Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
I l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit żmien ilu, mar il-Belt u lin-nies qalilhom li jekk jaqbad lil xi ħadd jagħmel il-ħażin, ikeċċih. "Barra! Barra!" qal Simon Busuttil li se jgħid lil min ikun għamel il-ħażin, u n-nies ċapċpitlu. Wara ftit jiem, il-Kap tal- Oppozizzjoni mar fuq Dissett. Fuq dak il-programm, Simon Busuttil qal li jekk xi ħadd ikun għamel il-ħażin, hu - jiġifieri Dr Busuttil - minuta jdum jaħsibha biex ikeċċih mill-bieb 'il barra. Naħseb il-minuti fid-dinja ta' Simon Busuttil huma ftit itwal mill-minuti fid-dinja tal-bqija tal-bnedmin. L-iskandlu tal-Palazz ta' Beppe Fenech Adami ilu ġranet sħaħ li feġġ, u Dr Busuttil għadu mhu qed jagħmel xejn. Il-każ ta' Beppe Fenech Adami hu serju. L-elenku ta' fatti u kumbinazzjonijiet li seħħew taħt Gvern Nazzjonalista li r-riżultat tagħhom spiċċa biex sploda 'l fuq il-valur tal- Palazz ta' Beppe, hu twil wisq. Għal ġieħna, dan Beppe mar il- Belt jipprotesta kontra l-korruzzjoni. Beppe ma jitlifx okkażjoni waħda fil-Parlament li jobżoq litteralment il-ħdura fuq in-nies kollha li b'xi mod konnessi mal-Gvern u jgħajjarhom b'korruzzjoni sitta a la sinistra. Għandu għalxiex jitkellem, il-paladin tal- indafa. Mingħand il-PN, ma neħdux lezzjonijiet dwar politika nadifa. Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-iskandlu tal-Palazz ta' Beppe kienet fqira għall-aħħar. Jien domanda waħda biss nagħmel. Insa li Beppe rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista u immaġina li minflok, hu rappreżentant tal-Partit Laburista, u feġġ dan l-iskandlu. X'kien jgħid Simon Busuttil? Probabbli qed joħroġ in-nies fit-toroq biex ikun hemm reżenja. Meta nitkellmu dwar test tal- kredibbiltà, inkunu qed inwieġbu din id-domanda. Il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux kredibbli. In-nies ma tistax tieħdu bis- serjetà. Għax għandu riga mod għall- Partit Laburista, imma riga oħra għal meta jiġu n-nies ta' madwaru. Il-ħabiba ta' Beppe Fenech Adami, is-Sinjura Caruana Galizia, dil-ġimgħa fil-blogg tagħha għamlet argument li ma fhimtux. Beppe u Daphne ħaġa waħda għax Beppe ħlief jikkwotaha fil-Parlament, ma jagħmilx. Daphne ħarġet bl-argument li Simon Busuttil mhuwiex raġel miżżewweġ, u allura għandu kull dritt ikun f 'relazzjoni ma' Kristina Chetcuti. Ms Chetcuti hi divorzjata, u għalhekk illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Opinjoni 16 OWEN BONNICI Il-minuta għaddiet, Sur Kap tal-Oppożizzjoni Min se jerġa' jqum fuq saqajh? "Beppe ma jitlifx okkażjoni waħda fil- Parlament li jobżoq litteralment il-ħdura fuq in-nies kollha li b'xi mod konnessi mal- Gvern" X i ġimgħat ilu laqtitni frażi ta' Hillary Clinton. Kienet għadha kemm sofriet telfa kbira fl-ewwel elezzjoni primarja ta' New Hampshire filwaqt li rebħet b'marġini minimu l-caucus ta' Iowa ('il quddiem nispjegaw id-differenza bejn caucus u primary meta nitkellmu dwar din l-elezzjoni ferm interessanti). F'daqqa waħda, evaporat l-inevitabbilità tan- nomina ta' Hillary bħala l-kandidat demokratiku għall-elezzjoni presidenzjali f 'Novembru li ġej. Kien hemm anke min ippreveda l-kollass tal-kampanja tagħha kif ġara tmien snin ilu meta tfaċċa fuq l-orizzont il-first-time senator mill- Illinois, Barack Obama. Meta fid-9 ta' Frar li għadda kkonċediet l-istat ta' New Hampshire lis-senatur Bernie Sanders stqarret, "It's not whether you get knocked down that matters. It's whether you get back up." (L-importanti