Illum previous editions

ILLUM 20 March 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Minn dejn għal qligħ ta' miljun ewro fi Sport Malta SPORTMALTA kienet għaddejja minn perjodu ta' telf finanzjarju fl-2012 u fl-2013, li iżda dan spiċċa ddawwar fi qligħ tul l-2014. Skont mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo jidher li fis-sena 2012, din l-entità kienet għalqet is-sena b'telf ta' €700,181, waqt li fis-sena segwenti, fl-2013 kien hemm defiċit ta' €1,379,825. Minkejja dan, is-sena 2014 għalqet b'surplus ta' €1,762,617. Il-Ministru kompla jgħid li dan is-surplus se jitfa' lil SportMalta f 'pożizzjoni tajba biex tidħol fi proġetti oħrajn fil-qasam sportiv. Bartolo nnota wkoll li dan is-surplus wasal minkejja l-fatt li ma sar l-ebda tnaqqis fil- programmi sportivi, anzi dawn komplew jikbru minn sena għall-oħra. Waqt waħda mill-attivitajiet organizzati minn SportMalta Iktar minn €730,000 għad-ditta ta' Fenech taħt Gvernijiet tal-PN minn Albert Gauci Cunningham MINN informazzjoni mqiegħda fil-Parlament matul din il-ġimgħa, jirriżulta li d-ditta legali Fenech & Fenech Advocates li tagħha Anne Fenech, hija Managing Partner, rebħet b'xejn inqas minn €731,400 f 'kuntratti matul is-snin minn ħames entitajiet differenti taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. L-akbar numru ta' kuntratti li rebħet id-ditta tal-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN, huwa fl-Airmalta fejn rebħet 151 kuntratt bejn l-2004 u l-2012. B'kollox, din id-ditta legali ngħatat ħlas ta' €510,771 għal dan ix-xogħol. Din iżda hija parti biss mill-parti ħafna ikbar ta' kuntratti, il-maġġor parti tagħhom b'direct order, li rebħet l-istess kumpanija. Dawn il-flus marru għal konsulenzi u pariri legali fuq diversi kwistjonijiet fosthom il-falliment tal-Azzurra Air u l-bejgħ tal-ajruplani tat-tip RJs. Bejn l-2011 u l-2012, l-istess kumpanija rebħet disa' kuntratti għal konsulenza legali fil-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura, b'valur totali ta' €21,445. L-akbar ammont mill-ħlas imur għal xogħol għal bidliet relatati mal-liġijiet taċ-ċensura. Fil-każi ta' dawn, ma jissemmiex jekk il-kuntratti ingħatawx b'sejħa jew b'direct order, għalkemm it-tagħrif jindika li ħafna minn dawn il- konsulenzi kellhom l-approvazzjoni tas-Segretarju Parlamentari. Informazzjoni oħra mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra mill- Ministru Joe Mizzi turi kif f 'dik li kienet l-Awtorità Marittima Maltija, il-kumpanija Fenech and Fenech rebħet b'€85,557 f 'xogħol ta' konsulenzi. Dawn jitqassmu f '€18,963 bejn l-2002 u l-2003, €12,581 bejn l-2006 u l-2007, €7,477 fl-2008 u €46,536 fl-2009. Mill-istess Ministeru u f 'xogħol ta' konsulenza, din id-darba għal Transport Malta il-kumpanija Fenech & Fenech kellha b'€117,981 f 'xogħol li mhux magħruf ingħatax b'tender jew direct order. Dan l-ammont jinqasam f 'sentejn, €30,735 fl-2011 u €87,245 fl-2010. €107,000 f 'direct orders mill-Ministeru tal-Finanzi Intant, l-istess ditta kienet ingħatat b'kollox ħames kuntratti b'direct order mill-Ministeru tal- Finanzi bejn l-2009 u l-2013. B'kollox, dawn ilaħħqu l-valur ta' €106,872 lill-kumpanija ta' Fenech. Fl-2009 rebħet kuntratt ta' €1,866 fi spejjeż legali relatati ma' għamara fl-Isptar Mater Dei. Fl-2010 u l-2011 ingħatat €7,953 u €16,346 rispettivament f 'konsulenzi għall-industriji kreattivi, filwaqt li Fenech and Fenech rebħu żewġ kuntratti oħrajn b'direct order ta' €56,812 