Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

W ara tliet snin fil-kariga ta' president tal-Partit Laburista, Daniel Micallef jitkellem dwar l-irwol u l-ħidma tiegħu fi ħdan il-partit Laburista, anke f 'mumenti ta' diffikultà li għadda minnu l-Partit. L-ILLUM tkellmet ma' Micallef dwar dawn l-aħħar tliet snin ta' Gvern Laburista, il-ħidma tiegħu, fejn il-Gvern mar tajjeb u anke fejn il-Partit sab xi intoppi matul it-triq. 'Min sofra inġustizzja, irid jieħu rimedju' Waħda mill-ikbar kritika u lmenti li qed jaqla' l-Partit Laburista f 'dawn is-snin ta' tmexxija, l-aktar mil-Laburisti stess hi li saret xi inġustizzja magħhom, u għalhekk, dawn għadhom jistennew u jittamaw li dan il-Gvern mhux biss jagħtihom ir-raġun, imma li s-sitwazzjoni tagħhom tiġi mtejba. Dan anke fid- dawl ta' diversi stejjer ippubblikati minn din il-gazzetta stess ta' diversi persuni, li minkejja li ngħataw raġun li saret xi tip ta' inġustizzja magħhom, ma ttieħdux il-passi rigward is-sitwazzjoni. Hawnhekk, il-President antiċipani fuq is-suġġett malli semmejtlu l-kritika prinċipali tal-Laburisti, u aċċerta li jaf b'dan. "In-nies kienu ilhom jiġu għandna għal numru ta' snin iressqu l-każijiet li għaddejjin minnhom, u l-wegħda tagħna hi li min sofra inġustizzja, irid jieħu rimedju, u min għandu raġun, bi dritt ħaqqu rimedju. Min m'għandux raġun, imbagħad hija storja oħra." Daniel Micallef kompla jgħid li twaqqfu dawn il-Greviances unit fi ħdan il-Ministeri sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, "iżda jekk tistaqsi lili, naħseb li r-ritmu seta' kien iktar mgħaġġel." Saħaq ukoll li hija, "prijorità assoluta li min sofra inġustizzja, irid jingħata r-rimedju għaliex din kienet xi ħaġa li ġiet imwiegħda, u trid issir, però nifhem ukoll li trid ċertu żmien għaliex trid tara l-każijiet b'mod ugwali u b'mod ġust." Minbarra dan, Micallef jitkellem fuq is-sezzjoni tal-'Laburisti ġenwini', li jgħid kif saret moda li jiġu indirizzati mill- PN. "Din hi l-istess sezzjoni li sofriet dawn l-inġustizzji, ingħatat transfers vendikattivi, inqabżu fil- promotions għal darba, tnejn, tlieta, li jagħmlu xogħol mod u jitħallsu ta' grad inqas, u hawn minn dawn in-nies li għadha ma saritx ġustizzja magħhom. Jiena persważ," ikompli jgħid il-President tal-PL, "li jekk Simon Busuttil jingħata l-fiduċja, bħalma kien parti mill-Gvern li wettaq dawn l-inġustizzji, jerġa' jinsa lil dawn in-nies mill-għada, u jerġgħu jgħaddu mill-istess ħaġa." Daniel Micallef jistqarr li jifhem dawn l-inġustizzji, "għaliex bniedem jibqa' jħossha għaliex inġustizzja taffewalu d-dinjità tiegħu, u minbarra dan taffetwak finanzjarjament, għaliex jekk illum tkun irtirat, din teffetwa l-pensjoni li tieħu," u għalhekk jerġa jsostni li, " ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn bniedem ikollu raġun u ma jingħatalux." Hemm bsaten fir-roti minn persuni li baqgħu fil-kariga tagħhom? Kritika kbira oħra minbarra l-inġustizzji li spiss tissemma' l-aktar minn partitarji Laburisti hi li tħallew bosta persuni bi twemmin Nazzjonalista f 'karigi importanti u li għalhekk, qed isir tfixkil min-naħa tagħhom. Għal din il-kritika, Micallef iwieġeb li kultant iħoss li l-kritika tkun ġejja daqslikieku minn żewġ dinjiet differenti għaliex meta, "tisma' lin- Nazzjonalisti, u tieħu l-impressjoni li x-xandir pereżempu, huwa każin tal-PL, u mill-kritika tasal għall- konklużjoni li x-xandir tħalla każin Nazzjonalista. Jien naħseb li l-verità f 'dawn il-każi hija x'imkien fin- nofs. F'dan il-pajjiż ma jistax ikun li meta jinbidel Gvern, titwarrab nofs il-popolazzjoni minkejja l-kapaċitajiet tagħhom. Fil-fatt, nemmen li hemm każijiet li tħallew nies li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba minkejja l-affiljazzjoni politika magħrufa tagħhom. Hemm min qed jagħmel xogħol tajjeb, u r-riżultati qed jidhru, imma hemm min mhux qed jagħmel xogħlu b'mod professjonali." Bidliet fl-istatut...pass 'il quddiem jew lura? Fl-aħħar konferenza ġenerali tal-Partit, saru tibdiliet fl-istatut sabiex il-kariga ta' deputat mexxej tal-partit, ikun jista' jokkupaha anke membru tal-Parlament, u fil-fatt, Konrad Mizzi, li huwa l-kandidat elett għal din il-kariga huwa preċiżament dan. Din il-gazzetta staqsiet lil Micallef dwar dawn it-tibdiliet u jekk jaħsibx li dawn dgħajfu jew saħħew din l-istess kariga. Dan minħabba li meta deputat mexxej ikun ukoll membru Parlamentari, ovvjament dan se jkollu inqas ħin