Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Is-suċċessi ta' Varist I l-Ħadd li għadda din il-gazzetta kellha storja partikolari. Ma laħqitx il-quċċati f 'dak li huma clicks u views u ma qanqlitx wisq reazzjonijiet. Ma kellhiex ħafna shares fuq is-siti soċjali, u lanqas qajmet diskussjoni taħraq. L-istorja kienet titratta s-suċċess li qed jiksbu numru sabiħ ta' studenti li sa it żmien ilu kienu meqjusin bħala falliment, bħala nies moħħ ir-riħ u li kellhom iċ-ċertifikat ta' għażżenin u li, 'mhuma tajbin għal xejn' diġà mwaħħal m'għonqhom għal ħajjithom kollha. Grazzi għall-programm tal-Alternative Learning Programme (ALP) dawn il-fallimenti qed isiru suċċess, grazzi għal din l-inizjattiva mill-aktar pożittiva, studenti li kienu qed iħossuhom injorati, illum mhux biss qed jirrealizzaw il-kapaċitajiet tagħhom, talli bejn 65% u 70% minnhom qed ikomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST, l-ITS jew fil-Youth.Inc. Dan hu parti mill-frott li qed iħalli wieħed mill-aktar Ministri ħabrieka u effiċjenti li għandu dan il-Gvern. Mhux l-għan li nimlew lil Evarist Bartolo bix-xemgħa, imma ta' min nitkellmu dwaru mhux biss meta jaqblilna jew meta jgħid xi ħaġa li biha nistgħu 'nsawtu' lill-Partit Laburista, imma anke meta nħarsu lejn is-suċċess li qed jikseb Varist, kif isibuh ħafna, fil-qasam tal-Edukazzjoni. Apparti t-tama ġdida li l-ALP qed jagħti lil ħafna studenti, f 'dawn it-tliet snin, Evarist Bartolo nieda dokument li jagħti linji gwida kontra l-bullying fl-iskejjel. Permezz ta' dan id-dokument, issa hemm struttura li permezz tagħha, kull student se jkun jista' jressaq kull ilment ta' bullying. Naturalment, din il- politika mhux se tagħti frott għada, imma l-għan u l-ħsieb huwa wieħed mill-aktar pożittiv. Kif inhu pożittiv ukoll il-fatt li f 'dawn it-tliet snin, il-Gvern waqqaf politika li permezz tagħha qed ikunu mwieżna studenti transesswali li ġeneralment jgħaddu minn martirju fl-iskejjel u li l-ebda Ministru tal-Edukazzjoni qabel Bartolo ma kellu l-fibra u l-kuraġġ li jitkellem għalihom. Dawn iż-żewġ miżuri jsaħħu aktar l-idea popolari li l-Ministru preżenti għandu l-għan li jagħmel minn dan il-qasam tant essenzjali, wieħed inklussiv li ma jinsa u jwarrab lil ħadd. Kif kien imwiegħed, dan il-Gvern nieda proġett pilota ta' tablet għal kull student, li kien milqugħ b'mod pożittiv minn 65% tal-għalliema u l-istudenti, skont stħarriġ tal-MUT. F'dan is-settur, għall-ewwel darba bdew isiru 'revision classes', jew privat b'xejn lil dawk li jkunu fallew minn xi suġġett bażiku fil-livell ordinarju. Riżultati? Fil-matematika biss, kienu applikaw 1,175 student għar- resit ta' Settembru tas-sena l-oħra li 60% minnhom ġabu riżultati tajbin, li huwa titjib ta' 19% mis-sena ta' qabel. Riżultat? Ir-riżultat huwa li permezz ta' din l-inizjattiva, aktar studenti qed jgħaddu u b'hekk aktar qed ikomplu l-istudji tagħhom u jirrealizzaw l-ambizzjonijiet tagħhom. Esperiment ieħor ta' suċċess kien il-koedukazzjoni, jew it-taħlit tas-sessi fl-iskejjel tal-istat. Minkejja l-biżgħat u t-twerwir mis-soltu rkejjen konservattivi, il- koedukazzjoni kien suċċess u milqugħ bl-aktar mod pożittiv mill-maġġoranza tal-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri. B'ħidma tal-Ministru Bartolo inbeda programm ieħor li jagħmel ħafna sens u li dwaru l-ILLUM kellha intervista fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd 13 ta' Diċembru li għadda. Education+ huwa programm li b'suċċess qed iservi dejjem aktar ta' pont bejn l-istudent u d-dinja tax- xogħol u għalkemm għadu qed jitħaddem ma' sitt skejjel biss, dawk involuti fosthom il-kapijiet tal-iskejjel, huma pożittivi ħafna dwaru. Dan apparti li mil-lat infrastrutturali, il-Gvern ħabbar il-bini ta' skola ġdida fir-Rabat Għawdex, għaddej bi pjanijiet biex jinbeda x-xogħol fuq skola ġdida f 'San Pawl il-Baħar, filwaqt li sar programm estensiv ta' manutenzjoni madwar ħafna mill-iskejjel. Kollox perfett? Dażgur li le. Skossi kien hemm u għad hemm, speċjalment fil-forma ta' dubji fuq l-Università (?) Amerikana ta' Malta. Imma kollox ma' kollox, fil-qasam tal-Edukazzjoni dan il-Gvern bena fuq it-tajjeb li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti u wettaq ħafna miżuri pożittivi hu. Jekk qed ifalli bl-ikrah fil-governanza, żgur li ma nistgħux ngħidu l-istess għall-Edukazzjoni. Hija ħasra li d-dell ikrah li tefa' fuq il-Gvern il- każ tal-Panama qed jitfa' f 'kantuniera s-suċċessi li qed jagħmlu nies oħrajn fil- kabinett ta' Muscat. Nies bħal Evarist Bartolo, flimkien ma' Zammit Lewis, Chris Fearne, Edward Scicluna, Owen Bonnici u Helena Dalli, biex insemmu wħud, jixraqilhom ħafna aħjar milli jkollhom ix-xogħol tajjeb li qed jagħmlu għall- pajjiż mgħattan, minħabba ħaddieħor. Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016