Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 24 Kummerċjali 25 minuta bogħod mill-aqwa bajja fid-dinja ROCS Travel, flimkien ma' numru kbir ta' hoteliers ġewwa l-gżira ta' Lampedusa fl-Italja, se jibdew joffru titjiriet diretti lejn il-gżejjer ta' Linosa, Lampione u Lampedusa magħrufa aħjar bħala Pelagian Islands darbtejn fil-ġimgħa. Il-gżejjer Pelaġjani, mhux biss huma ta' sbuħija kbira ġewwa l-Mediterran, imma huwa ferm vantaġġjuż għalina l-Maltin, peress li l-gżejjer huma biss 25 minuta 'il bogħod. Il- gżejjer Pelaġjani huma wkoll magħrufin bħala l-'Maldives' fil-Mediterran, liema gżejjer huma meraviljużi, b'atmosfera unika u baħar kristall, li jattiraw bosta turisti kull sena minn madwar id-dinja kollha. Il-vjaġġaturi li jużaw il- website popolari 'Tripadvisor', ivvutaw u ddikjaraw li l-bajja tal-fniek, jew aħjar 'La Baia Dei Conigli', ġewwa Lampedusa mhux biss hija bajja sabiħa, però li hija l-isbaħ bajja ġewwa d-dinja! Din id-dikjarazzjoni ġiet imxandra fl-2013, fejn il-gżejjer Pelaġjani ġew imħabbra li għandhom l-isbaħ bajja ġewwa d-dinja. Il-gżejjer Pelaġjani li jieħdu isimhom mill-kelma Griega 'baħar għoli', huma iktar viċin ta' Malta milli huma viċin tan- nofsinhar tal-Italja. Il-gżejjer Pelaġjani huma magħmula minn tliet gżejjer bl-ismijiet ta' Lampione, Linosa, u l-ikbar gżira, dik ta' Lampedusa. ROCS Travel se tibda toffri titjira diretta darbtejn fil- ġimgħa, bit-tluq minn Malta lejn il-gżejjer Pelaġjani, bit-tijiriet jibdew f 'Ġunju u jibqgħu sejrin sa Ottubru tal-2016. ROCS Travel, mhux biss toffri titjiriet diretti, però wkoll akkomodazzjoni u eskursjonijet bi prezzijiet mill-aqwa, li żgur jagħmlu l-vaganza ta' dan is-sajf memorabbli. M'hemmx xi ngħidu li l-ikel li huwa tipiku Taljan, hu tassew bnin u partikolari, u għaldaqstant, b'ikel tajjeb u bajjiet mill- isbaħ, din id-destinazzjoni hija mingħajr dubju l-għażla naturali għall-dawk kollha li jixtiequ safra li ma tinsa qatt dan is-sajf. "Kollox beda meta ltqajna ma' Michael Zammit Tabona u Anthony D'Amato, fejn flimkien iddiskutejna l-idea li norganizzaw titjiriet diretti minn Malta għall- gżejjer Pelaġjani. Għalina, konnessjoni bħal din, kienet waħda naturali peress li Malta hija iktar viċin tagħna mill-Italja," stqarr Giovanni Damiano Lombardo, wieħed mill-proprjetarji ta' waħda mill-lukandi li flimkien ma' ROCS Travel, se jagħmlu dan il-proġett sar possibli. "Se tkun l-ewwel darba li se titnieda titjijra regolari internazzjonali għal Lampedusa, u aħna ninsabu pożittivi li se nagħtu merħba tassew xierqa lill-Maltin. Il-kooperazzjoni ma' Michael Zammit Tabona u ROCS Travel, l-ikbar operaturi turistiċi ta' Malta, kienet għażla naturali u nemmnu li għandna dak kollu li hemm bżonn sabiex tagħmel dan il-proġett suċċess," ikkonkluda s-sur Lombardo. "S'issa ġie mqassam brochure ta' 16-il paġna ddedikat għall- gżejjer Pelaġjani f 'kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex. Dan il-proġett huwa l-bidu ta' kooperazzjoni ddedikata lejn din id-destinazzjoni ġdida li hija biss 25 minuta 'l bogħod minn Malta u Għawdex. ROCS beħsiebu jagħmel din