Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
IN-NGĦAĠ ta' Ġanni kienu msemmija mhux ħażin f 'dawn l-aħħar ġimgħat, u forsi kienet dik li fakkritni fuq il-karatteristika tan- nagħaġ li tinsab f 'ħafna minna l-Maltin. Jekk wieħed jara t-tendenzi ta' xiri ta' karozzi fuq din il-gżira, ma jistax ma jindunax kif żminijiet partikolari jkunu ddominati minn tip ta' karozza jew oħra. Ħafna huma dawk li jixtru tip ta' karozza għax tkun moda, jew għax dik li qegħdin jixtru l-massa minflok jagħżlu karozza li tirrifletti l-individwalità jew il- bżonnijiet tagħhom. Xi kultant, ikun hemm raġunijiet validi li kulħadd imur għall-istess tip ta' karozza, u meta vettura tkun se tiġi użata għal raġunijiet kummerċjali, ikun tajjeb li tixtri vettura li ġiet ippruvata minn ħafna li jagħmlu l-istess xogħol u l-fatt li jkun hemm ħafna minn dik it-tip ta' vettura jfisser li jkun hawn abbundanza ta' 'spare parts' u xi 'mechanics' isiru esperti fuqhom. Jekk wieħed jara l-bejjiegħa tal-ħobż fis-snin sittin, sebgħin u anke tmenin, jinduna li l-maġġor parti tal-vannijiet kienu tat-tip Bedford sakemm ftit ftit, ħadulhom postom it- Transit. Fejn jidħlu taxis, kien hemm żmien twil fejn l-unika vettura li kienet tintuża kienet Mercedes, u wieħed lanqas biss kienet tgħaddilu mil- kurituri ta' moħħu li jħares lejn xi ditta oħra. Il-Mercedes 123 kien mudell li għal ħafna snin kien sinonimu ma' ġarr ta' passiġieri, kemm jekk għat- turisti, jew Maltin sejrin għal xi tieġ jew funeral. Kien biss lejn l-aħħar tas-snin disgħin li dan it-tip ta' Mercedes beda jgħajja, u ftit ftit bdew jidħlu fis-suq ditti bħal Peugeot li donnhom illum iddominaw is-suq huma. Fejn jidħlu trakkijiet tal-gass, kienu l-biċċa l-kbira tat-tip Bedford TK u fejn jidħlu minibuses ħomor, it-Transit iddomina kompletament għal għexieren ta' snin u għalkemm illum tara xi ftit iktar varjetà, xorta t-Transit għadu jirrenja. Fejn jidħlu karozzi privati, ukoll donnu l-poplu jimxi bl-għama wara tip partikolari ta' karozza, u dan iġiegħel il-prezzijiet ta' ċertu karozzi jispara 'l fuq u wara ftit snin, meta s-suq ikun mifquh u l-moda tkun spiċċat, il-prezz jinżel 'l isfel. Kien hemm żmien fejn kulħadd kien jaf lil xi ħadd li kellu Morris Marina, inklużi żewġ prim ministri. Għalkemm kien hemm diversi karozzi tal-familja simili għall-Marina, bħalma kienu l-Hillman Hunter, Avenger u Ford Cortina, għal xi raġuni, il-Marina bdew jimbiegħu bħal pastizzi. Mill-banda l-oħra, għal dawk iktar interessati fil-ġiri u armar, l-Escort Mk1 kienet il-karozza li kull żagħżugħ kien jaspira li jkollu. Disgħin fil-mija tal-karozzi li kienu jtellqu Ħal Far, kienu tat-tip Escort. Fit-tmeninijiet kienet moda li dawn l-Escort ikunu mgħollijin minn wara, u maż- żmien imbidlet il-moda u kull Escort kien baxx mal-art. Fis-snin tmenin, il-verżjoni moderna tal-Marina kien jisimha Ital u kien hemm ruxxmata vannijiet Ital użati impurtati mir-Renju Unit, il-biċċa l-kbira tagħhom sofor, li ddominaw it-toroq Maltin. L-Ital ħadlu postu l-Vauxhall jew l-Opel Astra van, segwita mill-invażjoni ta' vannijiet Escort u Fiesta fis- snin disgħin. Ir-Raġuni għala tant nies kienu jixtru vann u mhux karozza ma kienx dejjem minħabba l-bżonn li wieħed iġorr xi merkanzija, iżda minħabba d-dazju għoli li wieħed kellu jħallas meta jimporta vettura li ma tkunx kummerċjali. Kif għidt kemm-il darba, il-Malti jekk ma jidħolx mil-bieb, jidħol mit-tieqa. Is-suċċess li għamlu l-vannijiet Fiesta kien kbir, għaliex minkejja li kienet vann, kellha karatteristiċi ta' karozza. Dawn il-Fiesta kienu qegħdin jiġu impurtati bil-mijiet mir-Renju Unit u jimbiegħu fi ftit ġranet wara li jaslu. Għal dawk dilettanti, setgħu jiġu modifikati faċilment biex jixbħu verżjonijiet