li jista' jiddedika propju għal dik l-istess pożizzjoni. Daniel Micallef iwieġeb li kwalunkwe mossa li se tgħin sabiex ikomplu jinfetħu iktar il-bibien , hijja mossa pożittiva. Dan anke għaliex billi ngħatat l-opportunità biex membri Parlamentari jassumu din il-kariga, ma jfissirx li min mhux, ma jistax jikkontesta. Saħaq ukoll li din kienet xi ħaġa li ġiet introdotta fil-passat riċenti, għaliex qabel, din il-pożizzjoni kienet miftuħa għal kulħadd, u kien propju Toni Abela li insista li d-deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit m'għandux joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Micallef jinsisti li, "il- formola kif kienet, kienet waħda tajba għal partit fl-Oppożizzjoni, imma llum bħala partit fil-Gvern, li jkollok Deputat mexxej għall- affarijiet tal-Partit li jkun jaf x'qed iseħħ fil-partit, u fl-istess ħin ikollu konnessjoni u involviment dirett f 'dak li jkun qed jagħmel il-Gvern, hija pożittiva ħafna." L-għażla ta' Konrad Mizzi bħala deputat mexxej Bil-Ministru Konrad Mizzi jkun il-kandidat li ġie elett mid-delegati sabiex jinħatar bħala deputat mexxej, il-President tal-PL ma jaħsibx li issa dan għandu wisq irwoli f 'idejh sabiex ikun jista' jaqdi kollox bl-aħjar mod jew fokus? Immedjatament, Micallef isostni li d-deputat mexxej ma' jkunx qed imexxi l-partit waħdu, iżda jkollu tim tal-amministrazzjoni li jkun qed jassistih. Dan minkejja l-fatt li l-irwol ta' deputat mexxej se jkun qed jiżdied maż-żewġ dekasteri kbar li għandu fil-preżent: dak tal- enerġija u tas-saħħa. Micallef jisħaq li Mizzi qed jeċċella fid-dekasteri li tagħhom huwa responsabbli, u qed jagħmel kambjamenti tajba 'l quddiem. "Huwa l-bniedem li jagħmel il-kariga, u li kieku ma kienx kapaċi jżid din il-biċċa xogħol mal-platt tiegħu, ma kienx jikkontesta għall-kariga." U hawnhekk, Micallef jelenka lista ta' attributi li għandu Mizzi fosthom li jħobb jilħaq il-miri tiegħu, jaf jaħdem f 'tim u għandu managerial skills kbar. Però din il-gazzetta tistaqsi li għal din l-kariga, il-Partit jeħtieġ bniedem li mhux biss jaf jimmaniġġja, imma xi ħadd li jaf jisma dak li l-poplu qed iħossu, u Konrad jagħmilhom dawn it-tnejn. "Kemm mill-esperjenza personali u anke minn dak li jgħidu l-attivisti, Konrad jaf jisma. Meta ltqajt l-ewwel ma Konrad, ma sibtx persuna li pprova jimponi l-ideat tiegħu, imma ra s-sitwazzjoni kif inhi u ġab l-ideat tiegħu." Meta mistoqsi dwar l-għażla ta' Mizzi għal kariga daqstant importanti fil-Partit, fid-dawl tal- fatt li hu mhux persuna li ilu żmien twil viċin l-għeruq tal-Partit, Daniel Micallef jgħid li Mizzi huwa qrib ħafna tal-'grassroots' tal-Partit, u jsaqsi, "X'jagħmel persuna tajba għall-grassroots? Li tkun ilha hemmhekk 20 jew 30 sena, biss? Ma naħsibx," iżid jgħid. 'Ma ndaħħlux rasna fir-ramel u naħsbu li kollox tajjeb' Matul il-ġimgħa li għaddiet, ġie ppubblikat l-istħarriġ tal- MaltaToday li juri li hemm l-inqas distakk qatt reġistrat bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil f 'dawn l-aħħar tliet snin. Għal dan, il- President tal-Partit sostna li l-aktar aspett importanti hu li Joseph Muscat dejjem baqa' jżomm il- vantaġġ tiegħu fuq Busuttil, waqt li qal li, "dan huwa l-iktar żmien diffiċli għal kull gvern, li huwa nofs il-leġiżlatura, u fil-każ ta' dan il-Gvern, fi żmien diffiċli partikolari." Minkejja dan, Micallef jgħid li wieħed għandu jieħu nota tal-istħarriġ, "u ma jdaħħalx rasu fir-ramel u jaħseb li kollox tajjeb, u hemm problemi li jeħtieġ li nindirizzaw." Fil-każ tal-Panama, 'Il-Gvern mexa b'sens ta' umiltà' 'Dak li jiddistingwi lil dan il-Partit minn Gvernijiet preċedenti huwa s-sens ta' umiltà li bih jaffaċċja żmien diffiċli, u dan il-każ [tal- Panama], ma kienx eċċezzjoni ," sostna Micallef li kompla jgħid kif il-Prim Ministru kien ċar meta tkellem dwar dan u l-mod ta' kif se jmexxi wara li jsiru l-investigazzjonijiet. "Sadanittant, l-Oppożizzjoni imbarkat fuq kampanja kważi kważi elettorali fuq dan il-każ," kompla jsostni Micallef waqt li nnota kif l-Oppożizzjoni kienet qed tuża termini bħal 'inqabad' biex tirreferi għall- illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Intervista 10 Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt L-Oppożizzjoni ilha tallega korruzzjoni fuq kollox, imma l-każijiet li hemm fil-Qorti llum huma każi li ġraw f 'amministrazzjoni preċedenti " " 'Toni Abela fadallu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016