Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet 6 POST TA' ASSISTENT LEGALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI Hemm ħtieġa fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jimtela' l-post ta' Assistent Legali fil-Justice Unit. L-Aġenzija teħtieġ Assistent Legali biex jaħdem fuq bażi full-time. Kull min japplika għandu jkollu grad ta' Duttur tal-Liġi flimkien mal-warrant meħtieġ biex jeżerċita l-professjoni ta' Avukat f'Malta. L-applikazzjonijiet, flimkien ma' curriculum vitae dettaljat u kopja tal- warrant għandhom jintbghatu lil: L-Amministrazzjoni (Permess ETC 73/2016) Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Misraħ San Ġorġ, Il-Palazz, Valletta Data u ħin sa meta jistgħu jaslu l-applikazzjonijiet fl-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali huma l- 15 th ' April 2016 f'12.00 p.m. Permess ETC Nru. 73/2016 Il-maġġoranza qed japplikaw għal appartamenti b'żewġ kmamar tas-sodda Tkompli minn paġna 1 BĦALISSA l-Gvern jinsab fil-proċess li jemenda proġetti li taħt Gvern preċedenti baqgħu fuq il-karta, anke jekk kellhom il-permessi tal-MEPA. L-ILLUM hija infurmata li dawn il- bidliet għandhom l-għan li jirriflettu aħjar il- bżonnijiet u d-domanda li hemm bħalissa mill- applikanti għal housing soċjali, li fil-maġġoranza tagħhom, qed japplikaw għal postijiet b'żewġ kmamar tas-sodda. Kelliem għall-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali staqsa għalfejn, ladarba kien hemm il- permessi lesti, Gvern preċedenti baqa' ma bediex ix-xogħol fuq dawn il-proġetti biex b'hekk tkun imnaqqsa l-lista ta' stennija. Huwa stqarr li minkejja kollox, illum din il-lista li bħalissa tlaħħaq it-3,000, mhux differenti minn dik li kien hemm lura f 'Marzu 2013 meta nbidel il-Gvern. L-ILLUM hija nfurmata li l-bini se jkun ċertifikat bħala wieħed kompletament aċċessibbli, għalkemm fl-emendi mressqin quddiem il-MEPA, il- Gvern qed jipproponi li l-appartamenti kollha b'kamra tas-sodda waħda jkunu fuq il-livell tat-triq. Dan, spjega l-kelliem mill-istess Ministeru, qed isir bil-għan li l-applikanti anzjani jgħixu f 'dan il- livell u f 'każ ta' ħsarat fil-lift ma jkollhomx problemi. Dan il-proġett ta' €50 miljun se jkun qed isir kompletament mill-Gvern f 'termini ta' infrastruttura, bix-xogħol mistenni jibda iktar tard din is-sena u jkollu żmien stipulat u ċar ta' meta se jkun qed jispiċċa. Il-kelliem għamilha ċara li l-proprjetà li se tkun parti minn dan il-proġett soċjali se tkun f 'lokazzjoni ċentrali imma mhux fi 'prime sites', kif wara kollox inbnew il-maġġor parti tal-binjiet tal-Gvern. Il-Ministru Farrugia ma' ħaddiema waqt xogħol ta' manutenzjoni 'Beppe għandu illegalitajiet f 'ODZ' Tkompli minn paġna 1 L-ISTORJA kollha ta' dak li qed jissejjaħ il-'Palazz ta' Beppe' hija dwar allegat indħil politiku li minnu gawda Fenech Adami u l-proprjetà tiegħu, għad-detriment ta' persuni oħrajn li jgħixu fl-istess akkwati. Qed isiru wkoll allegazzjonijiet mill-PL li fl-istess dar saru numru ta' illegalitajiet u li s-sit, minn wieħed ODZ sar wieħed tajjeb għall-iżvilupp. Fil-fatt il-PL li matul din il-ġimgħa segwa din l-istorja u qed jallega li fl-2006, din il- proprjetà, minn waħda fuq art barra ż-żona ta' żvilupp (ODZ) iddaħlet f 'waħda li fuqha jista' jsir żvilupp. Fl-istess storja daħal l-eks- Prim Ministru Lawrence Gonzi, li skont dak żvelat s'issa