id-destinazjoni ta' suċċess ġewwa l-gżejjer Maltin, bħalma għamel fi snin oħra ma' destinazzjonijiet oħra," ikkumentat Rachel Vella, direttriċi ta' ROCS Travel. "L-ikel bnin, il-bajjiet uniċi u l-mod kif jagħmlu l-affarijiet it-Taljani, jagħmlu l-gżejjer Pelaġjani l-għażla ovvja għal dan is-sajf. B'titjira daqshekk qasira, għall dawk kollha li joqogħdu lura mill-ivjaġġar għal xi raġuni jew oħra, illum m'għandhomx skuża anke għaliex hija destinazzjoni għall but ta' kulħadd, bi prezzijiet li jibdew minn €199. Ninsabu tassew onorati bil- kooperazzjoni ma' Michael Zammit Tabona u Anthony D'Amato, kif ukoll mal- lukandiera ewlenin Taljani li għamlu dan kollu possibli!" ikkoncludiet Vella. Biex issiru tafu iktar dwar l-offerti kurrenti tar-ROCS Group, żuru l-istand tar-ROCS Group ġewwa l-Amitex Holiday show fl-MFCC Ta' Qali bejn is-17 u l-20 ta' Marzu 2016, kif ukoll f 'wieħed mill-ħwienet tagħhom ġewwa l-Furjana, l-Mellieħa u Mosta. Tistgħu wkoll iċċemplu lir-ROCS Group fuq 2015 1515, jew tidħlu fuq is- sit www.rocsgrp.com għal aktar informazzjoni. Tistgħu wkoll iżżuru l-paġna uffiċjali tagħna fuq Facebook, ROCS Group. ROCS Travel tniedi l-Pelagian Islands Titnieda Zaype.com – roħs speċjali fuq l-ikel b'delivery Għal dawk kollha li jħobbu żaqqhom, għandhom xalata sħiħa b'website ġdida u impressjonanti li toffri sempliċiment varjetà ta' ikel imwassal sal-bieb tad-dar, jew fuq il-post tax-xogħol. Zaype.com hija pjattaforma li hija msieħba mal-website partners tagħha deal. com.mt u dine.com.mt fejn ta' kull ġimgħa toffri roħs speċjali fuq ikliet favoriti, u tagħrif dwar il- ħanut tal-għażla tiegħek fuq l-ikel ordnat. Għalkemm xi ħwienet lokali għadhom mhux kollha joffru sistema ta' delivery, ma jfissirx li l-ikel li tkun tixtieq ma jistax jasallek id-dar. Dan possibli jekk ikunu affiljati ma' Zaype. com, u allura hekk xorta waħda jkollok id-delivery mwassla fejn tixtieqha. "Xtaqna noħolqu sistema ġdida mis-sistema normali ta' delivery li mdorrijin biha. B'hekk ħloqna soluzzjoni b'saħħitha li toffri lill- konsumaturi aktar kontroll u esperjenza ġdida fuq l-ordnijiet tal-ikel. L-għan tagħna ma kienx biss fuq il-website biss, iżda ridna noħolqu sens ta' drittijiet ġodda lejn il-konsumatur lokali u anke lejn is-suq lokali," sostna l-fundatur ta' Zaype. com, is-Sur Eman Borg. Tracking tal-ordni f 'ħin reali Zaype.com hija serħan il- moħħ kull min jordna l-ikel minnha. Mhux se jkun hemm biża' bħalma kien jiġri diversi drabi f 'dewmien bla bżonn fuq xi ordni sa ma tasal fid- destinazzjoni tagħha. Kull meta persuna tordna minn fuq Zaype.com, awtomatikament tirċievi tracking link b'SMS. Malli tagħfas fuq il-link, jiggwidak direttament b'informazzjoni bħal isem u ritratt tal-persuna li tkun se twassallek id-delivery, u anke l-post u l-ħin fejn tkun waslet sa dak il-ħin li tkun qed tfittex online. B'hekk dan is-servizz, huwa serħan il-moħħ aktar minn qatt qabel. Bħalissa dan is-servizz għadu mhux imqabbad ma' kull stabbiliment, però qed isir aktar xogħol sabiex fil- futur qarib tespandi ma' aktar entitajiet. Applikazzjoni : App-ealing Għalkemm