iktar sportivi bħal Fiesta RS turbo u XR2i u l-prezzijiet bdew telgħin għal livelli redikoli. Għal dawk li riedu jixtru karozza ġdida, il-Hyundai Accent kienet qiegħda titfaċċa kullimkien. Lejn nofs is-snin disgħin, il- Maltin donnhom skoprew il- Ġappun u f 'daqqa waħda s-suq infaqa' b'karozzi impurtati minn dan il-pajjiz. Bħan- ngħaġ ta' Ġanni, il-Maltin imxew kollha f 'daqqa u issa kien imiss il-moda tat-Toyota Hilux. Dawn kienu vetturi b'erbgħa bibien, kaxxa wara u ħafna drabi roti massivi. Il-biċċa l-kbira minnhom kienu ħomor skuri, 'metallic' b'ammont ta' partijiet 'chrome'. Wara xi ftit tas-snin, kienu ħafna li ndunaw li dawn il-vetturi żgur li wieħed ma setax isejħilhom ekonomiċi, u indunaw li ma tantx jagħmel sens li żżom wieħed minn dawn bħala karozza privata. Minflokhom ġew it-Toyota Tercel u Starlet, it-tnejn b'magna diesel 1.5, li minbarra fuq dawn il-karozzi, din il- magna bdiet titpoġġa f 'kull tip ta' karozza oħra hawn Malta. Fix-xena tal-karozzi sportivi, il-Ġappuniżi bdew iżidu fil-popolarità u postijiet bħal Ħal Far kien qiegħed ikun mimli b'karozzi bħal Toyota Glanza, Honda CR-X Del-Sol, Honda Integra, Toyota MR2 u ruxxmata Honda Civics. Għal dawk li kellhom xi lira żejda, il-mudell Ecort Cosworth kien popolari u għall-proporzjon tal-popolazzjoni Maltija, kien hawn numru kbir f 'din il-gżira. Mal-qalba tal-millenju bdew deħlin it-Toyota Vitz jew Yaris li għadhom sal-lum jidhru kull fejn tħares. Dawk iż-zminijiet donnu ħadd iżjed ma ried karozzi antiki li ma joffrux kumditajiet bħall-arja kkundizzjonata u 'Power steering'. L-Escort Mk1 kien ħa reputazzjoni ta' 'ħamallu', u ż-żgħażagħ li kellhom xi wieħed fis-snin disgħin kienu rabbew l-għaqal u riedu karozza għall-familja. Bdew jitfaċċaw Escorts għall-bejgħ kullimkien u stajt tixtri wieħed sewwa għal prezzijiet bejn €1,000 u €2,000. Karozzi bħall-Escort Cosworth ukoll bdew jitfaċċaw f 'ħafna 'show rooms' bil-prezz nieżel bħal silġa. Karozzi bħal Mini kienu qegħdin jiġu skrappjati kuljum. Li kieku kelli magna li teħodni lura fi żmien, żgur li kont nixtri wieħed minn kull wieħed minn dawn it-3 karozzi u ruxxmata 'spare parts' magħhom. Wara r-riforma fis-sistema tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fl-2009, ix-xena nbidlet kompletament u l-moda kienet li jew ikollok il-mudell il-ġdid tal-Mini, jew inkella karozzi iktar eżekuttivi bħalma kienu l-Peugeot 407, Volkswagen Passat jew BMW 3 u 5 series. Wara li s-suq infaqa' b'dawn il-karozzi u li wieħed isuq BMW ma baqgħetx xi ħaġa speċjali, għal darb'oħra l-prezz ta' dawn il-karozzi spara 'l isfel. Mill-banda l-oħra, daħlet sew il-moda li jkollok karozza klassika. Illum il-ġurnata, Escort Mk1 li ma kien jiswa xejn sa ftit snin ilu, sar jiswa l-eluf illum. Ħafna vetturi antiki ġew ukoll esportati minn Malta lejn ir-Renju Unit. Għandi kurżità kbira li nkun naf x'sar minnhom tant karozzi li l-Maltin tant kienu jibżgħu għalihom fis-snin disgħin u elfejn. Fejn imorru il-karozzi meta jispiċċaw mill- moda bħalma kienu t-Toyota Glanza, il-Cosworths u l-RS Turbos, it-Toyota Hilux u it- Toyota MR2? Forsi qegħdin fil-garaxxijiet ta' sidhom jistennew li jgħalqu t-30 sena u jsiru klassiċi bil-liċenzja rħisa? Ngħalaq b'dan l-aħħar punt. Meta tixtru karozza, ixtru dik li togħġob lilkom u li tirrifletti l-karatru tagħkom u ħallikom minn dak li hu moda u li jagħmlu l-masses. Meta tixtri karozza li tkun għadha kif ħarġet mill-moda, ikun l-aħjar żmien li tixtriha bi ftit flus, ikollok xelta wiesgħa minn fejn tagħżel u abbundanza ta' 'spare parts'. Kun individwali. Tkunx nagħġa. Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Andrew Pisani Vetturi 23 Ingranat Bħan-ngħaġ ta' Ġanni Ford Escort RS Cosworth Toyota Hilux