mhux li taqa' imma li jirnexxielek tqum fuq saqajk.) Ftit aktar minn xahar wara, Clinton ċertament reġgħet qamet fuq saqajha. Bl-esperjenza politika vasta tagħha u bl-għajnuna prezzjuża tar-raġel tagħha, l-eks-President Bill u tat-tifla Chelsea, Clinton qed jirnexxielha tissupera l-isfida li ħadd ma stenna tas-senatur Sanders li jsejjaħ ruħu soċjalista demokratiku u li sa sena ilu, lanqas biss kien membru tal- partit demokratiku. Il-kliem ta' Clinton jgħoddu għal kulħadd, u jgħoddu b'mod speċjali għall-Gvern Laburista. Japplikaw ukoll għall-Partit Nazzjonalista li wara żewġ telfiet elettorali kolossali deher f 'xifer l-estinzjoni politika għall-futur qarib. Madankollu, taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil li aktar ma jgħaddi ż-żmien qed jikber fl- istatura u jakkwista l-fiduċja tal- elettorat, jinsab rinvigorit. Ħadd f 'sensih ma jiddubita li fl-elezzjoni li jmiss se jagħti sfida lill-Partit Laburista. Biex il-PN, li tliet snin ilu kien mifni b'dejn enormi u demoralizzat, reġa' ġie fuq saqajh, ġie mgħejun mhux biss bl-abbiltà tal-mexxejja tiegħu, imma anke bl-iżbalji katastrofiċi tal-partit fil-Gvern. Il-mistoqsija issa hi jekk il-Partit Laburista hux se jirnexxielu jerġa' jiġi fuq saqajh wara li Panamagate tefgħatu fi kriżi kbira. Kif irrimarkajt ħmistax ilu, il-fatt li Muscat ma dehrlux li għandu jikkundanna u jitbiegħed mill- aġir tal-ministru Konrad Mizzi u ċ-chief of staff Keith Schembri, qed jillimita l-ispazju ta' manuvrar tiegħu. Qed inaqqas bil-kbir l-awtorevolezza morali tiegħu li kull Prim Ministru tant jeħtieġ sabiex iżomm id-dixxiplina u l-ordni interna. Qiegħed fuq kollox jitfa' dawl ikrah fuq l-amministrazzjoni kollha, u żgur mhux se jtejjeb il-prospetti ekonomiċi tal-pajjiż. U fuq kollox jista' jipparalizza l-amministrazzjoni. Din il-paraliżi tista' tikber aktar ma joħorġu fil- beraħ fatti u dokumenti li jidher li jeżistu dwar l-istrutturi finanzjarji li Mizzi, fuq parir ta' Schembri, l-istess Schembri, kif ukoll possibilment persuni oħra fetħu f 'ġurisdizzjonijiet ta' fama dubjuża. Minkejja d-dikjarazzjonijiet ridikoli tal-ministru Konrad Mizzi, ftit huma dawk f 'sensihom li jiddubitaw x'inhi r-raġuni vera għala dehrlu li jiftaħ kumpanija fil-Panama u trust fi New Zealand. Jekk verament ried jaħseb għall- familja tiegħu kif iddikjara pubblikament, żgur li ma kellux għalfejn jiftaħ kumpanija l-Panama li inizjalment lanqas biss semma' fl- intervista li kien ta lil MaltaToday. Testment kien ikun biżżejjed, kif jagħmlu 99% tal-Maltin. U jekk ried iwaqqaf trust, seta' jwaqqaf wieħed għand nutar lokali. L-istrutturi li waqqaf f 'ġurisdizzjonijiet daqshekk 'il bogħod jagħtu lok għal ħafna suspetti. Aktar u aktar, meta l-Ministru Konrad Mizzi prattikament għandu f 'idejh setturi vitali bħall-enerġija u s-saħħa u l-privatizzazzjoni parzjali tal-Enemalta u tal-isptarijiet pubbliċi. Fuq kollox, il-fatt li dawn l-istrutturi ma ddikjarahomx immedjatament u fil-każ tal- kumpanija fil-Panama għamel dan biss wara li nkixef minn Daphne Caruana Galizia, ikompli jimmina l-kredibbiltà tiegħu. Jekk hu minnu wkoll dak li qed tallega Daphne Caruana Galizia, li jeżisti dokument li fih il-ministru Konrad Mizzi ddikjara meta fetaħ JOE ELLIS "Il-PN reġa' ġie fuq saqajh, mhux biss bl- abbiltà tal-mexxejja tiegħu, imma anke bl-iżbalji katastrofiċi tal-partit fil-Gvern" Muscat mhux qed jifhem li qabel ma jneħħi lil Mizzi u Schembri mill-kabinett u mill-uffiċċju tiegħu, mhux ser jirnexxielu jiġi fuq saqajh