u €23,985 fl- istess qasam. Direct orders fil-qasam tal- kultura Il-kumpanija li fiha Ann Fenech hija Managing Partner rebħet ukoll kuntratti ta' xogħol b'direct orders fil-qasam tal-kultura. Fl-2009 u l-2010, id-ditta rebħet żewġ konsulenzi b'valur ta' €5,555 fil- Kunsill tal-Arti. Konsulenzi iżgħar kienu f 'Heritage Malta fl-2011 u fl-ewwel tliet xhur ta' Marzu. Sapiano u Borg Cardona, fost l-aktar ismijiet komuni fil-lista Minkejja li l-kumpanija li fiha hija partner Fenech tissemma diversi drabi, il-listi li s'issa kienu preżentati fil-Parlament, isemmu bosta ditti u persuni oħrajn diversi drabi. Skont iċ-ċifri mpoġġija, Andrew Borg Cardona rċieva €104,000 f 'konsulenzi jew xogħol relatat mal-AirMalta. Dan anke jekk dak preżentat fil-Parlement ma jiddefinixix għaliex sar ix-xogħol. Isemmi biss lil Borg Cardona u kemm irċieva għax-xogħol kull sena. Skont l-istess ċifri li ppreżenta l-Ministru Edward Zammit Lewis, dan l-avukat, magħruf ukoll għall-appoġġ li jagħti lill-PN ngħata €5,823 kull sena bejn is-sena 2000 u l-2010. Fl-2011 ingħata b'€11,955 u €14,000 fl-2012 u fl-2013. Bejn l-2006 u l-2013, Borg Cardona ngħata 19-il biċċa xogħol b'direct order b'valur ta' €6,678. B'kollox, l-istess Borg Cardona rebaħ 16-il biċċa xogħol kollha b'direct oder minn Heritage Malta, l-Orkestra Nazzjonali u ċ-Ċentru ta' Kreattività. Rebaħ sitt direct orders ukoll bejn l-2009 u l-2011 fil- Malta Stock Exchange għal valur ta' ftit aktar minn €2,000. Ismijiet oħrajn li jissemmew ħafna huma ta' Georg Sapiano u l-kumpanija Aequitas Legal, li fiha l-istess Sapiano huwa sieħeb. Mill-Ministeru tal- Finanzi għal xogħol fl-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) bejn l-2002 u l-2007, Sapiano ingħata ħames kuntratti wara sejħa pubblika. Bejn l-2008 u l-2012, ingħataw ħames biċċiet xogħol oħrajn lil Aequitas Legal. B'kollox, il-valur ta' dan ix-xogħol jaqbeż il-€222,000. Fi tliet snin u tliet xhur, f 'konsulenzi minn Transport Malta, il-kumpanija li fiha Georg huwa sieħeb ingħata bi ftit inqas minn €242,000 f 'xogħol. Din l-informazzjoni ngħatat lill-Parlamnet għall-mistoqsijiet lil diversi Ministri mid-Deputat Laburista Godfrey Farrugia. Fenech & Fenech – konsulenzi Georg Sapiano/Aequitas Legal • Airmalta (2004-2012) - €510,771 • Ministeru tat-Turiżmu (2011-201) - €21,445 • Eks-Awtorità Marittima Maltija (2002-2009) - €85,557 • Transport Malta (2010-2011) - €117,981 • Ministeru tal-Finanzi (2009-2013) - €106,872 • Heritage Malta/Kunsill tal-Arti (2009-2013) - €6,823 • Minsteru tal-Finanzi (2002-2012) - €222,000 • Transport Malta (2010-Marzu 2013) - €241,889 Andrew Borg Cardona Georg Sapiano Ann Fenech Georg Sapiano u Borg Cardona fost l-aktar li jissemmew f'lista ta' konsulenzi mogħtija min-Nazzjonalisti 10 tunnellati ta' ħġieġ imkisser fl-2015 MATUL l-2015, il-volum ta' ħġieġ li ġie trattat fil- 'glass crusher' fl-impjant ta' Sant' Antnin laħaq l-għaxar tunnellati. Dan filwaqt li fis-snin ta' qabel, ma sar l-ebda 'glass crushing' fl-2013 u l-2014. Dan ħareġ mit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamlet id-deputata Nazzjonalista Marthese Portelli lill-Ministru tal- Ambjent Leo Brincat. Ingħad ukoll kif fis-snin li ma sarx 'glass crushing', dan ġie migjugħ lil diversi kuntratturi privati sabiex isir riċiklaġġ. L-ammonti fl-2013 kienu ta' 4,444 tunnellati, 3,171 tunnellati fl-2015 u 1,349 tunnellati fl-2015.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 March 2016