Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Minn 'working class hero' għal 'zero' Opinjoni 15 G ħax ma kienx biżżejjed li nisimgħu liż-żewġ partit jitqabdu f 'logħba ta' min se jitfa' l-aħjar kwalità ta' ħmieġ u ħama lejn in-naħa l-oħra, din il-ġimgħa assistejna għal eżempju ieħor tal-falsità u l-ipokrezija grassa tal- politika f 'pajjiżna. Malli kien imħabbar li Toni Abela kien inħatar mill-Gvern biex ikun ir- rappreżentant Malti fil- Qorti Ewropea tal-Awdituri, infetħu l-bibien tad-dmugħ. Kemm biki tal-kukkudrilli u kemm dulur minn dawk li għat-taparsi saru t-tarka tal-ħaddiem. Mingħajr Toni Abela, il-Partit Laburista neżża lilu nnifsu minn l-uniku ruħ soċjali li kellu. F'daqqa waħda, il-Partit Nazzjonalista nesa kif qabel l-aħħar elezzjoni kien qalgħalu kemm Alla ħalaq ħama lil Toni u akkużawh bi blokkok bojod u kokaini. F'daqqa waħda, kien sar il-'working class hero.' Il- miskin. Ir-'ruħ' soċjali ta' partit li ruħu biegħha lill- iżviluppaturi. Miskin Toni. F'daqqa waħda Toni Abela ma baqax dak il-bniedem bla grazzja li nużawh biex nuru kemm il-Labour huwa tal-ħamalli u tal-baxxi. F'daqqa waħda, għax Toni kien ngħata daqqa ta' sieq 'il fuq, sar il-William Wallace tal-popolin, il-vuċi tal- ħaddemin, kważi kważi, il-Manwel Dimech il-ġdid ta' Malta. F'daqqa waħda ma baqax tal-baxxi, imma sar tal-prinċipji. Imma x-xitan m'għandux ħalib u Abela kellu jfalli mit-test tiegħu u ma kienx aċċettat biex ikun fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Veru ma kellux Ingliż tajjeb u vera li ma tantx għandu xi esperjenza vasta f 'oqsma simili u vera Toni mhux eżattament xi Brad Pitt, imma mill- grilling u minn dak li ħareġ minn dakinhar, jidher ċar li l-aċċenn kien fuq storja li ħareġ dwaru l-PN qabel l-aħħar elezzjoni. U min ħariġhom dawn l-istejjer? Min ħa l-inkarigu jieħu l-cuttings mit-Times u jqassamhom ġimgħa qabel? Min ħa l-inkarigu biex jiltaqa' ma' diversi MPE il-ġurnata ta' qabel il-grilling stess biex idawwar il-partiti ż-żgħar kontra Toni? Probabbilment kien wieħed mill-istess nies li meta Toni (miskin, jaħasra!) kien innominat għall-Qorti tal- Awdituri kien iddeskrivih bħala r-ruħ li l-Labour se jitlef. Imma tħassruh quddiem in-nies, biex forsi xi erba' Laburisti urtati jurtaw ruħhom iktar. Li ma riedux juruhom lil dawn il-Laburisti huwa li fil-fatt, minn wara darhom, kienu qed jaħdmu biex jumiljawh u jkissruh. Għax ngħiduha kif inhi, il- cuttings ġew minn ximkien. U ġew għall-konoxxenza ta' ħafna. U ħadd minn dawk li bkew wied tad-dmugħ għal Toni, miskin, ma qabeż wisq minn postu biex jaħsillu ismu. Għaliex daċ-ċorma ipokriti ma marrux iqassmu l-cuttings ta' meta Abela ħadha qatta bla ħabel kontra l-Gvern korrott u maħmuġ ta' Karmenu Mifsud Bonnici? Għax ma marrux iqassmu l-cuttings ta' meta ġie mkeċċi mill-istess partit? Għaliex ma qalulhomx li grazzi għal Toni u oħrajn miegħu, inħoloq it-tielet partit f 'pajjiżna, l-Alternattiva