Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

minn Albert Gauci Cunningham SORSI mill-Partit Laburista li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif Toni Abela kien ixxukkjat b'dik li sejjaħ attitudni ostili li ħass fi ħdan il-kumitat. Abela li tkellem ukoll ma' nies fil-PL dwar it-ton patronizzanti ta' Membru Parlamentari Ewropew partikolari meta tkellmet dwar il-fatt li Abela kien viċi Sindku tal-Ħamrun għal xi żmien. Din l-MPE partikolari rreferiet għall- Ħamrun bħala villaġġ żgħir ta' 10,000 persuna mingħajr relevanza. Intant wara li n-nominazzjoni ta' Abela ma ġietx aċċettata mill- maġġoranza tal-MPE fil-Kumitat tal-Kontrol Baġitarju, l-ILLUM hija infurmata li Abela mhux se jkun qed jkompli miexi bin-nomina tiegħu għal Awditur fil-Qorti Ewropea, xi ħaġa li allura se tkun qed tiftaħ il-bieb biex il-Gvern jagħżel persuna oħra li tista' timla din il-kariga. L-ILLUM hija nfurmata wkoll li ilbieraħ saret laqgħa bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u Abela li kienet waħda kordjali iżda li fiha dan għaliha ċara li mhux se jkun qed ikompli bin- nominazzjoni tiegħu. Il-kritika ewlenija lejn Abela kienet in-nuqqas ta' esperjenza li għandu Abela f 'postijiet għolja, għalkemm ħafna mill-mistoqsijiet kienu jitrattaw l-akkużi pre-elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar l-allegata blokka ta' kokaina f 'każin tal-Partit Laburista. Jidher li kien hemm ħidma fl-istess Parlament Ewropew hekk kif tqassam artiklu dwar din l-istorja, li ssemmiet ukoll mill-publikazzjoni politika POLITICO. Malli nxterdet l-aħbar li Abela ma kienx għadda minn dan it-test, bdew mill-ewwel numru ta' battibekki b'diversi Membri Parlamentari Laburisti u anke attivisti tal-partit iwaħħlu fl-Oppożizzjoni u ħidma li setgħet saret biex tfixkel lil Abela. Intant il-MPE tal-Ħodor Igor Šoltes, viċi chairman tal-kumitat tal-Parlament Ewropew li m'aċċettax lil Abela, ħeġġu biex jiritira n-nominazzjoni tiegħu. illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet 4 SALVU Mallia kompla fejn ħalla mal-ġurnal l-ILLUM tal-Ħadd li għadda fit- tentattivi tiegħu biex jara tibdiliet fix-xena politika Maltija. F'ittra miftuħa li bagħat liż-żewġ partiti Mallia jiddeskrivi lil Malta bħala Cindirella, mara ħassiela, bejn żewġt'aħwa koroh, li jirraġpreżentaw liż- żewġ partiti l-kbar. F'din l-ittra li l-illum.com. mt għandu kopja tagħha huwa jiftaħ baraxx ta' kritika talli ż-żewġ partiti ħolqu 'oligarkija' bejniethom u sistema li toħnoq il-vuċi tan- nies. F'parti mill-ittra Salvu mallia jgħid hekk: "Is-sistema li hemm illum difnet għal kollox il-leħen fjakk taċ-ċittadin bil-fanfarunati ta' min jaħseb li għax jgħajjat ħafna għandu raġun, li l-ħtieġa għal aktar flus għamlitu ruffjan tan- negozjanti għonja, li rabbew lil dawn iż-żewġ mostri bi flushom, u li minkejja kliemhom, b'għemilhom urew li ma' jridux jew m'għandhomx il-ħila jitilqu t-triq tal-korruzzjoni, għax hemm min qed jiġbdilhom l-ispaga. Baxx baxx bidlu d-demokrazija f 'oligarkija, fejn grupp żgħir ta'nies sinjuruni jiddettaw dak li jaqbel lilhom u xejn aktar." Huwa jkompli bi kliem Lenon 'You may say I'm a dreamer', li rkompli 'but I'm not the only one' u jgħid li "ċ-ċaqlieqa ta' 36,000 vot fl-aħħar elezzjoni, u li eluf ta' Maltin għażlu li jgħidu LE, mhux biss għal kaċċa, imma għall-indħil tal-partiti fid- deċiżjonijiet tagħhom, juri li l-għafsa tal-partiti qiegħda bil-mod tinħall." AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT 'Toni Abela kien ixxukjat bl-ostilità li ntweriet lejh' Mhux mistenni jkompli bin-nominazzjoni tiegħu għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri Malta saret qisha Cindirella bejn żewġt'aħwa koroh 70 siġra oħra jitħawlu fil-Magħtab META attenda għat-tħawwil ta' sebgħin siġra fil- kumpless ambjentali tal-Magħtab mill- Vassallo Group fl-għeluq il-sebgħin sena mit-twaqqif tagħhom, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li sebgħin sena ta' ħajja ta' kumpanija huma ferm sinifikanti meta qed ngħixu f 'dinja kollha taqlib u inċertezzi. Huwa awgura lill-kumpanija kull suċċess għall-ġejjieni u qal li dan il-ġest simboliku jkompli jsaħħaħ il-messaġġ li għandu jidħol f 'moħħ kulħadd, li l-ekonomija u l-ambjent għandhom jaħdmu id f 'id flimkien għall-ġid komuni u għall-benefiċċju taż-żewġ setturi nnifishom. Il-Ministru Brincat qal li qatt daqs f 'dawn l-aħħar sentejn ma kien hemm kumpaniji privati ta' kull daqs li fakkru l-anniversarji tagħhom b'ċerimonji simboliċi ta' tħawwil ta' siġar. Huwa ħeġġeġ lil kumpaniji oħra biex ikomplu jagħmlu dan ħalli jkompli jintbagħat dan is-sinjal pożittiv.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016