fuq l-istazzjon tal-PL u l-ġurnal l-orizzont, kien l-uffiċċju tiegħu stess li allegatament approva ż-żieda ta' sular ieħor fuq il-binja, biex b'kollox ikollha total ta' tliet sulari. Din l-approvazzjoni allegatament saret nhar it-13 ta' Ottubru 2008. Dan anke jekk dokument ieħor li kien żvelat juri kif Gonzi stess, ftit jiem wara, wera x-xewqa li fiż-żona ma jiżdidux is-sulari ma' dawk li hemm eżistenti. Intant l-aħħar akkużi u allegazzjonijiet lejn Fenech Adami kienu li f 'din id-dar, li qed jingħad li llum tlaħħaq il-valur ta' €5 miljuni, saret pool deck u deck area ta' 700 metru kwadru, fuq art barra iż-żona ta' żvilupp (ODZ), 10 darbiet aktar minn dak li tippermetti l-liġi. Il-PL qed jgħid li l-pixxina hija totalment differenti mill-pjanta approvata mal-permess maħruġ mill-MEPA fl-1999. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-ġurnal L-orizzont ippublika storja li fiha żvela kif il-perit għall-binja ta' Fenech Adami kien Paul Camilleri, il- kuġin tal-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Intant f 'risposta li bagħat f 'reazzjoni għal dak li ħareġ s'issa, Fenech Adami qal li l-istorja kollha hija waħda Laburista u riċiklata li diġà tqajmet snin ilu u li kienet miċħuda. Fenech Adami fakkar ukoll kif din id-dar inxtrat 22 sena ilu, qabel ma hu u martu żżewġu, u 14-il sena qabel ma sar MP. Id-dar ta' Fenech Adami nxtrat flimkien ma' 1,124 metru kwadru ta' art fit-18 ta' Ottubru 1994 mingħand koppja li dakinhar kienu jgħixu fid-dar imsemmija fil-Għargħur u li wara emigraw lejn l-Awstralja. "Biex inxtrat din id-dar," kompla jgħid Fenech Adami fir-risposta tiegħu, hu u martu ħadu self minn bank u sa llum dan is-self għadu qed jitħallas. Huwa spjega wkoll kif wara dan, hu u martu xtraw porzjon ta' art li tmiss mad-dar f 'żewġ kuntratti, wieħed fit-8 ta' Settembru 2003 u l-ieħor fl-1 ta' Marzu 2005. Kemm ilu li ħareġ il-każ fil-midja, Fenech Adami fetaħ libell kontra l-midja tal-PL għax qal li din qed tigdeb "bl-aktar mod oxxen." Ġurnata ta' battibekki dwar id-dar ta' Beppe Intant il-ġurnata tal-bieraħ kienet ikkaratterizzata minn battibekki bejn iż-żewġ partiti dwar il-kwistjoni tad-dar ta' Beppe Fenech Adami. Il-Ministru Chris Cardona flimkien ma' Ian Castaldi Paris ikkritikaw, fost l-oħrajn, il-preżenza ta' Fenech Adami fil-protesta kontra l-iżvilupp fiż-Żonqor u akkużawh b'ipokrezija. Cardona fil-fatt akkuża lil Fenech Adami "b'ipokrezija istituzjonalizzata," u staqsa kif il-Kap tal- Oppożizzjoni għadu ma ħax azzjoni fil-konfront ta' Fenech Adami. "Huwa inaċettabbli għal Deputat Kap ta' partit li jikser il-kundizzjonijiet ta' permess tal-MEPA. Ir-risposti tal-MEPA huma ċari"sostna Cardona "li hemm irregolaritajiet fuq il-proprjetà ta' Fenech Adami li ma jistgħux ikunu sanzjonizzati." Imma l-Partit Nazzjonalista wieġeb lura aktar tard u fakkar kif "l-unika investigazzjoni li għandha sseħħ hija dik dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama u l-allegat tixħim ta' Keith Schembri. Il-PN qal li għat- tielet jum, Joseph Muscat u Keith Schembri qed ikomplu jigdbu dwar Fenech Adami. Il-PN qal li l-ebda forma ta' "intimidazzjoni mhi se twaqqaf lill-PN milli jesponi l-korruzzjoni tal-aktar Gvern korrott." Chris Cardona u Ian Castaldi Paris jindirizzaw konferenza ilbieraħ dwar id-dar ta' Beppe

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016