, Soares, Kristensen, Cohen, Da Silva Ribeiro, Pereira Da Silva, Degabriele (Gomes Da Gracia 83') Referi - Alan Mario Sant MARIO MUSCAT Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm għandu 39 sena, għadu fost l-aqwa goalkeepers li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Huwa fost l-aqwa goalkeepers li qatt ipproduċa l-futbol Malti. Fil-passat riċenti lagħab ma' Hibernians, Vittoriosa Stars u anki mat-tim nazzjonali Malti, waqt li kien ukoll fil-coaching staff ta' Qormi. Hibernians miżmuma fi draw minn Pembroke Athleta Ritratt - Ray Attard Rodolfo Soares segwit minn Miguel Attard 27

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016