Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum 53% jħossu li sejjer tajjeb ħafna L-ewwel 3 snin ta' Gvern Laburista IKTAR min-nofs ta' dawk li vvutaw fl-istħarriġ tas-sit illum.com.mt jemmnu li fl- ewwel tliet snin fil-Gvern, il-Partit Laburista mar tajjeb ħafna. Kienu 2,478 vot li daħlu fl-istħarriġ li sar online, bil-mistoqsija tkun, 'Kif taħseb li kienu l-ewwel tliet snin ta' Gvern Laburista?'. Għal dan, iktar min-nofs wieġbu li tajjeb ħafna, waqt li dawk li jemmnu li f 'dawn is-snin, il-Gvern mar ħażin ħafna, kienu iktar minn 360, bi ftit inqas minn 15%. Minkejja dan, f 'bosta mill-kummenti li għaddew il-qarrejja tas- sit iddominat l-għajta biex il-Gvern jieħu ħsieb dawk il-Laburisti mweġġgħin, u ilhom snin taħt il-PN isofru minn inġustizzji. Minkejja li fil-kummenti tagħhom, ħafna qalu li bħala Gvern, sejjer tajjeb, iżda jeħtieġ li ma jinsihomx. Dan sostnietu Nadia Camilleri fil-kumment tagħha fejn qalet, 'Għall-poplu in ġenerali, il-Gvern għamel ħafna ġid. Għal-Laburisti i kienu leali u tkasbru, m'għamel xejn. Dawn intesew u qalb muġugħa, ġustizzja tkun trid u mhux kliem fieraħ', u kumment ta' ċertu Michael Zerafa li sostna, 'Ħudu ħsieb il- Laburisti qabel ikun tard wisq'. Diversi kummenti li qalu li bħala Gvern, dak Laburista sejjer tajjeb però jeħtieġ li jieħu ħsieb entitajiet li għadhom mimlija bin-Nazzjonalisti, u kummenti bħal dak ta' Lora Briffa jistaqsu, 'Possibbli m'hawnx Laburisti li kapaċi jmexxu programm? F'ċerti programmi, qishom in- Nazzjonalisti jinsabu fil- Gvern.' Kummenti oħrajn elenkaw dawk il-setturi li indirizza dan il-Gvern fl-ewwel tliet snin tiegħu, u l-miżuri pożittivi li ħa f 'dawn is-snin bħat-traħħis fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma u ċ-childcare b'xejn. Kummenti bħal dawk ta' A.M. Galea komplew iwiddbu l-Gvern biex jagħti kas u joqgħod attent għal ċerti nuqqasijiet, 'jiena naħseb li kienet tajba f 'ħafna affarijiet, iżda kien hemm ukoll xi affarijiet li setgħu jiġu evitati għax għalkemm ma sarux b'intenzjonijiet ħżiena, malajr issib min jibda jgħajjat li teżisti korruzzjoni lampanti. Nispera u nawgura li jiġu evitati żbalji bħal dawn biex l-oppożizzjoni ma tkomplix tapprofitta ruħha minn dawn in-nuqqasijiet.' 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Supply and Installation of Oce Furniture – MITA Gozo Oce Branch – T032/16 Data ta' ħruġ: 15 ta' Marzu 2016 / Data ta' għeluq: 8 t' April 2016 Supply, Installation and Maintenance of VRF type Air-Conditioning System – MITA Gozo Oce Branch – T033/16 Data ta' ħruġ: 15 ta' Marzu 2016 / Data ta' għeluq: 8 t' April 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Kif taħseb li kienu l-ewwel tliet snin ta' Gvern Laburista? 6% 53% Tajjeb ħafna Ħażin ħafna 15% Tajjeb 16% La ħażin u lanqas tajjeb Ħażin 10% Bl-ekonomija kif inhi, il-Labour missu qed ikaxkar lill-PN Karm Farrugia jgħid li l-Partit għandu bżonn tindifa mill-opportunisti minn Albert Gauci Cunningham "BLEKONOMIJA soda kif inhi u s-suċċessi li qed jikseb il-pajjiż, il-Partit Laburista missu qed jgħaddi lill-PN b'15% mhux qiegħed ras imb'ras miegħu." Qal dan l-ekonomista xellugi Karm Farrugia meta mitlub jikkumenta dwar is-sitwazzjoni politika ta' bħalissa, fid-dawl ukoll tal-istħarriġ li ppublikat il-gazzetta MaltaToday nhar il-Ħadd li għadda. Huwa ma jdurx mal-lewża u mal- ILLUM jagħmel twissija politika ċara biex il-Partit Laburista jitnaddaf kemm jista jkun malajr minn dawk li hu jsejħilhom "opportunisti." Minkejja li bħalissa l-PL jinsab f 'qiegħ f 'dak li hu appoġġ popolari, meta kkumparat mal-maġġoranza qawwija li segwietu għal snin qabel tatu rebħa b'maġġoranza ta' 36,000 vot, Farrugia jagħti parir lill-Prim Ministru. "Kieku jien kont Joseph Muscat u għad għandi sentejn ċans biex nirranġa l-affarijiet, nagħmel tindifa fil-partit." Huwa jkompli jgħid li "hemm bżonn li jitneħħew ċerta nies mill-partit." Imma din it-tindifa mhux qed isseħħ kmieni wisq, tliet snin biss wara rebħa hekk kbira? Tistaqsi l-ILLUM, "Mhux talli mhux kmieni wisq, talli din it-tindifa missha saret ilbieraħ," iwieġeb mill-ewwel Farrugia. Hawnhekk huwa jwissi kif "hemm minoranza li qatt ma kienet Laburista, li qatt ma ħadmet għall-fqir u għaż-żgħir, li qiegħda fil-partit sakemm l-affarijiet sejrin tajjeb, while the going is good." Huwa jgħid li ladarba l-Partit Laburista ma jibqax fil-Gvern, u allura ma jkunx għad fadal x'tieħu, din l-istess minoranza ma' tibqax qrib il-partit. "Sakemm hemm l-opportunità, dawn se jibqgħu, malli l-opportunità tisfaxxa, jgħosfru." Farrugia jagħmel referenza għar-riżenja ta' Anġlu Farrugia ftit qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u jgħid li "hemm min, illum qed jagħmel ħafna iktar ħsara milli għamlu l-kummenti ta' Anġlu Farrugia u li wasslu għar-riżenja tiegħu." L-ILLUM tistaqsi lil Farrugia x'jaħseb li hija s-sitwazzjoni ta' Joseph Muscat fir-realtà politika preżenti. Huwa jwieġeb li jemmen li bejnu u bejn ruħu Muscat għandu jistaqsi x'inhu l-aħjar għall- pajjiż u għall-partit. "Jekk mhux se jdur dawra madwaru Muscat, il-PN jirbaħ by default. Din hija xi ħaġa reali ħafna. Imma għad hemm żmien biżżejjed biex il-karozza li bħalissa qiegħda fi sqaq, tibda toħroġ minnu."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016