Demokratika? Għaliex ma akkużawx lil Abela b'xi reat kriminali b'rabta mal-famuża blokka bajda meta kellhom iċ-ċans? Għaliex ma qalulhomx li Abela kien, flimkien ma' Wenzu Mintoff, l-unika tarka kontra l-korruzzjoni li ma' beżgħax minn xi erba' cowboys bħal Lorry Sant? Għax ikissruh u jumiljawh riedu, u hekk irnexxielhom jagħmlu. U inċensawh sakemm flaġġellawh. U dak id-demm li ma ħadux fl- 2013, ħaduh issa. Mur emminhom meta qalulna li Toni, miskin, ir-ruħ tal-Labour. Mur emminhom li kienet missithom qalbhom għal dan il-bniedem. Mur emminhom meta qalulna li ara jaħasra, il-Labour neħħa lil Toni. Mur emminhom! It-tgħajjir personali Din oħra! Kemm ilu li fetaħ blogg Glenn Bedingfield, liema blogg jien ma naqrahx għax jippriedka lil dawk li anke rashom 'l isfel bil- ħmieġ ġo ħalqhom jgħidu li huma Laburisti, qamu l-kuxjenzi kollha dwar it- tgħajjir personali. Kellna programm ta' diskussjoni din il-ġimgħa u donnu qamet ċerta għagħa dwar jekk Bedingfield kellux jiftaħ tali blogg. Kif għidt, la dan il-blog u lanqas l-ieħor ma naqra. Imma issa qed iqumu l-irwiefen? Inqala' tant ħama, ġew attakati tant nies, ikkalunjajna tant persuni, akkużajna tant nies bi droga, ġenn, kruha fiżika u bil- familja, issa qed taħraqna l-kuxjenza? Issa qed idejjaqna t-tgħajjir personali? Issa rridu niddiskutu l-bloggs? Issa, għax minflok il- familji tal- Laburisti, qed jiġu attakkati tan-Nazzjonalisti? Eh, qed taraw hux kemm toqomsu, meta jweġġgħu lilkom u ta' madwarkom. Eh, qed taraw hux, kemm hi kerha meta tkun vilifikat b'mod pubbliku. Qed taraw issa kemm hi kerha li tkun ikkalunjat. Mela tikkalunjaw lil ħadd ħalli ħadd ma jikkalunjakhom. Tippruvaw tkissru lil ħadd ħalli ħadd ma jipprova jkissirkhom. Tivvilifikaw lill-ebda bniedem ħalli ħadd ma jivvilifikak. Tgħajru lil ħadd bid-difetti fiżiċi, għax il-mera qiegħda hemm għal kulħadd. Il-Politika Maltija ġo fossa Claudette Buttigieg f 'kumment lil One News qalet li l-Gvern qiegħed ġo fossa. Nikkoreġiha naqra. Is- sistema politika sħiħa tinsab ġo fossa llum. Għandna Gvern li ntefa' ġo fossa wara l-aħħar żewġ każi i.e. ta' Gaffarena u tal-Panama u għandna Oppożizzjoni li ilha fil-fossa minn mindu kienet fil- Gvern. Fil-fatt, iż-żewġ partiti llum saru qishom żewġ persuni maqbudin f 'fossa li minflok jaraw kif se jitilgħu minnha, qegħdin jippuntaw subgħajhom dritt f 'wiċċ xulxin u jakkużaw lil xulxin li qegħdin ġo fossa. Sadanittant, il-poplu bilqiegħda jsegwi teatrin wara ieħor, jara l-politika tinbidel, minn l-arti tal- persważjoni għall-arti tal- bluha. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "F'daqqa waħda, għax Toni kien ngħata daqqa ta' sieq 'il fuq, sar il-William Wallace tal- popolin, il-vuċi tal-ħaddemin, kważi kważi l-Manwel Dimech l-ġdid ta' Malta... sakemm kissruh" "Nqala' tant ħama, ġew attakati tant nies, ikkalunjajna tant persuni, akkużajna tant nies bi droga, ġenn, kruha fiżika u bil-familja, issa qed taħraqna l-kuxjenza?"