Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
illum | Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 Għawdex 12 Sentejn mit-twaqqif tal-Gozo Sports Board Passi ta' ġgant fl-isport Għawdxi minn John Busuttil F'MARZU tal-2014 f 'Għawdex inħoloq il-Gozo Sports Board li xogħlu kien li jorganizza d-diversi dixxiplini u assoċjazzjonijiet ta' diversi sport taħt kappa waħda, filwaqt li jara kif jgħin bi kwalunkwe mod biex dawn jingħataw għajnuna fi kwalunkwe mod biex ikunu jistgħu jkabbru l-avvenimenti tagħhom. Dan il-bord, immexxi mill-ekspresident tal-futbol Għawdxi, Alvin Grech beda jaħdem mill-uffiċini tal-Gozo Sports Complex fejn id f 'id mal-kap tal-Gozo Sports Complex, Albert Scerri bdew ħidma ta' koperazzjoni biex l-isport jieħu l-podju li ħaqqu. Bdiet ħidma biex ikunu organizzati mhux biss avvenimenti ta' kull sena, iżda wkoll kull assoċjazzjoni tingħata għajnuna mhux biss finanzjarja iżda wkoll konsulenza amministrattiva. Barra minn hekk, f 'dawn is-sentejn għall-ewwel darba l-Gozo Sports Board ingħaqad bħala parti minn SportMalta ħalli b'hekk l-isport Għawdxi jkun jista' jgawdi wkoll minn fondi biex tgħin lill-infrastruttura Għawdxija. Bħalma ġara fil-każ tal-bini ta' tinda għax- shooting range f 'Taż-Żebbuġ b'fondi tal-isport Malta b'koperazzjoni mal-Gozo Sports Board. Skolasport Anke Skolasport, minn din is-sena ġiet organizzata mill-Gozo Sports Board b'kollaborazzjoni ma' Skolasport ta' Malta, iżda xorta hi parti minn Skolasport ta' SportMalta. Barra minn hekk, il-Gozo Sports Board mar oltrè, meta fi Skolasport introduċa t-tagħlim tal-logħba taċ-ċess fejn ħatar tfajla Slovakka esperta taċ-ċess biex tgħallem, u anke l-ibburdjar fejn it-tfal Għawdxin qed jiġu mgħallma kif imexxu dgħajsa tal-qlugħ u kif jużaw ir-riħ favur tagħhom, mertu tal-Gozo Yacht Club. Hemm 250 tifel u tifla li qed jieħdu sehem fi SkolaSport fejn diversi għalliema kwalifikati qed jieħdu lit-tfal anke trekking u passiġġati f 'postijiet storiċi, fejn barra li jħaddmu ġisimhom, qed jitgħallmu mill-istorja rikka tal-gżira. Diversi dixxiplini li qed jiġbdu Maltin lejn Għawdex F'dawn is-sentejn ġew organizzati l-model airplanes fejn ingħataw il-Heliport biex jużawh għat- titjir tal-ajruplani b'diversi dilettanti Maltin jingħaqdu ma' dawk Għawdxin, u kważi ta' kull ġimgħa wieħed jista' jara diversi ajruplani jtiru bejn Għajnsielem u x-Xewkija. Qed jiġu organizzati wkoll il-model cars ħdejn il-korsa taż-żwiemel f 'Ta' Xħajma fejn anke dawn ġew mogħtija għajnuna mill-Gozo Sports Board biex tranġat it-trakka, u llum qed tiġbed għexieren ta' dilettanti jtellqu l-mudelli tagħhom f 'din it-trakka. Il-Gozo Horseracing Association ukoll ġiet mogħtija ħafna għajnuna mill-Gozo Sports Board biex tirranġa momentarjament it-trakka taż-żwiemel u anke minn żmien għal żmien tingħata għajnuna finanzjarja biex tkun tista tgħolli r-rigali li jingħataw lir-rebbieħa tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan mertu wkoll tal-president Mary Mifsud li flimkien mal-kumitat tagħha ddeċidew li t-tiġrijiet isiru l-Ħdud filgħodu u dan il-fatt reġa' ġibed mhux biss iż-żwiemel Għawdxin li jieħdu sehem fit-tiġrijiet qabel imorru lejn Malta għat-tiġrijiet ta' wara nofsinhar, iżda diversi ġerrejja Maltin li qed jieħdu sehem fit-tiġrijiet f 'Għawdex. Il-Motokross ukoll reġa' ħa l-ħajja f 'Għawdex fejn qed jilħaq livell ogħla minn dak ta' Malta b'diversi sewwieqa Maltin qed jitilgħu Għawdex isuqu fit-trakka wkoll irranġata mill-Gozo Sports Board biex kull nhar ta' ħadd, qed tiġbed mijiet ta' żgħażagħ jaraw u jieħdu sehem f 'dawn it-tiġrijiet f 'korsa mimlija ostakli li tagħmel kull tiġrija ferm interessanti u diffiċli fl-istess ħin. Il-Gozo Sports Complex ukoll qed jattira diversi sport ieħor ta' ġewwa bħal Badminton, Ġinnastika, Squash, Arti Marzjali fejn huma l-ħafna żgħażagħ u tfal li qed jirrikorru għal dan l-isport li jagħtihom kunfidenza fihom infushom. Il-Gozo Sports Board qed jassisti lil dawn l-assoċjazzjonijiet billi jgħinhom biex ikollhom apparat aktar modern biex jistgħu jaħdmu bihom. Qed tingħata għajnuna wkoll lil Ghajnsielem Redcoats li barra l-logħba tas-SoftBall u l-Baseball qed jħarreġ diversi tfal u żgħażagħ fi sport ieħor bħal Basketball li qed jiġu mħarrġa minn Bruno Pietrantonio li kien il-kowċ Taljan tat- tim nazzjonali Malti tal- Basketball. Ingħatat ukoll għajnuna lin- Nofs Maratona tax-Xagħra li se ssir fl-24 ta' April li fiha jieħdu sehem madwar 500 persuna, bejn Għawdxin, Maltin u barranin. Parquet ġdid fil-Kumpless Sportiv Il-parquet tal-Kumpless Sportiv ġie mibdul kollu, mertu tat-tmexxija tal- Kumpless tal-Isports Għawdxi b'koperazzjoni mal-Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Għawdex. Programm televiżiv dwar l-isport Għawdxi Il-Gozo Sports Board irnexxilu wkoll itella' programm televiżiv fuq l-istazzjon Nazzjonali, Sport Għawdex fuq TVM2 kull nhar ta' Tlieta b'ripetizzjoni s-Sibt, dwar l-isport Għawdxi. Produzzjoni professjonali tas-CVC ppreżentat mill- ġurnalist sportiv, John Busuttil. Programm ta' nofs siegħa li jlaqqgħek mal- isportivi u ma dixxiplini sportivi diversi li ntlaqa' ferm tajjeb sew mill-Għawdxin kif ukoll mill-Maltin. Dan qed jgħin ukoll biex l-atleti Għawdxin qed jingħataw leħen u wiċċ filwaqt li assoċjazzjonijiet u klabbs qed jkollhom ċans jagħmlu pubbliċità għal dak li jkunu qed jorganizzaw. Filwaqt li l-isport Għawdxi qed jasal fis- salott tal-Malti, u b'hekk anke jista' jgħinu biex isib aktar sponsors għax permezz tal- programm, l-isponsors qed jieħdu l-pubbliċità wkoll. Weekend Sportiv f 'Mejju: L-akbar avveniment tal- Gozo Sports Board Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Gozo Model Airplanes fil-heliport Ġinnastika