Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/655578
Il-Ħadd 20 ta' Marzu 2016 | illum Sports 31 Bonello u Scicluna jiddominaw fit-Trials ILLUM, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' se tkompli bil-kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. L-attività tal-lum se tkun it-tmien waħda għall-Autocross Klassi A, B u Standard kif ukoll bil-Muturi Motocross Klassi A u B. Il-programm jibda fil- 11am. Intant, ħarsa lejn il-klassifika fejn fil- Kampjonat Nazzjonali Autocross għadna qed naraw lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo fuq quddiem nett tal- klassifika Autocross b'139 punt segwit bħalissa minn Malcolm Borg fuq Opel Corsa b'102 punti. Fil- Kampjonat Nazzjonali Autocross Standard għadna qed naraw lil Deane Farrugia fuq Citroen AX fuq quddiem tal-klassi b'44 punt segwit minn Traydon Bailey fuq Ford Ka b'36 punt. Fi Klassi B Autocross qed naraw lil Joseph Micallef fuq Opel Corsa fuq quddiem ta' din il-klassi bi 38 punt segwit minn Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa wkoll b'34 punt. Fil-Kampjonat Nazzjonali Motocross, qed naraw lill-aħwa Camilleri jiddominaw din il-Klassi bi Clayton Camilleri fuq mutur KTM fuq quddiem b'183 punt segwit minn Kyle Camilleri fuq mutur KTM ukoll b'152 punt. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lil Edward Ciantar b'mutur Kawasaki b'123 punt. Fi Klassi B qed naraw Riders Għawdxin li qed jiddominaw il-Klassi b'Mario Cauchi fuq mutur Honda fuq quddiem tal- klassi b'163 punt segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Honda b'147 punt. Fit-tielet post insibu lil Elvin Debono fuq mutur Kawasaki b'140 punt. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni organizzat ir-rabà attività Trials li ġiet organizzata fil-Barriera tal-Magħlaq fil-Qrendi. Il-ġurnata kienet maqsuma f 'żewġ klassijiet. Fi Klassi A rajna taqtigħa bejn erba' kompetituri, fejn Damon Bonello fuq Gas Gas iddomina l-klassi u spiċċa rebaħ bi tmien punti biss ta' penalità. Dan kien segwit fit-tieni post minn Joseph Scicluna fuq Gas Gas ukoll fejn għalaq il-ġurnata b'20 punt ta' penalità. Fit-tielet post daħal Rowen Bonello fuq mutur Beta b'26 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna lil Ian Scicluna fuq mutur Beta jiddomina din il-klassi li spiċċa rebaħ u għalaq il-ġurnata b'16-il punt ta' penalità. Scicluna spiċċa segwit minn Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas li għalaq il-ġurnata b'39 punt ta' penalità. Rowen Bonello fuq Mutur Beta Ritratt: Mario Micallef Jorge Lorenzo jikseb l-ewwel pole fil-Qatar IĊ-CHAMPION renjanti tal-Moto GP, Jorge Lorenzo, rebaħ l-ewwel pole tal- istaġun fil-Qatar, meta għadda bi ftit lis-sewwieq Spanjol Marc Marquez, li b'hekk se jkun qed jibda mit- tieni post tal-gradwatorja. Dim il-pole ħarċet biċ-ċar l-abiltajiet kollha ta' dan is-sewwieq bravu Spanjol li kompla juri li tabilħaqq huwa wieħed mill-aqwa sewwieqa li pproduċa l-isport tal-muturi tul l-aħħar snin. Impressjona ferm u ssorprenda lil kulħadd is-sewwieq Spanjol ta' Team Suzuki Ecstar, Maverick Vinales, li se jkun qed jibda mit-tielet post, bit-Taljan Valentino Rossi jiddiżappunta ferm, hekk kif se jkun qed jibda biss mill-ħames post tal- gradwatorja. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum, is-sewwieqa tal-Moto GP fiċ- ċirkwit tal-Qatar: 1. Jorge Lorenzo 2. Marc Marquez 3. Maverick Vinales 4. Andrea Iannone 5. Valentino Rossi 6. Andrea Dovizioso 7. Dani Pedrosa 8. Hector Barbera 9. Pol Espargaro 10. Cal Crutchlow 11. Bradley Smith 12. Scott Redding Jorge Lorenzo fl-azzjoni waqt il-pole-position tal-Qatar.