Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 50 29 53 58 20 86 28 62 FLORIANA Dispensary, Floriana DARWIN Pharmacy, Ħamrun ST. George's Pharmacy, Qormi ST. Paul's Pharmacy, Birkirkara ST. Matthew's Pharmacy, Gżira KRYPTON Chemists, Swieqi STELLA Maris Pharmacy, Sliema ST. Joseph Pharmacy, Lija ST. Louis Pharmacy, Mosta PARKES Pharmacy, San Pawl il-Baħar DE Paola Pharmacy, Paola ALPHA Pharmacy, Fgura BELLAVISTA Pharmacy, Marsascala BRITANNIA Pharmacy, Birżebbuġa PRESTIGE Pharmacy, Kirkop SPIŻERIJA Ħal-Mula, Żebbuġ MAKE Over Pharmacy, Mtarfa FONTANA Pharmacy, Fontana, Gozo TONY'S Pharmacy, Marsalforn, Gozo AIRPORT Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 li jsir forza 4 għal 5 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 għal 5 li jsir forza 5 għal 6 BAĦAR: Moderat li jsir qawwi IMBATT: Baxx min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir baxx għal moderat mix-Xlokk mal-lejl Aħbarijiet 2 Ir-responsabbiltà politika f 'Reporter AKKUŻI mill-partiti kontra xulxin. Stejjer fil-gazzetta. Akkużi u allegazzjonijiet. Meta għandu jkun responsabbli minn għemilu politiku? Mistiedna fil-programm huma Beppe Fenech Adami għan-nom tal-Partit Nazzjonalista, u l-Ministru Chris Cardona f 'isem il-Partit Laburista. Dan u aktar fl- edizzjoni ta' Reporter flimkien ma' Saviour Balzan nhar it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni nhar it-Tlieta fis- 1.30pm fuq TVM2 u l-Erbgħa fis-7pm fuq TVM2. Beppe Fenech Adami (xellug) u Chris Cardona (lemin) President: 'M'hemmx lok għall-preġudizzji u t-timbri' XHIEDA huwa dramm mtella' mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, miktub fl-isfond tal-ġrajja tal-Passjoni u b'riflessjonijiet fuq sitwazzjonijiet kurrenti. Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, flimkien mas- Sur Edgar Preca u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, attendew għall-ewwel wirja. Fl-indirizz tagħha, il- President aċċennat kif il-preġudizzji u t-timbri la qatt kien, u żgur m'għadux lokhom. Il-Ministru Abela qal li mhux biżżejjed li l-Faċilità taħdem fuq pjani ta' riforma fl-imġiba jekk wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom ir-residenti tal-Faċilità ma jiġux aċċettati lura mis-soċjetà. Semma' li għaldaqstant, il-Faċilità se tibqa' taħdem fuq miżuri li jiffaċilitaw it- tranżizzjoni tar-residenti mill-Faċilità għal ġewwa s-soċjetà. Waqt ir-rakkont ta' dan id-dramm, messaġġi li spikkaw kienu dawk li jduru mat-temi tal-għażliet ħżiena, it-tradiment, il-ħtija, l-istigma u l-maħfra. "L-ispirtu jrid imma l-ġisem dgħajjef," kienet waħda mill-frażijiet li ngħatat aċċenn, b'rakkonti li jissimbolizzaw attentati ta' disprament waqt il- ġlieda interna għall-bidla fl-attitudni. Ingħatat ukoll attenzjoni partikolari lit-tbatija li l-ġenituri u l-qraba tar-residenti jgħaddu minnha matul il-proċess. L-appell mir-residenti kien wieħed biex il- persuni jkunu xhieda tal-imħabba lejn xulxin flok tal-kundanna għall- oħrajn. F'dan id-dramm qed jieħdu sehem madwar 35 resident; id-dramm kien organizzat mill- Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl taħt it- tmexxija tad-Direttur George Busuttil. Il-preżentazzjonijiet tiegħu għall-pubbliku ser ikunu bejn id-19 u s-26 ta' Marzu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016