Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum l-basketball tan-nisa fl-aħħar snin Sports 35 Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport li tant tħobb? Illum wara għoxrin sena nilgħab il-basketball, nista' ngħid li ggwadanjajt ħafna esperjenza tul il-karriera tiegħi. Dan permezz ta' bosta avvenimenti li jien ħadt sehem fihom kemm mat-tim lokali kif ukoll man-nazzjonal. Illum, bħal m'għamlu dawk il- plejers ta' qabli, nixtieq inkompli naqsam l-esperjenza tiegħi mal- plejers iż-żgħar, biex ngħinhom u niggwidahom biex ikomplu jiżviluppaw fil-logħba tagħhom kif ukoll inkomplu nsaħħu l-pożizzjoni tat-tim. 'Il quddiem, fiż-żmien li niġi biex nieqaf bħala plejer, nixtieq li nerġa' nibda nikkowċja u naqsam dak kollu li tgħallimt matul il-karriera tiegħi, kif ukoll nieħu opportunità biex ma ninqatax minn din il-logħba li tant hi għal qalbi. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali, għaddi messaġġ lil dawk il-bniet u tfajliet li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. Biex tibni karriera fil-basketball Malti mhijiex dejjem faċli. Dan għax trid tiddedika ħafna ħin lil dan l-isport u tagħmel ħafna sagrifiċċji. Kulħadd għandu impenji oħra bejn skola, xogħol, ħbieb u familja, iżda jekk tkun iddixxiplinat u tqassam il-ħin sew, kollox isir possibli! Jien nixtieq inħeġġeġ lil dawn it-tfajliet biex dejjem jemmnu fihom infushom, jittrenjaw bis- serjetà u b'saħħithom, u jagħmlu l-almu tagħhom biex ikomplu jtejbu l-kapaċitajiet u l-logħba tagħhom. Inħeġġiġhom ħafna biex ma jħallu lil ħadd u l-ebda ostaklu jaqtalhom qalbhom sabiex jakkwistaw il-ħolma ta' ħajjithom. Mhijiex dejjem faċli, u bħalma ssib f 'kull aspett tal-ħajja, se jkun hemm mumenti diffiċli u fejn taqta' qalbek, iżda huma propju dawn il-mumenti kruċjali li jgħinuk biex tiżviluppa kemm bħala plejer kif ukoll mil-lat personali. Madankollu, dawn is-sagrifiċċji kollha ma jibdewx mas-sodisfazzjon li tħoss wara li tirbaħ l-unuri kemm fil-kampjonat lokali kif ukoll mat-tim nazzjonali. Hija waħda mill-isbaħ opportunitajiet li taqsam dawn il-mumenti tant sbieħ ma' sħabek tat-tim li tant inkunu ħdimna għalih. "Dawn is-sagrifiċċji kollha ma jibdewx mas- sodisfazzjon li tħoss wara li tirbaħ l-unuri kemm fil-kampjonat lokali kif ukoll mat-tim nazzjonali. Hija waħda mill-isbaħ opportunitajiet li taqsam dawn il-mumenti tant sbieħ ma' sħabek tat-tim li tant inkunu ħdimna għalih." Twieldet fis-7 t'April 1988 Hija waħda mill-aktar plejers importanti ta' Caffè Moak Luxol u tat-tim nazzjonali tan-nisa S'issa qed ikollha wieħed mill-iktar staġuni pożittivi fil-karriera tagħha Irnexxielha tirbaħ il-Plejer tax-Xahar ta' Ottubru kif ukoll dak ta' Diċembru 2015 Matul l-istaġun li għadda, lagħbet f 'Kampjonati tal-basketball ġewwa Londra fl-Ingilterra Sarah Pace Ritratt: Raphael Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016