meta tordna dirett minn fuq Zaype.com huwa faċli ħafna, l-applikazzjoni (App) tagħha tħaffef il-proċess għax tkun qed iżżom fil-memorja ċertu dettalji mitluba kull darba. Dan fil-fatt iħaffef il-proċess tal-ordni wara l-ewwel ordni, għax jinżamm kollox fil-memorja tal-App. Ħlas tal-ordnijiet jistgħu jsiru kemm bi flus kontanti, kif ukoll bil-BOV debit/credit card mal- wasla tad-delivery, jew inkella online permezz ta' Paypal, Visa jew Mastercard. "Ikun tajjeb jekk il-konsumaturi jżommu ruħhom aġġornati magħna permezz ta' Zaype. com peress li fuq bażi regolari ta' kull ġimgħa se nkunu qed noffru diversi roħs u offerti fuq l-ikel. Mhux sempliċiment kemm tordna u lest, iżda hija kwistjoni fejn ser jiġu ffrankati ħafna flus," temm jgħid is-Sur Borg. Food Chain Limited taħtar Business Manager ġdid Food Chain Limited, sussidjarja tal-Grupp Farsons li tamministra b'suċċess ir- ristoranti franchise magħrufa internazzjonalment, Pizza Hut, KFC u Burger King fis-suq Malti, reċentement ħatret lil Kurt Micallef bħala Business Manager. Bil-ħidma mill-qrib u jirrapporta lill-Group Head of Food Business, is-Sur John Bonello Ghio qal, "Kurt se jkun qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp strateġiku tan- negozju. Huwa se jkun qed imexxi u jikkordina l-implimentazzjoni ta' inizzjattivi u proġetti ewlenin filwaqt li jassumi r-responsabbiltà għax xogħol ta' kuljum tal- kumpanija. "Fir-rwol il-ġdid tiegħu, Kurt se jmexxi u jagħti appoġġ lit-tim iddedikat ta' Food Chain, kif ukoll jikkontribwixxi għat-tkabbir ta' dan is-settur importanti fil- portafoll tal-Grupp Farsons. Din il-ħatra hija pass ieħor fil-viżjoni tal-Grupp biex tiffoka aktar fuq il- portafoll tal-ikel minbarra l-ħidma kontinwa sabiex jissaħħaħ il-portafoll tax-xorb tagħna," qal John Bonello Ghio. "L-esperjenza ta' Kurt fin-negozju tal-ikel kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta tpoġġih f'qagħda tajba biex jilqa din l-isfida f'dan ir-rwol biex flimkien mat-timijiet tagħna, inkomplu nikkontribwixxu għall- istrateġija tat-tkabbir f'dan is- settur u nkomplu nistinkaw biex niksbu r-riżultati mixtieqa." L-enfasi u l-istrateġija għan- negozju tal-ikel fi ħdan il-Grupp Farsons, b'mod partikolari fi ħdan il-Food Chain hija appoġġjata mill-investiment kontinwu fil-ftuħ ta' ristoranti ġodda, riċentament Burger King u KFC fil-PAMA l-Mosta kif ukoll permezz ta' programmi ta' rinnovazzjoni tad- diversi ristoranti. Is-Sur Kurt Micallef hu gradwat fil-Turiżmu mill- Università ta' Malta u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Huwa ħadem fir-Renju Unit u fil-Libja, kif ukoll lokalment. Dwar il-ħatra ġdida tiegħu, is-Sur Micallef qal, "Qed inħares 'il quddiem għal din l-opportunità li nkun qed naħdem ma' tim impenjat fil-Food Chain biex flimkien inwasslu din il-kumpanija lejn il-fażi li jmiss tagħha ta' tkabbir mal-linja tal-viżjoni tal-Bord u li ntejbu s-servizz u nissodisfaw il-klijenti fir-ristoranti tagħna." John Bonello Ghio, Group Head of Food Business, jifraħ lil Kurt Micallef, xellug

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016