Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
Sports Board se jorganizza weekend sportiv f 'Għawdex fi tmiem il-ġimgħa ta' bejn is-6 u t-8 ta' Mejju, fejn id-dixxiplini kollha Għawdxin jingħaqdu ma' dawk Maltin biex Għawdex jinbidel fi stadium wieħed ta' sport. Dan hu l-akbar avveniment li jorganizza l-Gozo Sports Board fejn eluf ta' sportivi Maltin flimkien ma' ħbieb u l-familji tagħhom iqattgħu weekend jipprattikaw l-isport tagħhom, f 'kull dixxiplina li teżisti. Anke n-nurseries tal-futbol jorganizzaw tournaments fejn madwar 20 nursery minn Malta jitilgħu jipparteċipaw. Il-Gozo Sports Board jieħu ħsieb li barra għajnuna finanzjarja lill- assoċjazzjonijiet Għawdxin, jieħu ħsieb li l-atleti Maltin ma jħallsux biex jaqsmu lejn u minn Għawdex u jkun l-isports Board li jħallsilhom il-passaġġi tal-Gozo Channel. Bdew l-ewwel passi għall- bini tal-pixxina Il-Gozo Sports Board ħa ħsieb mill-bidu tal-ħolqien tiegħu biex tinbena pixxina biswit il-kumpless sportiv. U fil-fatt, wara ħafna xogħol u diskussjonijiet bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti mitfugħa fejn jidher li din il-ħolma ta' tant Għawdxin u forsi l-akbar proġett tal-Gozo Sports Board, dalwaqt tibda tieħu l-ħajja. Dan il-proġett se jinbena mill-privat fis-sistema ta' PPP (Private Public Partnership) u kif tingħata l-offerta, jinbeda x-xogħol fuqha immedjatament fejn skont il-kap Eżekuttiv tal- Gozo Sports Board għandha tkun lesta fis-sena 2017. Delegazzjoni titla' Brussell Żewġ MEPs, minn żewġ partiti differenti, Therese Comodini Cachia mill-PN (PPE) u Marlene Mizzi mill-PL (S&D) meta raw ix-xogħol li qed isir f 'Għawdex mill-Gozo Sports Board aċċettaw li jiffinanzjaw delegazzjoni ta' 10 persuni flimkien mal-crew televiżiv tas-CVC biex jitilgħu fil- Parlament Ewropew fi Brussell fejn hemmhekk ġew organizzati diversi laqgħat sew fil-Parlament Ewropew, kif ukoll fil-kummissjoni Ewropea ma' parlamentari u uffiċjali involuti fl-isport. F'dawn il-laqgħat saru kuntatti tajbin biex il-Gozo Sports Board ikun jista' japplika għal fondi Ewropej f 'dak li hu Erasmus+ u bdiet ħidma biex fil-bidu tas-sena 2017, amministraturi, atleti u kowċis ikunu jistgħu jitħarrġu barra l-pajjiż u jkun hemm bdil ta' ideat billi barranin jiġu wkoll Għawdex fuq diversi dixxiplini sportivi. Proġetti li qed jinħmew Sadanittant, il-Gozo Sports Board qed jaħdem qatigħ fuq proġetti ġodda finanzjati minn fondi Ewropej. Qed issir applikazzjoni biex isiru multi purpose pitches madwar Għawdex, kumpless sportiv speċjalizzat għall-anzjani u persuni b'diżabbiltà, pjan ta' ħidma għall-għaxar snin li ġejjin, fejn qegħdin u fejn iridu jaslu. Qed jitħejja wkoll proġett ta' programm ta' healthy living fuq erba' snin. L-Awards Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Gozo Sports Board se jtella' s-serata fejn fiha l-atleti u uffiċċjali jiġu apprezzati għal dak li jkunu ħadmu għalih matul is-sena. Is-serata għall- awards tas-sena 2015, se ssir nhar it-30 ta' April f 'Villa ta' Fiorita f 'Għawdex fejn kull assoċjazzjoni tinnomina l-aqwa atleti u uffiċjali tagħhom, u bord selettiv jagħżel il-finalisti, li minnhom jitħabbar ir-rebbieħ f 'din is-serata, li għaliha jattendu l-ogħla awtoritajiet tal-Isport sew f 'Malta kif ukoll ta' Għawdex u tkun taħt il-patroċinju tal-Ministru Għal Għawdex Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius. Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Għawdex 13 Għawdxi Motokross Għajnsielem Redcoats