Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum minn Cristian Antony Muscat Sliema W ................... 3 Balzan ....................... 3 BALZAN sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 3-3 minn Sliema Wanderers, biex b'hekk naqsu ferm iċ-ċansijiet tagħhom li huma jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat. Sliema Wanderers fetħu l-iskor fit-42 minuta meta xutt minn ġol-kaxxa ta' Njongo Priso ġie milqugħ mill-goalkeper ta' Balzan, Christian Cassar, li iżda ma żammx biex mir-rebound daħal tajjeb Jean Paul Farrugia li tefa' ġewwa. Balzan ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-47 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Paul Fenech għadda tajjeb lejn Alan Da Silva Souza, b'dan tal-aħħar għalkemm issikkat sew minn Luke Dimech tefa' ġewwa permezz ta' xutt angulat minn ġol-kaxxa. Fl-54 minuta, il- Wanderers reġgħu marru fil-vantaġġ meta Jean Paul Farrugia qabeż lil Maxim Focsa u lil Elkin Orlando Serrano Valero, qabel bi bravura tefa' l-ballun ġewwa. It-tim immexxi minn Alfonso Greco kompla juri l-aħjar logħob u fil- 61 minuta, skorja t-tielet gowl permezz ta' freekick dirett ta' Denni Rocha Dos Santos. Iżda l-Wanderers ma tantx damu jifirħu għal dan il-gowl hekk kif żewġ minuti biss wara, Balzan naqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn cross ta' Alfred Effiong, għola tajjeb Aleksandar Vujacic li rnexxielu jsib ix- xibka permezz ta' daqqa ta' ras b'lura. Fit-78 minuta, Balzan ġabu l-iskor indaqs meta xutt ta' Lydon Micallef minn ġol-kaxxa ntemm ġewwa, bil-ballun jiġi devjat minn player avversarju qabel intemm fix-xibka. L-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għall-Wanderers hekk kif minuta biss wara, huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta wara li Njongo Priso ntwera l-karta safra, huwa deher jipprotesta mar-referee Fyodor Zammit fejn għadda xi rimarki fil- konfront tiegħu, biex b'hekk l-attakkant mill-Camerroon intwera l-karta l-ħamra. Sliema W. - Zammit, Muscat, Scerri, Priso, Gatt Baldacchino, Xuereb, Bezzina, Rocha Dos Santos, Muir, Farrugia, Bianciardi (Dimech 46') Balzan - Cassar, Grioli, Fenech, Bezzina, Effiong, Brincat (Focsa 20'), Da Silva Souza, Dos Santos Calcado (Vujacic 62'), Micallef, Serrano Valero, Grima (Sciberras 73') Referi - Fyodor Zammit JEAN PAUL FARRUGIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f 'din il-logħba. Jinsab misluf ma' Sliema Wanderers mingħand Hibernians. Fil-passat riċenti kellu esperjenza qasira ta' futbol fl-Islovakkja. Sliema Wanderers itellfu żewġ punti prezzjużi lil Balzan minn Cristian Antony Muscat Qormi ........................ 1 Floriana .................... 3 FLORIANA tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu l-isfida ta' Qormi li jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b'ħames punti biss, bl-iskor ta' 3-1, biex il-Greens komplew iżommu t-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa ħajjin. Huma fetħu l-iskor wara biss 29 sekonda permezz ta' Mario Fontanella, wara li rċieva minn kross perfett ta' Mauricio Villa. Iżda Qormi ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u ma tantx damu biex ġabu l-iskor indaqs meta l-goalkeeper ta' Floriana Matthew Grech waqqa' lill-attakkant Olandiż tal- Blacks and Yellows, Djamel Leeflang biex b'hekk ir- referi ordna penalti. Mill- 11-il metru nkariga ruħu l-istess Djamel Leeflang li ma żbaljax. Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ fit-82 minuta meta Clyde Borg xeħet kross perfett lejn Andrea Scozzese li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun ġewwa. Ħames minuti wara, il- Greens issiġgillaw ir-rebħa permezzz tat-tielet gowl grazzi għal Mauricio Villa li mill-viċin tefa' l-ballun ġewwa wara li rċieva assist mingħand Juninho Cabral li min-naħa tiegħu kien irċieva minn kross tal- captain Nicolas Hernan Chiesa. Floriana - Grech, Monticelli (Conor Borg 72'), Pepe (Scicluna 38'), Villa, Cabral, Scozzese, Bonnici, Aboulezz (Clyde Borg 66'), Briffa, Chiesa, Fontanella Qormi - J. M. Vella, Micallef, Barbara (Viggiani 86'), Leeflang, Cassar, Sidibe, Olawale Ojuola, T. Vella, Gauci, E. Vella, Nagaoka (Yankam 73') Referi - Stefan Pace NOAH OLAWALE OJUOLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Qormi matul is-sajf li għadda. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, bla dubju kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Floriana jitħabtu iktar milli mistenni biex jegħlbu lil Qormi Sports 29 Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta