Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

LEICESTER City ikkonoslidaw posthom fil-quċċata tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, meta barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Riyad Mahrez fl-34 minuta. Arsenal barra minn darhom f 'Goodison Park għelbu lil Everton bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls tagħhom jaslu minn Danny Wellbeck u minn Alex Iwobi fis-7 u fit-42 minuta rispettivament. Kompla l-istaġun deludenti għal Chelsea meta l-Blues ġewwa darhom fi Stamford Bridge sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn West Ham United, biż-żewġ gowls għal Chelsea jaslu minn doppjetta ta' Cesc Fabregas, bit-tieni tiegħu jasal minn penalti fid-89 minuta, waqt li l-gowls għall-Hammers waslu minn Manuel Lanzini u Andy Carroll fis-17 u fit-62 minuta rispettivament. Stoke City barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għal Stoke City jaslu minn Jonathan Walters u Joselu fit-18 u fil- 51 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Watford wasal minn Troy Deeney fis-86 minuta. Tliet punti prezzjużi nkisbu wkoll minn Norwich City meta barra minn darhom għelbu l-isfida ta' West Bromwich Albion bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Robert Brady fil-50 minuta. illum Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Leicester City jikkonsolidaw posthom fil-quċċata b'rebħa fuq Crystal Palace Sports 30 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 19 ta' Marzu Everton vs Arsenal 0-2 Chelsea vs West Ham United 2-2 Crystal Palace vs Leicester City 0-1 Watford vs Stoke City 1-2 WBA vs Norwich City 0-1 Il-Ħadd 20 ta' Marzu 14:30 Newcastle U. vs Sunderland 14:30 Southampton vs Liverpool 17:00 Man. City vs Man. United 17:00 Tottenham H. vs Bournemouth Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 20 ta' Marzu 12:30 Atalanta vs Bologna 15:00 Frosinone vs Fiorentina 15:00 Hellas Verona vs Carpi 15:00 Sampdoria vs ChievoVerona 15:00 Sassuolo vs Udinese 15:00 Torino vs Juventus 18:00 Napoli vs Genoa 20:45 AC Milan vs Lazio Il-plejers ta' Leicester City Riyad Mahrez u Jamie Vardy jiċċelebraw fir-rebħa kontra Crystal Palace, filwaqt li jkomplu joħolmu fir-rebħ tal-kampjonat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016