Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................... 2 Tarxien R ...................... 3 TARXIEN Rainbows għelbu l-isfida ta' St Andrews bl-iskor ta' 3-2. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għar-Rainbows, waqt li għal St Andrews, din kienet it-tieni telfa konsekuttiva li tħallihom fit-tieni post mill- aħħar flimkien ma' Naxxar Lions b'seba' punti. Ir-Rainbows kellhom lil Sergio Fernandez Prendes u Alex da Paixao Alves sospiżi, waqt li min-naħa l-oħra, St Andrews kellhom lil Jonatan Perez Cuestra nieqes minħabba li għadu qed jirkupra minn injury. Tarxien Raibows fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta Carlos Hevia Menendez serva fuq platt lil Luke Montebello, b'dan tal-aħħar jegħleb lill-goalkeeper Jake Galea permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa. Huma rduppjaw l-iskor fis-27 minuta grazzi għal Triston Caruana li x-xutt mid-distanza tiegħu ħasad għal kollox lill-gaolkeeper ta' St Andrews, Jake Galea. Is-Saints naqsu l-marġni tal- iskor sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta minn corner tal-captain Joseph Farrugia mix-xellug, il-ballun spiċċa f 'saqajn Michael Johnson li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Madankollu Tarxien Rainbows resqu kisbu vantaġġ ta' żewġ gowls fil- ħin miżjud meta Pedro Dos Santos Calcado avvanza fuq ix-xellug, baqa' dieħel fil-kaxxa qabel għadda tajjeb lejn Luke Montebello li tefa' l-ballun fix-xibka. St Andrews għamlu l-iskor iktar rispettabbli ftit sekondi wara permezz ta' penalti tal- captain Joseph Farrugia. St Andrews - Galea, Pena Beltre', Camilleri (Desira Buttigieg 56'), Che Bong Won, Nwoko (Grech 78'), Oseghale, Wisdom, Farrugia, Onwudinjo, Johnson, Edu Nkene Tarxien R. - Cassar, Baker, Gigio De Oliveira, Tabone Desira, Caruana, Azzopardi (Mintoff 56'), Hevia Menendez (Bajada 88'), Montebello, Zerafa, Oliveira Santos, Frances (Tabone 80') Referi - Esther Azzopardi LUKE MONTEBELLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f'din il-logħba. Fil-passat riċenti lagħab ma' Żebbug Rangers u Valletta. Huwa plejer fundamentali tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Tarxien Rainbows jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva Ritratt - Ray Attard Che Bong Won jipprova jirbaħ il-ballun minn fuq Luke Montebello Sports 28

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016